EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010H0102
Council Recommendation of 16 February 2010 concerning the discharge to be given to the Commission in respect of the implementation of the operations of the European Development Fund (eighth EDF) for the financial year 2008
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2010 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2008
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 2010 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2008
ĠU L 45, 20.2.2010, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/15 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Frar 2010
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2008
(2010/102/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1) u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KE (3), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-tmien EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),
Billi
(1) |
Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2008 kienet sodisfaċenti, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien EDF għas-sena finanzjarja 2008.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO
(1) ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.
(2) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.
(3) ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.
(4) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.
(5) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.