Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0510

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 510/2010 tal- 14 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 150, 16.6.2010, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2010/510/oj

    16.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 150/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 510/2010

    tal-14 ta' Ġunju 2010

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) u wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   IL-MIŻURI PROVVIŻORJI

    (1)

    Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1242/2009 (3) (“ir-Regolament provviżorju”) imponiet dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. (“ir-RPĊ”).

    (2)

    Il-proċediment infetaħ b’riżultat ta’ lment irreġistrat fit-2 ta’ Frar 2009 minn Smiths Detection Group Limited (“il-kwerelant”) f’isem produttur li jirrappreżenta iżjed minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija. Dan l-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tal-ħsara materjali li tirriżulta minnu, li tqiesu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-ftuħ ta’ proċediment.

    2.   Il-PROĊEDURA SUSSEGWENTI

    (3)

    Wara l-iżvelar tal-fatti ewlenin u l-kunsiderazzjonijiet, li fuqhom issejset id-deċiżjoni li jkunu imposti l-miżuri antidumping provviżorji (“il-konklużjonijiet provviżorji”), diversi partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

    (4)

    Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kompliet bl-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-aspetti tal-konsum tal-UE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għamlet kuntatt mal-partijiet interessati, notevolment l-utenti u l-produtturi tal-prodott ikkonċernat, biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet li saru mill-partijiet fir-rigward ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet.

    (5)

    Ta’ min ifakkar li, kif stabbilit fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ћsara kopriet il-perjodu mill-1 ta Jannar 2004 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkonċernat”).

    (6)

    L-uniku esportatur produttur Ċiniż li kkoopera saħaq li m’hemm ebda ġustifikazzjoni li jintuża PI ta’ 18-il xahar flok it-12-il xahar tas-soltu għall-investigazzjonijiet tal-antidumping. Skont il-kumpanija Ċiniża, il-PI kien imissu kopra biss is-sena kalendarja 2008.

    (7)

    Ta’ min jinnota mill-bidu li l-parti Ċiniża ma kenitx qajmet kwistjoni dwar l-użu ta’ PI ta’ 18-il xahar waqt l-istadju provviżorju tal-investigazzjoni. L-ilment sar biss wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji. Madankollu, il-PI kien diġà tħabbar fl-avviż ta’ bidu tal-proċediment u fil-kwestjonarji, jiġifieri fil-bidu nett tal-investigazzjoni. Ir-raġunijiet preċiżi għall-għażla ta’ PI ta’ 18-il xahar huma spjegati fil-premessa (9) tar-Regolament provviżorju. Il-parti ma pprovdiet l-ebda argument li jitfa’ dubju dwar il-ġustifikazzjoni li hemm relattivament ftit tranżazzjonijiet f’dan is-suq.

    (8)

    Biex tkun żgurata l-komparabbiltà sħiħa taċ-ċifri marbutin mal-PI ma’ dawk tas-snin ta’ qabel, iċ-ċifri kollha li ngħataw fit-taqsimiet dwar il-ħsara u x’ikkawżaha li ngħataw għall-PI saru sena b’sena.

    (9)

    Il-produttur Ċiniż afferma wkoll li l-għażla tal-PI saret bil-għan li jkunu manipulati l-fatturi tal-ħsara. Din l-allegazzjoni jkollha tinċaħad.

    (10)

    Il-Kummissjoni ma kellhiex u ma setgħetx ikollha ħjiel fil-bidu nett tal-investigazzjoni, tad-dejta u ċ-ċifri kumplessi marbutin mal-indikaturi tal-ħsara fil-bidu tal-investigazzjoni. Din id-dejta ġiet stabbilita biss waqt l-investigazzjoni.

    (11)

    Fl-aħħar, ta’ min wieħed jinnota li mhijiex l-ewwel każ li fih ġie ffissat PI għal żmien li jaqbeż it-12-il xahar (pereżempju kien hemm il-PI ta’ 16-il xahar dwar il-metall tal-kalċju li oriġina mir-RPĊ u mir-Russja stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 892/94 (4) jew il-PI ta’ 18-il xahar dwar il-karbonat tad-disodju li oriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/95 (5).

    (12)

    Il-produttur Ċiniż iddikjara wkoll li l-firma tal-kuntratt taqbad it-tranżazzjonijiet kollha f’ċertu punt ta’ żmien kemm jekk ikun sar bejgħ permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti u għalhekk mhemm ebda ħtieġa ta’ PI imtawwal. Dan l-argument mhuwiex konvinċenti għaliex ma jindirizzax il-problema ewlenija li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet f’dan il-qasam tas-suq huwa relattivament żgħir. Id-data tal-iffirmar tal-kuntratt intużat biss biex ikun hemm għarfien ċar biżżejjed tal-elementi materjali tal-bejgħ kif ukoll biex ikun hemm data definita li tiddistingwi dak li għandu jifforma parti mill-PI u l-perjodi preċedenti rispettivament, u dak li għandu jitħalla barra.

    (13)

    Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-PI, il-premessa (9) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

    (14)

    Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienet ibbażata l-intenzjoni li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju tal-antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti li nġabru permezz tad-dazju provviżorju. Ingħataw wkoll perjodu ta’ żmien li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom qabel dan l-iżvelar.

    (15)

    Il-kummenti verbali u bil-miktub imressqa mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu fejn kien jixraq.

    3.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    (16)

    Wara li ttieħdu l-miżuri provviżorji, id-definizzjoni tal-prodott ġiet riveduta fid-dawl tal-kummenti mill-produttur Ċiniż u wara eżami dettaljat tad-dikjarazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni. Dan il-proċess wassal għall-konklużjoni li ebda prodott tat-teknoloġija alfa jew beta ma jista’ jintuża għall-iskannjar tal-merkanzija. Għaldaqstant, huwa maħsub li hu xieraq li dawn iż-żewġ tipi ta’ teknoloġija jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Ma ġie ppreżentat ebda argument ieħor li seta’ jqajjem dubju dwar is-sejbiet provviżorji li t-teknoloġiji li fadal kollha koperti mill-ambitu tal-prodott (apparti l-alfa u l-beta) jistgħu jintużaw fi skanners tal-merkanzija u li t-tipi kollha tal-prodott iservu l-istess skop, jiġifieri l-iskannjar tal-merkanzija bl-użu tal-istess karatteristika prinċipali ewlenija, jiġifieri l-emissjoni ta’ radjazzjoni kkonċentrata għall-iskannjar tal-merkanzija. Tabilħaqq, waqt il-PI, fl-UE nbiegħu xi unitajiet tal-prodott ikkonċernat li jaħdmu bir-raġġi gamma.

    (17)

    Minħabba dan kollu, ġie konkluż li t-tipi ta’ sistemi kollha tal-iskannjar tal-merkanzija bbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija tan-newtron jew ibbażati fuq l-użu tar-raġġi X b’sors ta’ raġġ X ta’ 250 KeV jew aktar, jew ibbażati fuq l-użu ta’ radjazzjoni gamma li bħalissa jidħlu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00, ex 9022 29 00, ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 u l-vetturi mgħammra b’dawn it-tipi ta’ sistema li bħalissa jidħlu fil-kategorija tal-kodiċi NM ex 8705 90 90 għandhom l-istess karatteristiċi ewlenin fiżiċi u tekniċi, għandhom l-istess għan ta’ użu u jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-konklużjonijiet fil-premessi (10) sa (15) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati kemm-il darba ma jirreferux għat-teknoloġiji tar-radjazzjoni alfa u beta.

    (18)

    Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor rigward il-prodott simili, il-premessa (16) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

    (19)

    Minħabba dan kollu, huwa definittivament konkluż li t-tipi kollha ta’ sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija definiti hawn fuq huma l-istess fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    4.   ID-DUMPING

    1.   It-Trattament ta’ Ekonomija tas-Suq (TES)

    (20)

    Il-produttur Ċiniż ma talabx it-trattament tal-ekonomija tas-suq (“TES”) u talab biss trattament individwali (“TI”). Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (19) u (20) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    2.   It-Trattament individwali (TI)

    (21)

    Fin-nuqqas ta’ ebda kumment dwar it-TI, il-premessi (21) sa (25) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    3.   Il-valur normali

    3.1.   Il-pajjiż analogu

    (22)

    L-ebda parti interessata ma qajmet kwistjoni dwar l-għażla tal-Istati Uniti tal-Amerika bħala pajjiż analogu.

