This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0172
Commission Regulation (EU) No 172/2010 of 1 March 2010 entering a name in the register of traditional specialities guaranteed (Prekmurska gibanica (TSG))
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2010 tal- 1 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Prekmurska gibanica (STG)]
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2010 tal- 1 ta’ Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Prekmurska gibanica (STG)]
ĠU L 51, 2.3.2010, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
2.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 172/2010
tal-1 ta’ Marzu 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Prekmurska gibanica (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament imsemmi, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni “Prekmurska gibanica” tiġi rreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata. |
(3) |
Fit-talba ntalab ukoll li tiġi applikata l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. Din il-protezzjoni għandha tingħata lid-denominazzjoni “Prekmurska gibanica” fis-sens li, ladarba ma kienx hemm oġġezzjoni, ma setax jintwera li l-isem kien użat b’mod legali, magħruf u ekonomikament sinifikanti għal prodotti agrikoli jew għal oġġetti tal-ikel simili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija rreġistrata.
Il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 għandha tapplika.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU C 138, 18.6.2009, p. 9.
ANNESS
L-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 509/2006:
Klassi 2.3. Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini
IS-SLOVENJA
Prekmurska gibanica (STG)
L-użu tad-denominazzjoni huwa riservat.