Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0644

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal- 25 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

    ĠU L 281, 27.10.2010, p. 81–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/644/oj

    27.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/81


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/644/PESK

    tal-25 ta’ Ottubru 2010

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK.

    (2)

    Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta' persuni u entitajiet, kif tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, li għalihom japplikaw l-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) ta' dik id-Deċiżjoni. Meta għamel dan, il-Kunsill ħa kont ta' osservazzjonijiet ippreżentati minn dawk ikkonċernati.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ entitajiet, il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

    (4)

    Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li d-daħliet li jikkonċernaw ċerti entitajiet fil-lista għandhom jiġu emendati.

    (5)

    Il-lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Artikoli 19(1)(b) u 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


    ANNESS

    “ANNESS II

    Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 19(1)(b) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(b)

    I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Reza AGHAZADEH

    DtT: 15/03/1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26/04/2000 – 27/04/2010 Maħruġ: Teħeran, Numru tal-passaport diplomatiku: D9001950, maħruġ fit-22/01/2008 validu sal-21/01/2013, Post tat-twelid: Khoy

    Ex Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

    23.4.2007

    2.

    Ali DIVANDARI (magħruf ukoll bħala DAVANDARI)

     

    Kap tal-Bank Mellat (ara Parti B, nru 4)

    26.7.2010

    3.

    Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

    Indirizz tal-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran / Iran

    Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC) (ara Parti B, nru 30), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin mal-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord tal-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

    23.4.2007

    4.

    Inġinier Mojtaba HAERI

     

    MODAFL, Deputat għall-Industrija. Rwol superviżorju fuq l-AIO u d-DIO

    23.6.2008

    5.

    Mahmood JANNATIAN DtT:

    DtT 21/04/1946, numru tal-passaport: T12838903

    Viċi Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran

    23.6.2008

    6.

    Said Esmail KHALILIPOUR (magħruf ukoll bħala: LANGROUDI)

    DtT: 24/11/1945, PtT: Langroud

    Viċi Kap tal-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

    23.4.2007

    7.

    Ali Reza KHANCHI

    Indirizz tal-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/ Iran; Fax: (+9821) 8021412

    Kap ta' Tehran Nuclear Research Centre tal-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Karaj Waste Storage Facility fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri tal-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

    23.4.2007

    8.

    Ebrahim MAHMUDZADEH

     

    Direttur Maniġerjali ta' Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20)

    23.6.2008

    9.

    Fereydoun MAHMOUDIAN

    twieled fis-07/11/1943 fl-Iran. Nru tal-Passaport 05HK31387 maħruġ fl-01/01/2002 fl-Iran, validu sas-07/08/2010

    Naturalizzat Franċiż fis-07/05/2008

    Direttur ta' Fulmen (ara Parti B, nru 13)

    26.7.2010

    10.

    Brigadier Ġenerali Beik MOHAMMADLU

     

    Deputat ta' MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika (ara Parti B, nru 29)

    23.6.2008

    11.

    Mohammad MOKHBER

    4th Floor, No 39, Ghandi Street,

    Tehran

    Iran 1517883115

    President tal-Fondazzjoni Setad Ejraie, fond ta' investiment marbut ma' Ali Khameneï, il-gwida suprema. Membru tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Bank Sina.

    26.7.2010

    12.

    Mohammad Reza MOVASAGHNIA

     

    Kap tal-Grupp Industrijali Samen Al A’Emmeh (SAIG) magħruf ukoll bħala Cruise Missile Industry Group. Din l-organizzazzjoni ġiet indikata taħt il-UNSCR 1747 u elenkata fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

    26.7.2010

    13.

    Anis NACCACHE

     

    Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu ppruvat tipprokura oġġetti sensittivi għal entitajiet indikati taħt ir-Riżoluzzjoni 1737 (2006).

    23.6.2008

    14.

    Brigadier Ġenerali Mohammad NADERI

     

    Kap ta' Aerospace Industries Organisation (AIO) (ara Parti B, nru1). AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani.

    23.6.2008

    15.

    Ali Akbar SALEHI

     

    Kap tal-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari tal-Iran u hija imsemmija taħt il-UNSCR 1737 (2006).

    17.11.2009

    16.

    Viċi Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

     

    Eks-Deputat ta' MODAFL għall-Koordinazzjoni (ara Parti B, nru 29)

    23.6.2008

    17.

    Abdollah SOLAT SANA

     

    Direttur Maniġerjali ta' Uranium Conversion Facility (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awwissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

    23.4.2007


    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Aerospace Industries Organisation, AIO

    AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran, Iran

    Langare Street,

    Nobonyad Square,

    Tehran, Iran

    L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż ix-Shahid Hemmat Industrial Group, ix-Shahid Bagheri Industrial Group u l-Fajr Industrial Group, li kollha kienu indikati fil-UNSCR 1737 (2006). Il-kap tal-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħra kienu wkoll imsemmija fil-UNSCR 1737 (2006)

    23.4.2007

    2.

    Armed Forces Geographical Organisation

     

    Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

    23.6.2008

    3.

    Azarab Industries

    Ferdowsi Ave, P.O. Box 11365-171, Tehran, Iran

    Intrapriża fis-settur tal-enerġija li tipprovdi appoġġ fil-manifattura tal-programm nukleari, inkluża l-proliferazzjoni ta' attivitajiet sensittivi indikati. Involuta fil-bini tar-reattur ta' ilma tqil Arak.

    26.7.2010

    4.