    (23)

    Il-produttur Ċiniż tenna l-kummenti tiegħu dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ kumpanija waħda, stabbilita fl-Istati Uniti tal-Amerika, li hi relatata mal-kwerelant. Huwa ġab l-argument li l-kwerelant uża d-dejta marbuta mal-kumpanija fl-Istati Uniti li hi relatata miegħu biex ħadem il-kalkolu għall-valur normali fl-ilment, filwaqt li l-kwerelant iddikjara li l-kumpanija relatata fl-Istati Uniti ma kenitx tipproduċi l-prodott simili. L-esportatur produttur Ċiniż ressaq li l-parti fl-Istati Uniti relatata mal-kwerelant kien imissha ġiet obbligata li tikkoopera mal-investigazzjoni u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-parti tagħha għandu jitqies bħala raġuni biex il-kwerelant jiġi ttrattat bħala wieħed li ma kkooperax u għaldaqstant jintemm il-proċediment. Huwa sostna wkoll li l-Kummissjoni kien messha ċċarat u vverifikat dwar jekk il-kumpanija fl-Istati Uniti hijiex produttur tal-prodott simili. Flaħħar nett, l-esportatur produttur Ċiniż qajjem kwistjoni dwar l-użu tar-regola mhux preferenzjali tal-oriġini, tal-UE, biex tindika jekk operatur ekonomiku jistax jiġi kkunsidrat bħala produttur ta’ prodott.

    (24)

    Rigward il-kummenti marbutin mal-użu fl-ilment ta’ dejta meħuda mill-kumpanija Amerikana relatata mal-kwerelant, huwa nnotat li l-informazzjoni dwar il-valur normali fl-ilment kienet ibbażata fuq il-prezzijiet ġenerali fl-Amerika li kienu disponibbli għall-pubbliku fis-sit tal-Internet GSA Advantages tal-Gvern Amerikan. Għal żewġ tipi ta’ prodotti tal-prodott simili ma kienx hemm dawn il-prezzijiet disponibbli għall-pubbliku u għalhekk il-valur normali ġie kkalkulat mill-kwerelant abbażi tal-informazzjoni mill-ispejjeż tal-produzzjoni tiegħu fl-UE aġġustati għal-livell ta’ għarfien tal-kwerelant dwar is-suq Amerikan.

    (25)

    Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż ma pprovda l-ebda prova li titfa’ dubju fuq is-sejbiet imniżżlin fil-premessa (32) tar-Regolament provviżorju.

    (26)

    Il-liġi tal-antidumping tal-UE, kieku stess, ma fiha ebda regola li għandha tintemm proċedura minħabba li produttur fil-pajjiż analogu ikun iddeċieda li ma jikkooperax fl-investigazzjoni. Li l-produttur huwa relatat mal-kwerelant ma jbiddilx din il-konklużjoni. Barra dan, il-każ tal-qorti li fuqu ddependa l-uniku produttur Ċiniż, jiġifieri T-249/06 (Interpipe), mhuwiex rilevanti f’dan il-kuntest hawnhekk għaliex f’dak il-każ, il-kwistjoni li riedet titwieġeb kienet sa liema punt kienet obbligata kumpanija sussidjarja tal-produttur Komunitarju li tikkoopera għall-għan tad-determinazzjoni tal-ħsara. Dan mhuwiex l-istess bħall-preżentazzjoni tad-dejta biex jiġi stabbilit il-valur normali fil-pajjiż analogu.

    (27)

    Rigward l-argument dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ x’inhu produttur, huwa nnotat li l-investigazzjoni stabbiliet li l-kwerelant qed jipproduċi l-prodott simili fl-UE u li din l-attività ta’ manifattura tagħti status ta’ oriġini konformi mar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini tal-UE. Bil-liġi m’hemm ebda ħtieġa li wieħed jipprovdi konklużjoni dwar l-istatus ta’ entitajiet legali li mhumiex qed jiġu investigati fil-proċedura li tkun qed issir, jew ta’ dawk li mhumiex stabbiliti fl-UE, jew id-dejta tagħhom ma ntużatx waqt l-investigazzjoni biex tiġi stabbilita xi sejba.

    (28)

    Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-għażla tal-pajjiż analogu, il-premessi (26) sa (37) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    3.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

    (29)

    Għandu jitfakkar li l-valur normali ġie kkalkulat abbażi tad-dejta pprovduta mill-produttur waħdieni li kkoopera fil-pajjiż analogu (jiġifieri l-Istati Uniti tal-Amerika) u mill-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, għal tip wieħed ta’ prodott li jiġi importat fl-UE, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet li bihom il-prodott simili li huwa prodott fl-Istati Uniti, jinbiegħ mill-produttur Amerikan fl-Istati Uniti stess. Il-produttur Amerikan li kkoopera ma kienx jipproduċi tipi oħra ta’ prodotti li jikkorrispondu mal-importazzjonijiet miċ-Ċina għall-UE. Biex ikollha bażi iżjed wiesgħa għall-valur normali, il-Kummissjoni eżaminat ukoll setax jiġi stabbilit il-valur normali fuq kwalunkwe bażi oħra għal tipi oħra ta’ prodotti, b’konformità mad-dispożżizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku (“kwalunkwe bażi raġonevoli oħra”). Fl-istadju provviżorju nstab li l-informazzjoni vverifikata dwar l-ispejjeż tal-industrija tal-Unjoni setgħet tintuża għal xi tipi ta’ prodotti.

    (30)

    Wara li ġew imposti l-miżuri provviżorji, il-produttur Ċiniż ippreżenta l-kummenti fir-rigward tal-valur normali.

    (31)

    Il-produttur Ċiniż ddikjara li l-valur normali kellu jiġi aġġustat ’l isfel b’ammont li kien jirrappreżenta d-differenza fl-ispiża bejn l-aċċeleraturi prodotti minnu u dawk mixtrijin minn band’oħra, billi l-kumpanija Ċiniża tipproduċi l-aċċeleraturi filwaqt li l-produttur Amerikan u l-industrija tal-Unjoni qed tixtrihom.

    (32)

    Rigward din it-talba, ta’ min jinnota li ma kienet akkumpanjata minn ebda prova minkejja l-fatt li l-Kummissjoni kienet talbet dawn il-provi waqt l-investigazzjoni.

    (33)

    Il-produttur Ċiniż talab lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-ispeċifikazzjoni preċiża tat-tipi speċifiċi tal-mudelli użati fil-kalkolu tal-valur normali. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-industrija tal-Unjoni u l-produttur tal-pajjiż analogu jqisu li din it-tip ta’ informazzjoni hija kunfidenzjali. Tabilħaqq, kieku wieħed kellu jagħti l-isem preċiż tal-mudelli u jitqies il-fatt li l-mudelli kienu minn serje waħda biss, u li l-karatteristiċi speċifiċi ta’ din is-serje kienu diġà ġew żvelati, u li numru limitat biss ta’ tipi ta’ mudelli ġew użati għall-kalkolu tal-valur normali, allura l-partijiet li jirċievu din l-informazzjoni kienu jkunu jistgħu jaslu għall-kalkolu tal-prezzijiet attwali li ntalbu għat-tipi speċifiċi tal-mudell jew għall-ispiża u l-prezzijiet li fuqhom ġie bbażat il-kalkolu tal-valur normali għal tipi differenti ta’ mudelli. Din l-informazzjoni hija tabilħaqq kunfidenzjali min-natura tagħha u għaldaqstant din it-talba kellha tinċaħad.

    (34)

    Il-produttur Ċiniż wera d-dubji tiegħu dwar il-mod ta’ kif il-Kummissjoni kienet iddeterminat il-valur normali mid-dejta tal-industrija tal-Unjoni. Huwa ta l-fehma li għandhom jintużaw il-prezzijiet attwali tal-bejgħ u mhux il-prezzijiet offerti wara s-sejħiet. L-ewwel nett, huwa xieraq li wieħed jiftakar li d-dejta mingħand l-industrija tal-Unjoni ntużat biex ikun hemm perċentwali akbar ta’ rappreżentattività tal-paragun bejn il-valur normali u l-bejgħ għall-esportazzjoni li għamel il-produttur Ċiniż. Għalhekk, sa fejn kien possibbli, għat-tipi ta’ prodott ikkonċernat li ma setax jiġi stabbilit valur normali għalihom abbażi tal-informazzjoni li kienet disponibbli fl-Istati Uniti, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni vverifikata li ttieħdet mingħand l-industrija tal-Unjoni għall-istess tipi ta’ prodotti li kienu importati miċ-Ċina.

    (35)

    B’hekk, ġie kkalkulat il-valur normali għal għadd ta’ tipi ta’ prodotti (għallinqas prodotti li huma differenti mis-sistemi ta’ skannjar mobbli) abbażi tal-kostijiet standard, mingħajr ma tqiesu x-xogħlijiet ċivili li seta’ kien hemm, jew kostijiet oħra fuq il-post, u billi żdied perċentwali normali għall-profitt li, fi kwalunkwe każ, kien inqas sew mill-profitt fil-mira użat biex jiġi ffissat il-margni tal-ħsara. L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni tapplika spejjeż standard għat-tipi kollha ta’ prodotti li toffri. Id-dokumenti li jikkonċernaw il-preparazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż standard, il-mod kif jiġu kkalkulati u l-paragun tagħhom mal-ispiża reali fl-iffissar regolari tal-prezzijiet saret verifika tagħhom u nstab li kollox kien sew.

