Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1084

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1084/2010 tal- 25 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 612/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward tal-ekwivalenza skont l-Ipproċessar Attiv

    ĠU L 310, 26.11.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1084/oj

    26.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1084/2010

    tal-25 ta’ Novembru 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 612/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fir-rigward tal-ekwivalenza skont l-Ipproċessar Attiv

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 167 u 170, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (2) ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom jingħataw meta l-ingredjent jew l-ingredjenti li fir-rigward tagħhom tintalab ir-rifużjoni jkunu oriġinarjament ta’ oriġini Komunitarja (fil-preżent l-Unjoni) u/jew fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa kif ipprovdut fil-paragrafu 1 tiegħu u li ma jkunux aktar f’ċirkulazzjoni ħielsa unikament minħabba l-inkorporazzjoni tagħhom fi prodotti oħra. Dik id-dispożizzjoni tapplika meta prodotti li joriġinaw fil-Komunità u/jew f’ċirkulazzjoni ħielsa huma pproċessati skont l-Ipproċessar Attiv kif stipulat fl-Artikoli 114 sa 129 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (3).

    (2)

    Skont l-Artikoli 84(1)(b) u 89 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 l-Ipproċessar Attiv huwa proċedura doganali b’impatt ekonomiku u proċedura sospensiva li għandha tiġi rilaxxata meta trattament jew użu ġdid approvat mid-dwana jiġi assenjat lill-oġġetti jew prodotti kumpensatorji mqiegħda taħt dak arranġament.

    (3)

    L-Artikolu 115(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jipprovdi li l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu l-prodotti kumpensatorji sabiex jiġu miksuba minn oġġetti ekwivalenti u li l-prodotti kumpensatorji miksuba minn oġġetti ekwivalenti jiġu esportati mill-Komunità qabel l-importazzjoni tal-oġġetti importati. L-Artikolu 114(2)(e) ta’ dak ir-Regolament jiddefinixxi oġġetti ekwivalenti bħala oġġetti Komunitarji li huma użati minflok l-oġġetti importati għall-manifattura ta’ prodotti kumpensatorji. Skont l-Artikolu 545(2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) l-oġġetti ekwivalenti u l-prodotti kumpensatorji magħmulin minnhom isiru oġġetti mhux Komunitarji u l-oġġetti Komunitarji li huma oġġetti tal-importazzjoni fil-mument li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni li tirrilaxxa l-arranġamenti, jew fejn l-oġġetti tal-importazzjoni jitqiegħdu fis-suq qabel ma jiġu rilaxxati l-arranġamenti, dawn jibdlu l-istatus tagħhom fil-mument li jitqiegħdu fis-suq. Fil-każ ta’ esportazzjoni preċedenti, il-prodotti kumpensatorji jsiru oġġetti mhux Komunitarji hekk kif tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni bil-kundizzjoni li l-oġġetti li għandhom jiġu importati jiddaħħlu għall-arranġamenti; oġġetti ta’ importazzjoni jsiru oġġetti tal-Komunitá fiż-żmien tad-dħul tagħhom għall-arranġamenti.

    (4)

    Bħalma hemm fir-regoli tal-użu tal-oġġetti ekwivalenti l-istatus doganali tal-oġġetti tal-importazzjoni jinbidel fi status Komunitarju, u l-arranġament tal-Ipproċessar Attiv huwa jew għandu jiġi rilaxxat b’dak, u l-oġġetti tal-importazzjoni mhumiex suġġetti għal dazji tal-importazzjoni. Konsegwentament, il-livell tal-prezz fl-Unjoni tal-oġġetti ekwivalenti tal-esportazzjoni ta’ oriġini Komunitarja, f’dik is-sitwazzjoni ikun qed jiġi kumpensat bil-livell tal-prezz tas-suq dinji tal-oġġetti tal-importazzjoni, u għalhekk ma hemmx ġustifikazzjoni għall-oġġetti ekwivalenti tal-esportazzjoni biex ikunu koperti għad-differenza bejn il-prezz tas-suq dinji u l-prezz tal-Unjoni minn rifużjoni tal-esportazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 162 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (5)

    Għal finijiet ta’ ċareżża u ċ-ċertezza legali jixraq li tiġi eskluża l-għotja ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni espliċitament fir-Regolament (KE) Nru 612/2009 meta prodotti jiġu esportati skont regoli dwar l-użu tal-oġġetti ekwivalenti.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 612/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Mhux se jingħataw rifużjonijiet għal prodotti li huma użati bħala oġġetti ekwivalenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 114(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2913/92.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

    (3)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    Top