Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0173

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2010 tal- 25 ta' Frar 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe

    ĠU L 51, 2.3.2010, p. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/173/oj

    2.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 51/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 173/2010

    tal-25 ta' Frar 2010

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri rstrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari fl-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/92/PESK (2) temenda l-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (3). Għaldaqstant, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 qiegħed jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fil-25 ta’ Frar 2010.

    Għall-Kummissjoni,

    f’isem il-President,

    João VALE DE ALMEIDA

    Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p.1.

    (2)  ĠU L 41, 16.2.2010, p. 6.

    (3)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.


    ANNESS

    L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru mill-parti “I. Persuni naturali”

    Isem

    Funzjoni/Raġuni għaliex inkluż fil-lista; Dejta ta' identifikazzjoni

    Data tal-għażla msemmija fl-Artikolu 7(2):

    3.

    Al Shanfari, Thamer Bin

    Eks Ċermen ta' Oryx Group u Oryx Natural Resources (ara n-numru 22 fil-parti II), imwieled fit-3.1.1968.

    Għandu rabtiet mal-Gvern u huwa implikat f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

    27.1.2009

    39.

    Dabengwa, Dumiso

    Eks Membru tal-Kumitat tal-Politburo ta' ZANU-PF, mexxej taz-ZAPU, imwieled fl-1939.

    Eks Membru tal-Polituro u bħala tali b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

    25.7.2002

    54.

    Hove, Richard

    Segretarju tal-Politburo ta' ZANU-PF inkarigat mill-Affarijiet Ekonomiċi, imwieled fl-1935.

    Membru tal-Polituro u bħala tali b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.

    25.7.2002

    113.

    Msika, Joseph W

    Viċi-President, imwieled fis-6.12.1923.

    Membru tal-Gvern u bħala tali involuta f'attivitajiet li b'mod serju jimminaw id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

    25.7.2002

    203.

    Zvinavashe, Vitalis

    Politburo, Kumitat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni fil-partit, imwieled fis-27.9.1943.

    Eks membru tal-forzi tas-sigurtà u kompliċi fit-tiswir jew l-attwazzjoni ta' politika statali ripressiva u membru tal-politburo.

    21.2.2002

    (2)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jitħassru mill-parti “II. Persuni, entitajiet jew korpi legali”:

    Isem

    Dejta ta' identifikazzjoni; Raġunijiet għaliex inkluż fil-lista

    Data tal-għażla msemmija fl-Artikolu 7 (2):

    16.

    Korporazzjoni tal-Iżvilupp Industrijali taż-Żimbabwe

    93 Park Lane, PO Box CY1431, Harare, Zimbabwe.

    Proprjetà sħiħa tal-Gvern taż-Żimbabwe.

    27.1.2009

    17.

    Intermarket Holdings Ltd

    Zimbank House, 46 Speke Avenue, PO Box 3198, Harare, Zimbabwe.

    Sussidjarja ta' ZB Financial Holdings Ltd

    27.1.2009

    22.

    Oryx Diamonds Ltd (magħrufa wkoll bħala Oryx Natural Resources)

    Alexander Forbes Building, Windhoek, Namibia; Parc Nicol Offices, 6, 301 William Nicol Drive, Bryanston, Gauteng 2021, South Africa; S Drive, Georgetown, Grand Cayman, Cayman Islands; 3 Victor Darcy Close, Borrowdale, Harare, Zimbabwe; Bank of Nova Scotia Building, 4th Floor, Georgetown, Grand Cayman, Cayman Islands.

    Kumpanija li tippermetti lil uffiċjali taz-ZANU-PF biex jieħdu benefiċċju personali minn negozju ta' tħaffir ta' mini fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

    27.1.2009

    27.

    Scotfin Ltd

    Zimbank House, 46 Speke Avenue, PO Box 3198, Harare, Zimbabwe.

    Proprjetà sħiħa ta' ZB Financial Holdings Ltd

    27.1.2009

    33.

    ZB Financial Holdings Ltd (magħrufa wkoll bħala Finhold)

    Zimbank House, 46 Speke Avenue, PO Box 3198, Harare, Zimbabwe.

    Il-Gvern taż-Żimbabwe huwa proprjetarju ta' iżjed minn 75 % tagħha.

    27.1.2009

    34.

    ZB Holdings Ltd

    Zimbank House, 46 Speke Avenue, PO Box 3198, Harare, Zimbabwe.

    Proprjetà sħiħa ta' ZB Financial Holdings Ltd.

    27.1.2009

    37.

    Zimbabwe Iron and Steel Company (magħrufa wkoll bħala Zisco, Ziscosteel)

    2 Redcliff, Zimbabwe.

    Il-Gvern taż-Żimbabwe huwa proprjetarju ta' iżjed minn 88 % tagħha.

    27.1.2009

    39.

    Zimre Holdings Ltd

    9th Floor, Zimre Centre, 25 Kwama Nkrumah Avenue, Harare, Zimbabwe.

    Il-Gvern taż-Żimbabwe huwa proprjetarju ta' iżjed minn 69 % tagħha.

    27.1.2009

    40.

    Zimre Reinsurance Company (PVT) Ltd

    9th Floor, Zimre Centre, 25 Kwama Nkrumah Avenue, Harare, Zimbabwe.

    Proprjetà sħiħa ta' Zimre Holdings Ltd.

    27.1.2009


    Top