    (36)

    Barra minn hekk, l-istruttura tal-ispiża tal-industrija tal-Unjoni ġiet ipparagunata mal-istruttura tal-produttur Amerikan tal-prodott simili. Instab li (i) il-marġni tal-profitt tal-produttur Amerikan kien akbar mill-marġni ta’ profitt li ntuża biex jiġi kkalkulat il-valur normali abbażi tad-dejta mill-industrjija tal-Unjoni u (ii) l-istruttura tal-ispiża tal-industrija tal-Unjoni tixbaħ b’mod ġenerali lil dik tal-produttur fil-pajjiż analogu (id-differenza preċiża ma tistax tkun żvelata għal raġunijiet ta’ konfidenzjalità). Għaldaqstant, l-użu tad-dejta tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi ddeterminat il-valur normali jidher biċ-ċar li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    (37)

    Il-produttur Ċiniż kkummenta wkoll dwar l-offerta pubblika li abbażi tagħha l-produttur tal-Istati Uniti tal-prodott simili biegħ sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija mobbli fis-suq tal-Istati Uniti. Huwa sostna li jekk il-Kummissjoni uża valur normali abbażi ta’ sejħa għall-offerti li saret fl-2005 u qabbilha mal-prezz tal-esportazzjoni marbut mal-PI, dan il-paragun ma setax jitqies ġust. Din l-allegazzjoni mhijiex ikkonfermata mill-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni. Fl-Istati Uniti, is-sejħiet pubbliċi għall-offerti jiġu organizzati biex jingħata kuntratt ta’ qafas li skontu dak li jirbaħ il-kuntratt jista’ jbiegħ prodott għal ċertu perjodu ta’ żmien. Iżda l-kuntratt ta’ qafas ma kienx fih prezzijiet. Tabilħaqq, dan il-kuntratt ġie konkluż fl-2005, iżda l-istimi individwali rispettivi għall-offerta u l-iffirmar tal-kuntratti saru fl-2007, jiġifieri fi żmien meta kien laħaq beda l-PI. Għaldaqstant, il-Kummissjoni aċċettat li din l-offerta għandha titqies li saret waqt il-PI u li għandha tifforma parti mid-dejta li ntużat għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping.

    (38)

    Il-produttur Ċiniż talab ukoll spjegazzjoni għalfejn il-valur normali tas-sistema mobbli, bħal dik li tinbiegħ fil-Latvja, ma kenitx ikkalkulata mill-bejgħ tal-produttur Amerikan iżda mid-dejta tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-Kummissjoni ma setgħetx tuża d-dejta mill-pajjiż analogu għar-raġuni li din id-dejta ma kenitx disponibbli mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu.

    (39)

    Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (38) sa (42) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    4.   Il-prezz tal-esportazzjoni

    (40)

    Wara li ġew imposti l-miżuri provviżorji, il-produttur Ċiniż li kkoopera ressaq il-kummenti dwar il-prezz tal-esportazzjoni.

    (41)

    Dawn il-kummenti ġew magħmula f’rabta mat-tranżazzjonijiet fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Finlandja u fil-Polonja fir-rigward ta’ elementi ta’ spiża speċifiċi. Il-kummenti li setgħu jiġu kkonfermati bid-dejta vverifikata ġew aċċettati u skont dan ġie rivedut il-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Xi kummenti dwar għadd ta’ spejjeż tal-installazzjoni kellhom jitwarrbu. F’dan ir-rigward irid jitfakkar li, minkejja li ntalbet id-dejta attwali rilevanti dwar il-prezz ta’ elementi differenti tal-prodott ikkonċernat f’varji stadji tal-investigazzjoni, il-kumpanija qatt ma għamlet ebda sforz biex tipprovdi proposta għal analiżi konklużiva. L-ammonti li ngħataw wara l-pubblikazzjoni tas-sejbiet provviżorji jikkostitwixxu informazzjoni ġdida li mhijiex ikkonfermata minn informazzjoni dwar il-kontijiet jew provi oħra li jistgħu jiġu vverifikati.

    (42)

    Il-produttur Ċiniż ċċara wkoll li għamel bejgħ wieħed barra mill-offerti pubbliċi. Din id-dikjarazzjoni hija kkonfermata. B’danakollu, l-investigazzjoni stabbiliet li dan il-bejgħ ma kienx bejgħ tas-soltu. Kien tabilħaqq ta’ prodott sostitut, u l-prezz li qed tirreferi għalih kien inftiehem xi snin qabel il-PI. Il-prodott sostitut kien ta’ tip kompletament differenti minn tal-prodott oriġinali. Għaldaqstant, din ma kenitx tranżazzjoni ta’ matul il-PI, iżda l-għeluq ta’ kuntratt li kien inftiehem qabel. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni marbut ma’ din it-tranżazzjoni ma setax jinżamm fil-kalkolu.

    (43)

    Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (43) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    5.   It-tqabbil

    (44)

    Il-produttur Ċiniż stqarr li l-paragun kien sar abbażi ta’ numri mqassrin tal-kontroll tal-prodotti li jinjoraw id-differenzi fiżiċi bejn il-prodotti li qed jiġu pparagunati ma’ xulxin. Barra minn hekk, il-kumpanija Ċiniża ddikjarat li l-aċċeleraturi, id-differenzi fit-tipi ta’ xasi u l-livelli ta’ enerġija kien imisshom tqiesu fil-paragun tal-prezzijiet.

    (45)

    Rigward l-ewwel stqarrija għandhom jiġu enfasizzati l-punti li ġejjin: fir-rigward ta’ dejta meħuda mill-industrija tal-Unjoni, huwa mfakkar li l-kalkoli saru permezz ta’ dejta li kienet marbuta direttament ma’ offerti rispettivi għal sejħiet pubbliċi għall-offerti, jiġifieri għal tipi ta’ prodotti li kienu qed jikkompetu fuq l-istess livell ta’ bejgħ fl-istess żmien u li kienu kkunsidrati bħala kumparabbli mill-awtoritajiet dwar is-sejħiet pubbliċi għall-offerti. Rigward id-dejta dderivata mill-produttur Amerikan tal-prodott simili, l-investigazzjoni wriet li t-tip ta’ prodott li ġie pparagunat issodisfa r-regoli stretti stipulati skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku, jiġifieri huwa prodott simili għall-prodott li qed jiġi kkunsidrat, minn kull lat. Għaldaqstant, il-fatt li d-differenzi fiżiċi mhumiex kollha riflessi f’numru ta’ kontroll tal-prodott jew f’numru mqassar ta’ kontroll tal-prodott ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tagħmel paragun tajjeb bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Ta’ iżjed importanza minn hekk, tqiesu d-differenzi li setgħu jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet. L-informazzjoni dokumentata turi li l-prodotti mibgħuta mill-esportatur produttur Ċiniż li kkoopera ħafna drabi fihom karatteristiċi żejda meta mqabbla ma’ dawk li ntużaw bħala bażi għall-valur normali. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit b’mod konservattiv.

    (46)

    Fir-rigward tal-aċċeleraturi, it-tipi ta’ xasi u l-livelli tal-enerġija, għandu jkun innutat li l-aġġustamenti mitlubin huma skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku iżda ma ntweriex li d-differenzi ddikjarati fil-karatteristiċi jaffettwaw il-prezz u l-komparabbilità tal-prezz billi ma ngħatat l-ebda l-informazzjoni mill-produttur Ċiniż li setgħet tiġġustifika aġġustament.

    (47)

    Il-produttur Ċiniż li kkoopera ddikjara li l-aċċeleratur huwa komponent importanti tal-prodott ikkonċernat u kien imissu ġie inkluż fl-istruttura tan-numru ta’ kontroll tal-prodott. Il-Kummissjoni ma inkludietx l-aċċeleratur fl-istruttura tan-numru ta’ kontroll tal-prodott billi ebda waħda mill-partijiet ikkonċernati ma ppreżentat provi li juru li l-aċċeleratur kien fattur li jiddistingwi bejn tip u ieħor ta’ prodott.

    (48)

    Il-produttur Ċiniż li kkoopera talab ukoll l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti li saru għall-valur normali biex dan reġa’ nġab fuq bażi ex-fabbrika. Saru aġġustamenti tal-ispejjeż tal-garanzija u tal-kreditu għall-valur normali, iddeterminati abbażi tal-prezzijiet tal-bejgħ fil-pajjiż ta’ produzzjoni tal-produttur waħdieni fl-Istati Uniti tal-prodott simili. Saru l-aġġustamenti tal-ispejjeż tat-trasport, tal-garanzija, tat-taħriġ, tad-dokumentazzjoni u l-onorarji tal-aġenti għall-valur normali li ġew iddeterminati abbażi tad-dejta tal-industrija tal-Unjoni. Rigward it-talba għall-kwantifikazzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti, il-Kummissjoni ma tistax tikxef din id-dejta minħabba li din l-informazzjoni hija meqjusa li hi kunfidenzjali. Jeħtieġ li wieħed jinnota li, b’mod simili, fil-kalkolu tal-prezz ex-fabbrika, id-dejta korrispondenti ma ġietx żvelata lill-industrija tal-Unjoni.

