Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0888

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2010 tas- 7 ta’ Ottubru 2010 li ma jiffissax prezz minimu għall-bejgħ tal-butir b’risposta għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

ĠU L 265, 8.10.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/888/oj

8.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 888/2010

tas-7 ta’ Ottubru 2010

li ma jiffissax prezz minimu għall-bejgħ tal-butir b’risposta għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(j), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2010 (2) fetaħ il-bejgħ tal-butir permezz ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3).

(2)

Fid-dawl tal-offerti li waslulhom b’risposta għal stediniet individwali għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ jew għandha tiddeċidi li ma tiffissax prezz minimu tal-bejgħ, skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.

(3)

Fid-dawl tal-offerti li waslu għat-tmien stedina individwali għall-offerti, ma għandux jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għat-tmien stedina individwali għall-offerti għall-bejgħ tal-butir fi ħdan il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti miftuħa mir-Regolament (UE) Nru 446/2010, li għaliha ż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fil-5 ta’ Ottubru 2010, il-prezz minimu għall-bejgħ tal-butir għandu jkun iffissat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 126, 22.5.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.


Top