Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0713

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 713/2010 tad- 9 ta’ Awwissu 2010 li jemenda għall-133 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 209, 10.8.2010, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/713/oj

    10.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 209/14


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 713/2010

    tad-9 ta’ Awwissu 2010

    li jemenda għall-133 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u partikolarment l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) (2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-friża ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fis-27 u d-29 ta’ Lulju 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi ħames persuni u tmien entitajiet mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Karel KOVANDA

    Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

    (2)  L-Artikolu 7a iddaħħal mir-Regolament (KE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:

    (a)

    Al-Barakaat Wiring Service, 2940, Pillsbury Avenue, Suite 4, Minneapolis, Minnesota 55408, USA;

    (b)

    Barakaat Boston, 266, Neponset Avenue, Apt. 43, Dorchester, Massachussets 02122-3224, USA;

    (c)

    Barakaat Construction Company, PO Box 3313, Dubai, UAE;

    (d)

    Barakaat International, Inc., 1929, South 5th Street, Suite 205, Minneapolis, Minnesota, USA;

    (e)

    Barakaat Wire Transfer Company, 4419, South Brandon Street, Seattle, Washington, USA;

    (f)

    Parka Trading Company, PO Box 3313, Deira, Dubai, UAE;

    (g)

    Somali International Relief Organization, 1806, Riverside Avenue, 2nd Floor, Minneapolis, Minnesota, USA;

    (h)

    Somali Network AB, Hallybybacken 15, 70 Spanga, Sweden.

    (2)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandhom jitħassru:

    (a)

    Abdul Hakim Mujahid Muhammad Awrang (alias (a) Abdul Hakim Mojahed, (b) Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang). Titlu: Maulavi. Funzjoni: “mibgħut” Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti matul ir-reġim Taliban. Via Col. Id-distrett ta' Dehbori Ward f'Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Khajakhel fid-distrett ta' Sharan fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgan. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 106266. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.1.2001.

    (b)

    Abdul Samad Khaksar. Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Sigurtà) tal-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Via Col. Il-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Data tat-twelid: bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgan. Tagħrif ieħor: irrappurtat li miet f'Jannar tal-2006;

    (c)

    Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Bamiyan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Rori-Du-Aab, il-provinċja ta' Samangan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgan. Tagħrif ieħor: irrappurtat li miet fl-2007;

    (d)

    Abdul Satar Paktin (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Sattar Paktis). Titlu: Doctor. Funzjoni: (a) Dipartiment tal-Protokoll, Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Via Col. id-distrett ta' Charkh fil-provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Post tat-twelid: Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgan. Tagħrif ieħor: arrestat fl-2005 u mibgħut lura lejn l-Afganistan.

    (e)

    Abdul Salam Zaeef (magħruf ukoll bħala Abdussalam Zaeef). Titlu: Mullah. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban, (b) Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, l-“Ambaxxata” Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Kandaħar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgan. Numru tal-Passaport: D 001215 (passaport Afgan maħruġ fid-29.8.2000). Tagħrif ieħor: arrestat u mibgħut lura lejn l-Afganistan. Meħlus mill-ħabs. Jgħix Kabul sa minn Mejju tal-2007.


    Top