    (49)

    Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (47) u (48) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    6.   Il-marġni ta’ dumping

    (50)

    IL-produttur Ċiniż ikkritika l-fatt li xi bejgħ ġie eskluż mill-kalkolu tad-dumping. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-valuri tal-bejgħ tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati ġew ikkunsidrati oriġinarjament għall-iffissar tal-prezzijiet tal-esportazzjoni. Iżda l-valur normali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet ma setax ikun stabbilit. Għalhekk ma setax isir paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

    (51)

    Il-produttur Ċiniż iddikjara wkoll li l-valuri CIF tal-bejgħ imsemmi fil-premessa (50) kellhom jiġu inklużi fil-valur sħiħ CIF li serva ta’ denominatur għall-kalkoli ta’ dumping. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-kalkolu tad-dumping totali huwa riżultat tad-diviżjoni tat-total tad-dumping differenti li jinstab (fejn jista’ jsir paragun tal-prezzijiet) bit-total tal-valuri CIF korrispondenti. L-inklużjoni fil-kalkolu tal-valuri CIF tal-bejgħ li għalih ma jistax isir paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, minħabba li ma jkunx hemm valur normali ffissat, jikkawża żball tal-aritmetika f’dawn il-kalkoli billi n-nominatur u d-denominatur ma jkunux qed jirreferu għal tranżazzjonijiet komparabbli.

    (52)

    Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (49) u (50) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    (53)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-marġni tad-dumping definittiv, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 38,8 %.

    5.   IL-ĦSARA

    (54)

    Il-kummenti dwar is-sejbiet li jikkonċernaw il-ħsara, li xi wħud minnhom ma kienu xejn ħlief repetizzjoni ta’ kummenti li diġà ġew indirizzati mir-Regolament provviżorju, waslu biss mingħand il-produttur Ċiniż.

    (55)

    L-argumenti dwar kummenti li diġà ġew indirizzati fir-Regolament provviżorju mhumiex imtennija f’dan ir-Regolament.

    1.   Rimarki ġenerali

    (56)

    Ta’ min wieħed ifakkar li f’dan il-każ l-informazzjoni ppreżentata tirreferi għal żewġ produtturi u esportatur produttur wieħed tal-Unjoni li essenzjalment jirrappreżentaw is-suq tal-Unjoni. Meta dan jitqies, ma jistgħux jingħataw ċifri preċiżi għall-għan ta’ protezzjoni tal-informazzjoni proprjetarja tan-negozju. Għalhekk, l-indikaturi qegħdin jingħataw f’forma ta’ indiċi jew firxiet.

    (57)

    Fit-tweġiba tiegħu għad-dokument ta’ notifika provviżorju, il-produttur Ċiniż talab li l-istima tal-ħsara tiġi ppreżentata fuq bażi annwali. Minkejja li dan ma jibdilx is-sustanza tad-dejta, imma jbiddel biss il-preżentazzjoni tagħha, it-talba ntlaqgħet bħala ġġustifikata u b’hekk l-analiżi li tidher hawn taħt hija ppubblikata annwalment mill-bidu sal-aħħar.

    (58)

    Il-produttur Ċiniż ma qablitx mad-dejta dwar il-volum tal-bejgħ għall-perjodu inkunsiderazzjoni (mill-2004 sal-aħħar tal-PI) li tidher fid-dokument ta’ notifika provviżorju speċifiku għall-kumpanija. Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni pprovdiet analiżi preċiża u eżawrjenti tad-dejta kkumpilata lill-produttur Ċiniż. Ir-reazzjonijiet li rċieva l-produttur Ċiniż konsegwentement tqabblu mal-informazzjoni disponibbli li pprovdew l-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala utenti tal-prodott ikkonċernat u l-produtturi fl-Unjoni. Għaldaqstant, fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġew magħrufin id-dettalji tal-bejgħ miċ-Ċiniżi għall-Unjoni u l-impatt relattiv tiegħu.

    (59)

    Il-produttur Ċiniż sostna li fejn m’hemmx offerta mill-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ tiegħu għandu jkun eskluż mill-analiżi tal-ħsara u kawżalità. B’danakollu ta’ min jinnota li l-istituzzjonijiet ma jistgħux isostnu li minħabba l-fatt li, waqt il-PI l-industrija tal-Unjoni ma tefgħetx offerta għal sejħa speċifika filwaqt li l-esportatur produttur Ċiniż tefa’ offerta, b’daqshekk l-industrija tal-Unjoni għamlet ħsara lilha nnifisha b’tali mod li kisret ir-rabta kawżali bejn il-ħsara u d-dumping. Barra minn hekk, dak li jkun ma jistax jipparteċipa f’sejħa għall-offerti mingħajr spejjeż (fi traduzzjonijiet, onorarji tal-aġenti, kultant ħlas biex titfa’ l-offerta, eċċ.) għaldaqstant kumpaniji ma jitfgħux offerta sakemm ma jkunux ċerti li għandhom ċans li jirbħu l-kuntratt.

    (60)

    Ġie sostnut ukoll li fejn il-kwerelant (Smiths Detection Group Limited) għamel offerti akbar mill-massimu tal-prezz speċifikat fis-sejħiet, dan għandu jiġi eskluż mill-analiżi tal-ħsara u kawżalità. Iżda l-investigazzjoni ma ħarġet l-ebda informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata li tikkonferma li saru offerti bħal dawn.

    (61)

    Il-produttur Ċiniż sostna li hemm nuqqas ta’ simetrija tad-dejta dwar il-ħsara. Dan għaliex il-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq u l-profitt jirreferu għall-bejgħ permezz tad-data tal-kuntratt filwaqt li ċerti fatturi oħra tal-ħsara oriġinaw mill-kontabilità finanzjarji tal-kwerelant u għaldaqstant għandhom mnejn ma jaqblux fiż-żmien. Fil-bidu ta’ din l-investigazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom jiffissaw punt ta’ referenza ċar għall-bejgħ, li jkun applikabbli għall-kumpaniji kollha li jikkooperaw mal-proċediment. Ġie deċiż li d-data tal-kuntratt kienet tipprovdi l-aħjar punt ta’ referenza minħabba li ta’ spiss jgħaddi ħafna żmien bejn id-data tal-bidu tas-sejħa għall-offerti u d-data tal-kuntratt, kif ukoll bejn id-data tal-kuntratt u l-aħħar data tal-fattura. Barra minn hekk, jista’ jkun li jkun hemm għadd ta’ fatturi għal kuntratt wieħed u kuntratt jista’ jkun fih ħafna snin.

    (62)

    Meta d-data tal-kuntratt ġiet iffissata bħala l-punt ta’ referenza, ma kienx prattiku li wieħed jitlob lill-produtturi tal-Unjoni biex jimlew it-tweġibiet tagħhom għall-kwestjunarju kollu abbażi tad-dati tal-kuntratti. Kieku ntalbu jagħmlu hekk kien ikollhom jerġgħu jaħdmu l-kontabilità tagħhom mill-ġdid b’mod li mhuwiex prassi normali u li kien idaħħal numru ta’ ambigwitajiet bl-impatt negattiv konsegwenti fuq il-kwalità tal-informazzjoni. Fid-dawl li ma kienx vijabbli li jintużaw id-dati tal-fatturi bħala punt ta’ referenza, id-dejta dwar il-ħsara f’dal każ ingħatat bl-aħjar mod possibbli għal dan il-prodott.

    (63)

    Waqt l-għaxar xahar tal-investigazzjoni, jiġifieri fir-reazzjoni tiegħu għall-konklużjonijiet provviżorji, il-produttur Ċiniż qajjem kwistjoni wkoll dwar il-fatt li l-PI kien għal tul ta’ 18-il xahar, u ddikjara li dan kellu jkun limitat biss għas-sena kalendarja tal-2008. Din it-talba kellha tiġi miċħuda għar-raġunijiet li jiġġustifikaw perjodu ta’ 18-il xahar kif imniżżel fir-Regolament provviżorju u hawn fuq fil-premessi (5) sa (11). Barra dan, bidla bħal din kienet tfixkel il-konklużjoni f’waqtha tal-investigazzjoni għaliex kienet tinvolvi li l-kumpaniji kollha li kienu qed jikkooperaw jintalbu li jerġgħu jimlew it-tweġibiet għall-kwestjonarji abbażi ta’ PI rivedut.

    (64)

    Il-produttur Ċiniż wera wkoll id-dubji tiegħu dwar jekk il-bosta kumpaniji tal-UE relatati mal-kwerelant ġewx inklużi kif suppost fl-analiżi tal-ħsara magħmula mill-Kummissjoni. Iżda l-verifika tar-risposti għall-kwestjonarju tal-kwerelant saret bil-kooperazzjoni sħiħa tal-grupp kollu u l-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-indikaturi tal-ħsara u l-kalkoli kienu analizzati kif suppost għall-grupp kollu kemm hu. Kif ġie ċċarat lill-produttur Ċiniż qabel l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, il-kumpaniji tal-UE li għalihom kienet qed tirreferi, jekk għandhom xi rwol fil-manifattura u l-bejgħ tal-prodott rilevanti, dan hu rwol insinifikanti. Fil-fatt, ir-rwol tagħhom huwa limitat għal ċerti funzjonijiet li jikkonċernaw il-bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat (pereżempju jagħmlu l-manutenzjoni) u l-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

    (65)

    Il-produttur Ċiniż fl-aħħar nett sostna li, safejn l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ ċerti sejħiet għall-offerti jew ma rrispondiet xejn għas-sejħiet, ma kien hemm ebda dumping li għamel ħsara lill-industrija kkonċernata tal-UE f’dawn it-tranżazzjonijiet. Din it-talba ma setgħetx tintlaqa’.

    (66)

    L-ewwel nett, għandu jkun innutat li l-fatt li ma jistax jiġi ffissat valur normali għal xi tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ma jitfax dubju fuq is-sejbien ta’ dumping li jagħmel il-ħsara, sakemm dak li jkun ibbażat fuqu l-kalkolu huwa kkunsidrat li jkun rappreżentattiv. F’dan il-każ dan kien ċertament minnu (ara l-premessa (50)). Għat-tranżazzjonijiet speċifiċi kkonċernati, għandu jkun innutat dan li ġej. It-tranżazzjoni li tirreferi għall-problemi ta’ rekwiżiti tekniċi tikkonċerna tip wieħed ta’ prodott mibjugħ fuq bażi ta’ sejħa waħda għall-offerti. Il-produttur Ċiniż minn lat wieħed, u ż-żewġ produtturi tal-Unjoni mil-lat l-ieħor, interpretaw is-sejħa għall-offerti b’modi differenti. Il-produttur Ċiniż sostna lejn l-aħħar tal-investigazzjoni, li t-tip ta’ prodott ikkonċernat kien kompletament differenti minn skanner mobbli filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet ta’ opinjoni differenti. Għalhekk jidher ċar li l-industrija tal-Unjoni ħadet sehem f’din is-sejħa għall-offerti fit-twemmin li għandha toffri tip ta’ prodott speċifiku. Aktar importanti minn hekk, il-parteċipazzjoni tagħha involviet l-ispejjeż (għat-traduzzjonijiet, għall-aġent, il-ħlas tal-parteċipazzjoni. eċċ.). Għalhekk, il-fatt li fil-konklużjoni finali tal-proċess tas-sejħa għall-offerti l-industrija tal-Unjoni ma tefgħetx offerta fuq termini indaqs ma jfissirx awtomatikament li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għall-ħsara.

    (67)

    Rigward it-tranżazzjonijiet li fadal, il-produttur Ċiniż jirreferi għal tranżazzjoni li ma tidħolx fl-ambitu tal-PI li, kif hemm spjegat fil-premessa (42), hija tabilħaqq għeluq ta’ kuntratt li kien magħmul qabel. Dan irrefera wkoll għal tranżazzjoni li fiha l-industrija tal-Unjoni ma pparteċipatx fis-sejħa għall-offerti. Rigward l-ewwel tranżazzjoni, ma saret ebda deċiżjoni dwar il-ħsara. Rigward it-tieni tranżazzjoni, japplikaw il-konklużjonijiet tal-premessa (59).

    2.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

    (68)

    Waqt il-ħdax-il xahar tal-investigazzjoni, kumpanija Rumena ddikjarat li waqt il-PI kienet produttur tal-UE ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni dwar l-istatus attwali ta’ din il-kumpanija. Skont l-informazzjoni ppreżentata kemm mill-kumpanija kif ukoll minn operaturi oħra f’dan is-suq, inkluż il-produttur Ċiniż, ir-rabta ta’ din il-kumpanija mal-prodott simili hija relatata mill-qrib mal-attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ produttur tal-Unjoni stabbilit tas-sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija. B’riżultat ta’ dan, fil-kuntest tal-investigazzjoni kurrenti, l-uniku bejgħ li għamlet il-kumpanija Rumena waqt il-PI huwa meqjus li sar mill-produttur tal-Unjoni ta’ sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija.

    (69)

    Rigward l-indikaturi makroekonomiċi, bħall-konsum, il-produzzjoni, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, il-ħażniet, il-volum tal-bejgħ, is-sehem fis-suq, l-impjieg, il-produttività u l-pagi, kif ukoll il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta’ min jinnota li dawn ġew analizzati fir-rigward tal-produtturi kollha tal-Unjoni.

    (70)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, is-sejbiet previsti fil-premessi (52) sa (56) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    3.   Il-konsum tal-Unjoni

    (71)

    Il-produttur Ċiniż sostna li l-livell tal-konsum tal-Unjoni kif previst fir-Regolament provviżorju ma kienx eżattament korrett. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni kkuntattjat lill-partijiet interessati, notevolment l-utenti, bil-għan li tiġbor aktar tagħrif dwar il-konsum tal-UE waqt il-perjodu inkunsiderazzjoni. Abbażi tat-tagħrif addizzjonali li pprovdew il-partijiet interessati, huwa meqjus li l-konsum tal-UE żviluppa kif ġej:

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Indiċi: 2004 = 100

    100

    62

    114

    110

    111

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti

    (72)

    Il-konsum tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili fl-UE żdied bi 11 % matul il-perjodu inkunsiderazzjoni.

    (73)

    Il-produttur Ċiniż sostna li għandha tiġi ppubblikata d-dejta dwar il-konsum attwali, u mhux it-tagħrif indiċjat. F’dan ir-rigward huwa nnotat li, kif diġà ġie spjegat biċ-ċar fil-premessa (54) tar-Regolament provviżorju, in-numru ta’ partijiet involuti fil-produzzjoni ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija huwa żgħir u b’hekk kull kxif tad-dejta reali tal-konsum jista’ jwassal għall-kxif tal-bejgħat attwali mill-partijiet, u dan it-tagħrif huwa meqjus bħala kunfidenzjali.

    (74)

    Tressaq ukoll li ċ-ċifra tal-konsum għandha tqies l-unitajiet kollha tal-prodott ikkonċernat li huma kkunsmati fis-suq tal-UE. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-figuri tal-konsum tal-Unjoni jqisu l-bejgħ kollu tal-prodott li qed jiġi investigat (kemm jekk ikunu b’riżultat ta’ sejħa għall-offerti, kemm jekk ma jkunux) mill-partijiet kollha (safejn għandha t-tagħrif il-Kummissjoni). Id-dejta tqabblet u vverifikata mas-sorsi differenti disponibbli. B’danakollu l-figuri tal-konsum juru biss il-bejgħ attwali, u mhux in-numru żgħir ta’ tranżazzjonijiet li ġew irrappurtati lill-Kummissjoni, li kienu jikkonċernaw jew kiri jew għotja. Kieku ġew inklużi dawn it-tranżazzjonijiet, is-sehem Ċiniż fis-suq kien ikun akbar.

    (75)

    Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (57) u (58) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (71) sa (74) hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati.

    4.   L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (a)   Volum, prezz u sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett tad-dumping tal-prodott ikkonċernat

    (76)

    Kif inhu spjegat fil-premessi (57) u (58), ġew riveduti l-volumi u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. L-annwalizzazzjoni tad-dejta u l-aġġornament tal-volumi kkonfermaw il-konklużjonijiet li hemm fir-Regolament li l-importazzjonijiet u s-sehem fis-suq tagħhom żdiedu b’mod sinifikanti mill-2004 ’l hawn. Il-parti Ċiniża wriet id-dubji tagħha dwar il-metodoloġija użata fl-indiċjar ta’ din id-dejta. Huwa importanti li nenfasizzaw li d-dejta li ġiet attwalment użata, bi kwalunkwe mod li ġiet indiċjata, kemm fl-istadju provviżorju kif ukoll f’dak definittiv, turi żieda sinifikanti fil-volum u fis-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

    (77)

    Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat żdied b’iżjed minn 150 % matul il-perjodu kkonċernat.

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Volum ta’ importazzjonijiet

    100

    75

    250

    200

    267

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti

    (78)

    Kif intqal fil-premessa (60) tar-Regolament provviżorju, il-prezz medju tal-esportazzjoni varja ħafna skont it-tipi ta’ skanner tal-merkanzija li kienu importati u għalhekk ma setgħux iwasslu għal konklużjonijiet sinifikanti.

    (79)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdied b’iżjed mid-doppju fil-perjodu kkonċernat.

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Sehem mis-suq tal-PRC

    15-25 %

    20-30 %

    40-50 %

    30-40 %

    40-50 %

    Indiċi: 2004 = 100

    100

    121

    219

    183

    240

    Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti

    (80)

    Il-produttur Ċiniż sostna li għandhom jiġu eżaminati wkoll il-volumi ta’ wara l-PI (l-offerti li ntrebħu waqt il-PI li għalihom ġew iffirmati l-kuntratti wara l-PI). Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, il-fatti ta’ wara l-PI ma jitqisux, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-produttur Ċiniż ma invokax dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. Barra minn hekk, għar-raġuni ta’ komparabbilità, kien ikun jeħtieġ li jiġu allokati mill-ġdid il-bejgħ li saru qabel il-PI. Għaldaqstant din it-talba ma ntlaqatx. Meta wieħed iqis iż-żidiet fl-importazzjoni f’termini tal-volum u tas-sehem fis-suq li jidhru hawn fuq, din id-deċiżjoni xorta waħda ma kellha l-ebda impatt fuq il-fatturi li ġew eżaminati f’dan il-każ.

    (b)   L-offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz

    (81)

    Il-produttur Ċiniż ressaq li l-metodoloġija użata fl-istadju provviżorju f’dak li jikkonċerna l-offerti ta’ bejgħ taħt il-prezz kienet żbaljata. Fl-opinjoni tiegħu, ma kienx possibbli li l-prezzijiet attwali tal-bejgħ tiegħu jitqabblu mal-prezzijiet li toffri l-industrija tal-Unjoni għas-sejħat tal-offerti. F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li din il-metodoloġija kienet meqjusa li kienet l-aktar waħda xierqa minħabba l-ħtieġa ta’ paragun ġust li involva prodott kumpless ħafna u li involva x-xiri pubbliku. Ma ġew identifikati ebda metodi vijabbli oħra mill-partijiet interessati.

    (82)

    Irid jingħad li minkejja li l-metodoloġija baqgħet dik deskritta hawn fuq, saru xi aġġustamenti żgħar għall-kalkolu li baxxew il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u dawn tgħarrfu lill-partijiet interessati.

    (83)

    Il-paragun rivedut juri li, waqt il-PI, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu mibjugħin fl-Unjoni bi prezzijiet iżjed baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni b’firxa ta’ bejn il-15 u l-20 %. Ta’ min jinnota li l-produttur Ċiniż sostna fis-sottimissjonijiet tiegħu li waħda mir-raġunijiet li għalihom kien rebaħ il-kuntratti kienet li offra speċifikazzjoni ta’ prodott superjuri. F’termini ta’ offerti ta’ bejgħ taħt il-prezz (u bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa) dan seta’ wassal biex isiru l-aġġustamenti u biex jiġu kkalkulati marġnijiet akbar. Dan l-aġġustament ma sarx għaliex dan ma ġiex ippruvat li kien validu u ma kien hemm ebda informazzjoni biex tikkwantifikahom.

    (84)

    Billi ma kien hemm ebda kummenti oħra, il-bqija tal-informazzjoni fil-premessi (59) sa (62) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (76) sa (83) hawn fuq, hija b’dan ikkonfermata.

    5.   Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

    Kummenti preliminari

    (85)

    Ta’ min jinnota li d-dejta tal-indikaturi tal-ħsara hija ppreżentata b’mod differenti fir-Regolament definittiv biex jindirizzaw żewġ kwistjonijiet, kif iddikjarat fil-premessi (57) u (69), jiġifieri t-talba tal-produttur Ċiniż biex tiġi annwalizzata id-dejta tat-18-il xahar tal-PI u l-kumpilazzjoni fl-analiżi tal-makroindikaturi tad-dejta meħudin mit-tieni produttur tal-Unjoni.

    L-indikaturi tal-ħsara

    Il-produzzjoni, il-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-produzzjoni

    100

    75

    94

    173

    151

    Il-kapaċità

    100

    83

    90

    185

    200

    L-utilizzazzjoni tal-kapaċità

    100

    90

    104

    94

    76

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (86)

    Matul il-perijodu kkunsidrat, il-volum ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’51 %. Din ix-xejra pożittiva hija dovuta prinċipalment għall-bejgħ tajjeb li sar għall-esportazzjoni tal-prodott simili. L-industrija tal-Unjoni żiedet b’aktar mid-doppju l-kapaċità tal-produzzjoni tagħha matul l-istess perjodu għall-istess raġuni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqas b’24 %.

    (87)

    Meta wieħed iżomm f’moħħu li l-figuri msemmijin hawn fuq huma marbutin mal-produzzjoni, li parti sostanzjali minnha tinbiegħ fi swieq lil hinn mill-UE, dawn l-indikaturi mhumiex meqjusin bħala importanti f’dan il-każ.

    Il-ħażniet

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-ħażniet

    100

    164

    155

    127

    136

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (88)

    Il-livell tal-ħażna tal-industrija tal-Unjoni wera xejra ’l fuq li qed titbiddel matul il-perjodu kkunsidrat. B’danakollu, dan ma tqiesx li kien indikatur importanti billi din l-industrija topera fuq bażi ta’ produzzjoni skont l-ordni, il-ħażniet dejjem jinżammu baxxi ħafna u parti kbira ta’ dawn il-ħażniet kienet maħsuba għas-suq tal-esportazzjoni.

    Il-volum tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-volum ta’ bejgħ tal-Unjoni

    100

    67

    93

    100

    76

    Sehem mis-suq

    65-75 %

    70-80 %

    55-65 %

    60-70 %

    45-55 %

    L-indiċi tas-sehem mis-suq

    100

    108

    82

    91

    68

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u sottomissjonijiet sussegwenti

    (89)

    Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkonċernat u fil-PI kien ta’ kważi 25 % inqas mill-volum oriġinali tiegħu. L-industrija tal-Unjoni tilfet mal-20 punt perċentwali mis-sehem tagħha fis-suq bejn l-2004 u t-tmiem tal-PI.

    (90)

    Il-konklużjonijiet fil-premessa (69) tar-Regolament provviżorju li jirrigwardaw il-prezzijiet tal-bejgħ huma kkonfermati.

    (91)

    Il-produttur Ċiniż tenna t-talba tiegħu li jirċievi l-informazzjoni dwar l-offerti tal-kwerelant għas-sejħiet tal-offerti li ġew milqugħa u dwar kemm tqiesu ċerti offerti fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni. Iżda, l-għotja ta’ dan il-livell ta’ dettall ma tqiesx li kien xieraq minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Dan talab ukoll il-konferma li d-data tal-iffirmar tal-kuntratti tal-bejgħ li sar b’riżultat tas-sejħat għall-offerti ġiet użata bħala l-fattur determinanti fil-kalkolu tal-konsum tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-istituzzjonijiet jikkonfermaw li l-metodoloġija spjegata fil-premessa (57) tar-Regolament provviżorju ntużat għall-partijiet kollha. L-istess parti talbet ukoll kjarifika li d-dejta dwar il-kwerelant kienet tirreferi għaż-żewġ impjanti ta’ produzzjoni tiegħu. Dwar dan, kif intqal fil-premessa (7)(a) tar-Regolament provviżorju, huwa kkonfermat li d-dejta mressqa mill-kwerelant ġiet ikkumpilati mill-impjanti t-tnejn li huma tal-produzzjoni tiegħu.

    Il-profittabilità

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa

    100

    85

    90

    7

    –50

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (92)

    L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sitwazzjoni kienet partikolarment ħażina matul il-PI.

    L-investimenti, il-profitt fuq l-investiment, il-likwidità u l-ħila għall-akkwist tal-kapital

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Investimenti

    100

    164

    100

    354

    105

    Ir-redditu fuq l-investiment

    110-120 %

    85-95 %

    210-220 %

    215-225 %

    60-70 %

    Likwidità

    100

    124

    257

    186

    –71

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (93)

    L-investimenti baqgħu baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. Parti kbira mill-investimenti kienet iddedikata għall-manutenzjoni tal-bini operattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-livell ogħla ta’ investiment innutat fl-2007 jirrigwarda brevett ġdid biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Ta’ min ifakkar li dan in-negozju huwa ffukat ħafna fuq l-għarfien u mhux fuq l-investiment.

    (94)

    Ir-redditu fuq l-investiment, imfisser f’termini tal-profitti netti tal-industrija tal-Unjoni u l-valur nett fuq il-karta tal-investimenti tagħha, juri tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat, iżda mhuwiex indikatur tajjeb tal-ħsara għaliex jirrifletti prinċipalment assi li diġà kienu ġew deprezzati.

    (95)

    Il-qagħda tal-likwidità tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar b’mod drammatiku tul il-perjodu kkonċernat.

    (96)

    Billi l-produzzjoni tas-sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija kienet tifforma parti żgħira mill-attivitajiet tal-kwerelant, il-ħila għall-akkwist tal-kapital ma tqiesitx bħala indikatur importanti f’dan il-każ.

    Ix-xogħol, il-produttività u l-pagi

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    L-impjiegi

    100

    110

    129

    160

    167

    L-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem

    100

    98

    102

    106

    106

    Il-produttività għal kull impjegat

    100

    68

    73

    109

    135

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (97)

    L-impjiegi, l-ispiża medja tax-xogħol għal kull ħaddiem u l-produttività għal kull ħaddiem żdiedu waqt il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dawn l-indikaturi ma jitqiesux bħala indikaturi importanti f’dan il-każ, billi ħafna mill-impjiegi huma marbutin mal-produzzjoni ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija li huma mibjugħin fis-suq għall-esportazzjoni.

    Id-daqs tad-dumping

    (98)

    Is-sejbiet tal-premessa (76) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    Kummenti oħra

    (99)

    Billi ma kien hemm l-ebda kumment ieħor, il-bqija tal-informazzjoni fil-premessi (64) sa (76) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (85) sa (98) hawn fuq, hija b’dan ikkonfermata.

    6.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

    (100)

    Is-sejbiet fir-Regolament provviżorju dwar il-gradi ta’ importanza differenti tal-indikaturi tal-ħsara f’din il-proċedura partikolari jibqgħu validi. Il-fatturi tal-ħsara li huma meqjusin bħala l-iżjed importanti huma kemm iħallu profitt, is-sehem fis-suq u l-offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz billi dawn direttament jirreflettu s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni b’relazzjoni mal-attività tagħha fis-suq tal-Unjoni. Ir-raġunijiet li għalihom ċerti indikaturi oħra mhumiex daqstant relevanti qegħdin spjegati hawn fuq.

    (101)

    Fir-rigward tal-kapaċità ta’ profitt, l-industrija tal-Unjoni għamlet telf tul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem fis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’24 %. Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż għamel offerta ta’ bejgħ taħt il-prezz tal-kwerelant b’firxa ta’ bejn il-15 u l-20 %.

    (102)

    Tabilħaqq, is-sehem Ċiniż mis-suq tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni żdied b’140 % tul il-perjodu kkonċernat filwaqt li fl-istess żmien kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-bejgħ (– 24 %) tal-industrija tal-Unjoni u fis-sehem mis-suq (20 punt perċentwali).

    (103)

    Kif ġie spjegat fir-rimarki ġenerali ta’ qabel din l-analiżi tal-ħsara, id-dejta ġiet ippreżentata b’mod differenti minn dak tar-Regolament provviżorju. Jidher biċ-ċar li kemm jekk tkun ippreżentata d-dejta f’format annwalizzat kif ukoll jekk le, ma tinbidilx fis-sustanza tagħha iżda biss fil-preżentazzjoni. Iżda d-dejta dwar il-ħsara li tidher hawn fuq (fir-rispett tal-makroindikaturi) tinkludi wkoll id-dejta dwar it-tieni produttur tal-Unjoni. Għaldaqstant ġie konkluż li d-dejta riveduta li tidher hawn fuq tikkonferma l-konklużjonijiet provviżorji dwar il-ħsara, jiġifieri li kien hemm sitwazzjoni ta’ ħsara matul il-perjodu kkunsidrat fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

    (104)

    Meta jitqies dan li ntqal hawn fuq, huwa maħsub li l-konklużjonijiet rigward il-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kif stipulat fir-Regolament provviżorju ma nbidlux mit-tibdil fil-preżentazzjoni msemmi fil-premessa (85). Billi m’hemm ebda kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (77) sa (80) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (100) sa (103) hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati.

    6.   IL-KAWŻALITÀ

    (105)

    Il-kummenti dwar is-sejbiet rigward il-kawżalità ntbagħtu biss mill-produttur Ċiniż.

    (106)

    Ta’ min ifakkar li l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u fatturi oħra ġew annwalizzati għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (85).

    1.   L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

    (107)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping żdied b’140 %, waqt li s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 32 %. Dawn il-bidliet negattivi għall-industrija tal-Unjoni seħħew fl-isfond ta’ konsum tal-UE li żdied bejn wieħed u ieħor bi 11 % bejn l-2004 u l-PI (figura annwalizzata).

    2.   L-effetti ta’ fatturi oħra

    Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

     

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Il-bejgħ ta’ esportazzjoni tal-produzzjoni tal-Unjoni

    100

    93

    123

    245

    233

    Il-prezz tal-bejgħ tal-esportazzjoni

    100

    107

    60

    63

    70

    Indiċi: 2004 = 100

    Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (108)

    Il-volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira (bejn 85 u 95 %) tal-volum totali tal-produzzjoni tal-Unjoni fil-PI.

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

    (109)

    Il-produttur Ċiniż implika li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u li nbigħu iżjed skanners tal-merkanzija lill-UE minn kumpaniji Amerikani milli mir-RPĊ waqt il-PI, iżda dan l-argument mhuwiex sostnut bil-fatti u bi provi konkreti u li jistgħu jiġu vverifikati.

    (110)

    Wara li ttieħdu l-miżuri provviżorji, il-Kummissjoni fittxet b’mod attiv iżjed tagħrif dwar l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti iżda fl-aħħar ikkonfermat il-figuri għall-volum tal-importazzjoni mill-Istati Uniti li kienu stabbiliti fl-istadju provviżjoru.

    L-industrija tal-Unjoni ma ppreżentatx l-offerta tagħha għall-proċessi kollha tas-sejħat għall-offerti li saru matul il-PI

    (111)

    Il-produttur Ċiniż ikkritika l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’ċerti sejħat għall-offerti. F’dan ir-rigward, ninnotaw li l-investigazzjoni qieset li mhux il-partijiet kollha (l-industrija tal-Unjoni, il-produttur Ċiniż, produtturi oħra ta’ ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija) tefgħu l-offerti tagħhom għal kull eżerċizzju ta’ sejħat għall-offerti. Ma nstab ebda fattur konvinċenti li jimplika li l-ħsara li dehret biċ-ċar waqt il-perjodu kkunsidrat irriżultat mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni ma pparteċipatx f’offerti li ma kenux meqjusa għażliet kummerċjali xierqa. Il-fatt li għażla kummerċjali xierqa hija fattur li jiddetermina għandux wieħed jirrispondi għal sejħa għall-offerti huwa kkonfermat mill-fatt li t-tfigħ tal-offerti jinvolvi l-ispejjeż (traduzzjonijiet, onorarji tal-aġenti, ħlas biex tiddaħħal l-offerta, eċċ.) u l-kumpaniji ma jitfgħux offerta sakemm ma jkunux ċerti li għandhom ċans li jirbħu l-kuntratt.

    L-impatt ta’ fatturi mhux marbutin mal-prezz tal-prodott ikkonċernat

    (112)

    Il-produttur Ċiniż insista li għandhom jiġu analizzati iżjed fil-fond, biex tingħaraf il-kawża tagħhom, l-effetti inġurjużi ta’ fatturi mhux marbutin mal-prezz, bħalma huma fatturi oħra tekniċi.

    (113)

    Mhemmx dubju li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi teknikament li tipproduċi prodott bl-istess speċifikazzjonijiet ta’ dak Ċiniż. Iżda dan kien ikun ifisser li l-industrija tal-Unjoni kien ikollha toffri l-prodott bi prezz ogħla. Tabilħaqq, din il-kwistjoni turi l-effett sħiħ tad-dumping li qed isir mill-produttur Ċiniż. Parti mid-dumping huwa dovut għall-fatt li l-produttur Ċiniż sempliċiment joffri prodott b’iżjed karatteristiċi. Billi d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (6) tippermetti l-applikazzjoni ta’ żewġ kriterji biss li fuqhom jintrebħu l-kuntratti: “l-irħas prezz” u “l-iżjed offerta ekonomikament vantaġġjuża”, il-kuntratt kważi awtomatikament kellu jingħata lill-produttur Ċiniż li qed jagħmel id-dumping. L-offerti tal-produttur Ċiniż ma kenux jibqgħu ekonomikament vantaġġjużi kieku ma kenux l-oġġett ta’ dumping, jiġifieri kieku għall-inqas kienu iżjed għoljin biex jirriflettu l-karatteristiċi addizzjonali.

    (114)

    Fl-aħħar nett jeħtieġ li niġbdu l-attenzjoni għall-fatt li l-investigazzjoni wriet li l-kwerelant kien issodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha fis-sejħiet għall-offerti li fihom kemm il-kwerelant kif ukoll il-produttur Ċiniż tefgħu offerta taħt l-istess kundizzjonijiet.

    L-allegazzjoni ta’ prezzijiet ogħla minn dawk tal-kwerelant

    (115)

    Il-produttur Ċiniż afferma wkoll li kien hemm każi fejn intlaħqu l-offerti tal-produttur Ċiniż minkejja l-fatt li l-prezz li dan kien qed jitlob kien ogħla minn dak tal-kwerelant. Għaldaqstsant, tranżazzjonijiet bħal dawn imesshom jitqiesu li ma kenux kawża ta’ ħsara.

    (116)

    F’dan ir-rigward ta’ min wieħed jinnota li l-investigazzjoni stabbiliet li jeżisti każ wieħed biss ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti fejn mal-ewwel daqqa ta’ għajn jidher li l-uniku produttur Ċiniż rebaħ kuntratt minkejja l-fatt li kien offra prezz iżjed għoli minn dak tal-kwerelant. Iżda l-investigazzjoni wriet li dan ma kienx minnu fir-realtà għaliex l-offerta li għamlet il-kumpanija Ċiniża inkludiet ħafna karatteristiċi addizzjonali għall-istess prezz. Kieku kellhom isiru l-aġġustamenti għal dawn il-karatteristiċi addizzjonali kollha, il-prezz tal-esportazzjoni kien ikun irħas u b’konsegwenza l-marġni tad-dumping kien ikun ogħla. Ma tressqet l-ebda informazzjoni oħra verifikabbli biex issostni l-argument li kien hemm offerti oħra fejn il-kumpanija Ċiniża offriet prezz ogħla minn tal-kwerelant.

    Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-produttur l-ieħor tal-Unjoni

    (117)

    Il-produttur Ċiniż ressaq li l-produttur l-ieħor tal-Unjoni kien għamel prezzijiet predatorji u b’hekk ikkawża ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, u li din il-parti m’għandhiex ħsara minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina billi hi temmet il-kooperazzjoni attiva tagħha.

    (118)

    L-ewwel nett, ta’ min ifakkar li l-produttur l-ieħor tal-Unjoni pprovda l-informazzjoni dwar dan il-proċediment u l-analiżi tal-ħsara hija stmata għall-industrija sħiħa tal-Unjoni. Barra minn hekk, jixraq li wieħed jinnota li l-asserzjonijiet tal-produttur Ċiniż dwar l-ipprezzar predatorju mhumiex sostnuti minn ebda prova fattwali u ma jistgħux idgħajjfu s-sejbiet tal-investigazzjoni kif ippreżentati fil-premessa (89) tar-Regolament provviżorju.

    3.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

    (119)

    Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (81) sa (95) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (105) sa (118) hawn fuq, huma b’dan ikkonfermati.

    (120)

    Fid-dawl ta’ dak li jidher hawn fuq, id-deċiżjoni provviżorja li l-ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata minn importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping hija kkonfermata.

    7.   L-INTERESSI TAL-UNJONI

    1.   L-interessi tal-utenti

    (121)

    Żewġ utenti li kienu diġà bagħtu r-rappreżentazzjonijiet fl-istadju provviżorju baqgħu jsostnu dak li qalu fil-kummenti oriġinali tagħhom. Huma enfasizzaw il-ħsibijiet tagħhom dwar il-kompetizzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi jekk jiġu imposti miżuri definittivi. Iżda t-tħassib tagħhom ġie indirizzat fir-Regolament provviżorju u ma ġie ppreżentat xejn ġdid li seta’ jikkonferma li l-kompetizzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi jistgħu jġarrbu l-ħsara, għall-inqas mhux fuq medda ta’ żmien qasira għal medja, mill-impożizzjoni ta’ dazju definittiv.

    2.   Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni

    (122)

    Iż-żewġ rappreżentazzjonijiet ta’ hawn fuq ma biddlux il-konklużjonijiet provviżorji. Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (96) sa (113) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    8.   IL-MIŻURI DEFINITTIVI TAL-ANTIDUMPING

    1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

    (123)

    Il-produttur Ċiniż ressaq il-kummenti tiegħu dwar il-kalkolu ta’ bejgħ bi prezz imnaqqas. Fejn kien meħtieġ saru l-aġġustamenti fl-istadju definittiv.

    (124)

    Il-produttur Ċiniż ressaq talba marbuta mal-marġni tal-ħsara li kienet tixbaħ lil dik imniżżla fil-premessa (51) ta’ dan ir-Regolament. Din it-talba kellha tinċaħad rifjutata għall-istess raġunijiet imsemmija fil-premessa (51).

    (125)

    Il-produttur Ċiniż talab ukoll il-kjarifiki dwar il-metodu użat biex jiġi ffissat il-marġni ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa, u b’mod partikolari, għal liema sena jirreferi dan il-marġni. F’dan ir-rigward, huwa nnotat li l-fissazzjoni tal-profitti ta’ qabel it-taxxa inkisbet b’riżultat ta’ analiżi tad-dejta dwar is-snin finanzjarji 2006 u 2007.

    (126)

    Bil-kalkoli magħmulin fuq il-marġni tad-dumping definittiv u fuq il-livell tat-tneħħija tal-ħsara rriżulta li dan tat-tieni ġie iżjed baxx minn tal-ewwel. Billi m’hemm l-ebda kumment ieħor, il-premessi (114) sa (117) tar-Regolament provviżorju, kif immodifikati fil-premessi (123) sa (126) ta’ dan ir-Regolament, huma b’dan ikkonfermati.

    2.   Il-miżuri definittivi

    (127)

    Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa dwar id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interessi tal-Unjoni, u b’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet l-aktar baxxi ta’ dumping u ta’ ħsara misjuba, skont ir-regola ta’ inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rata tad-dazju għandha tkun stabbilita kif xieraq fil-livell tal-ħsara li nstab. Dan ġie kkalkulat għal 34 %, waqgħa sinifikanti mill-istadju provviżorju, meta r-rata tad-dazju ġiet iffissata fil-livell tad-dumping li nstab.

    (128)

    Fuq din il-bażi, ir-rata tad-dazju definittiv antidumping għar-RPĊ hija ta’ 34 %.

    (129)

    Konformi mal-premessa (120) tar-Regolament provviżorju, biex ikun hemm sorveljanza attenta għall-effikaċja tal-miżuri, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq bażi kunfidenzjali u perjodika, l-informazzjoni dwar il-proċeduri tas-sejħiet pubbliċi għall-offerti tal-UE li jwassal għall-bejgħ ta’ sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija.

    9.   IL-ĠBIR DEFINITTIV TAD-DAZJU PROVVIŻORJU

    (130)

    Fid-dawl tal-wisa’ tal-marġni ta’ dumping misjub u minħabba l-livell tal-ħsara kkaġunata lill-industrija tal-Unjoni, jitqies li hu meħtieġ li l-ammonti miġbura permezz tad-dazju tal-antidumping provviżorju impost mir-Regolament provviżorju għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-limitu tad-dazju impost definittivament minn dan ir-Regolament preżenti. Billi d-dazju definittiv huwa anqas mid-dazju provviżorju, l-ammonti miġbura li huma aktar mir-rata definittiva tad-dazju għandhom jinħelsu.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan qed jiġi impost dazju definittiv tal-antidumping fuq sistemi għall-iskannjar tal-merkanzija, ibbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija tan-newtron jew ibbażati fuq l-użu ta’ raġġi X b’sors ta’ raġġi X ta’ 250 KeV jew aktar jew ibbażati fuq l-użu ta’ radjazzjonijiet gamma, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00, ex 9022 29 00, ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 (kodiċijiet TARIC 9022190010, 9022290010, 9027801710 u 9030100091) u l-vetturi bil-mutur mgħammra b’dawn is-sistemi li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8705 90 90 (kodiċi TARIC 8705909010) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    2.   Ir-rata tad-dazju definittiv tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 34 %.

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    L-ammonti li jinġabru permezz tad-dazju provviżorju tal-antidumping skont ir-Regolament (UE) Nru 1242/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ skannjar tal-merkanzija, ibbażati fuq l-użu ta’ teknoloġija neutron jew ibbażati fuq l-użu ta’ raġġi X b’sors ta’ raġġi X ta’ 250 KeV jew aktar jew ibbażati fuq l-użu tar-radjazzjoni gamma, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 9022 19 00, ex 9022 29 00, ex 9027 80 17 u ex 9030 10 00 (kodiċijiet TARIC 9022190010, 9022290010, 9027801710 u 9030100091) u l-vetturi bil-mutur mgħammra b’dawn is-sistemi li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8705 90 90 (kodiċi TARIC 8705909010) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru definittivament bir-rata tad-dazju definittiv imposta skont l-Artikolu 1. L-ammonti miġbura li huma aktar mir-rati tad-dazju definittiv tal-antidumping għandhom jinħelsu.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

    (3)  ĠU L 332, 17.12.2009, p. 60.

    (4)  ĠU L 104, 23.4.1994, p. 5.

    (5)  ĠU L 83, 13.4.1995, p. 8.

    (6)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.


    Top