    Bank Mellat (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    Head Office Building, 327 Takeghani (Taleghani) Avenue, Tehran 15817, Iran;

    P.O. Box 11365-5964, Tehran 15817, Iran;

    Il-Bank Mellat jimpenja ruħu fi stil ta' mġiba li tappoġġa u tiffaċilita l-programmi fir-rigward tal-missili nukleari u ballistiċi tal-Iran. Huwa pprovda servizzi bankarji lill-entitajiet elenkati min-NU u l-UE jew lil entitajiet li jaġixxu għan-nom tagħhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew lil entitajiet ipposeduti jew ikkontrollati minnhom. Huwa l-bank matriċi tal-First East Export Bank li huwa indikat taħt il-UNSCR 1929.

    26.7.2010

    (a)

    Mellat Bank SB CJSC

    P.O. Box 24, Yerevan 0010, Repubblika tal-Armenja

    Ipposedut 100% mill-Bank Mellat

    26.7.2010

    (b)

    Persia International Bank Plc

    Number 6 Lothbury, Kodiċi Postali: EC2R 7HH, Renju Unit

    Ipposedut 60% mill-Bank Mellat

    26.7.2010

    5.

    Bank Melli,

    Bank Melli Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    Ferdowsi Avenue, P.O. Box 11365-171, Tehran, Iran

    Jipprovdi jew jipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Novin Energy Company, Mesbah Energy Company, Kalaye Electric Company u d-DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjali sensittivi għall-programmi nukleari u tal-missili tal-Iran. Huwa pprovda firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta mal-industriji nukleari u tal-missili tal-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Ħafna mill-kumpanniji t'hawn fuq ġew indikati fil-UNSCR 1737 (2006) u 1747 (2007).

    Bank Melli jkompli f'dan ir-rwol, billi jimpenja ruħu f'mudell ta' aġir li jappoġġa u jiffaċilita l-attivitajiet sensittivi tal-Iran. Bl-użu tar-relazzjonijiet bankarji tiegħu, huwa jkompli jipprovdi appoġġ għal, u servizzi finanzjarji lil, entitajiet elenkati min-NU u l-UE f'konnessjoni ma' tali attivitajiet. Huwa jaġixxi wkoll f'isem, u taħt id-direzzjoni ta' tali entitajiet, inkluż Bank Sepah, billi spiss jopera permezz tas-sussidjarji u l-assoċjati tagħhom.

    23.6.2008

    (a)

    Arian Bank (magħrufa wkoll bħala Aryan Bank)

    House 2, Street Number 13, Wazir Akbar Khan, Kabul, Afganistan

    Arian Bank huwa impriża konġunta bejn il-Bank Melli u l-Bank Saderat.

    26.7.2010

    (b)

    Assa Corporation

    ASSA CORP, 650 (or 500) Fifth Avenue, New York, USA;

    Nru tal-Identità tat-Taxxa 1368932 (Stati Uniti)

    Assa Corporation hija kumpannija ta' kopertura maħluqa u kkontrollata mill-Bank Melli. Hija ġiet stabbilita mill-Bank Melli biex tgħaddi l-flus mill-Istati Uniti lejn l-Iran.

    26.7.2010

    (c)

    Assa Corporation Ltd

    6 Britannia Place, Bath Street, St Helier JE2 4SU, Gżejjer Jersey Channel

    Assa Corporation Ltd hija l-organizzazzjoni matriċi tal-Assa Corporation. Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

    26.7.2010

    (d)

    Bank Kargoshaie

    (magħruf ukoll bħala Kargoshaee Bank, magħruf wkoll bħala Kargosai Bank)

    587 Mohammadiye Square, Mowlavi St., Tehran 11986, Iran

    Il-Bank Kargoshaee huwa ppossedut mill- Bank Melli.

    26.7.2010

    (e)

    Bank Melli Iran Investment Company (BMIIC)

    No 1 - Didare Shomali

    Haghani Highway

    1518853115 Tehran

    Iran;

    Indirizz Alternattiv: No 2, Nader Alley, Vali-Asr Str., Tehran, Iran, P.O. Box 3898-15875;

    Indirizz Alternattiv: Bldg 2, Nader Alley after Beheshi Forked Road, P.O. Box 15875-3898, Tehran, Iran 15116;

    Indirizz Alternattiv: Rafiee Alley, Nader Alley, 2 After Serahi Shahid Beheshti, Vali E Asr Avenue, Tehran, Iran; Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 89584.

    Affiljata ma' entitajiet li ilhom sanzjonati mill-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea jew in-Nazzjonijiet Uniti mill-2000. Indikata mill-Istati Uniti bħala li hija pposeduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

    26.7.2010

    (f)

    Bank Melli Iran

    Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russja

    Indirizz Alternattiv:

    Mashkova st. 9/1 Moscow

    105062

    Russia

     

    23.6.2008

    (g)

    Bank Melli Printing and Publishing Company (BMPPC)

    18th Km Karaj Special Road, 1398185611 Tehran, Iran, P.O. Box 37515-183;

    Indirizz Alternattiv: Km 16 Karaj Special Road, Tehran, Iran;

    Numru tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju:

    Indikata mill-Istati Uniti għax ipposeduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

    26.7.2010

    (h)

    Cement Investment and Development Company (CIDCO) (magħrufa wkoll bħala: Cement Industry Investment and Development Company, CIDCO, CIDCO Cement Holding)

    No 20, West Nahid Blvd.

    Vali Asr Ave.

    Tehran, Iran, 1967757451

    No. 241, Mirdamad Street, Tehran, Iran

    Ipposeduta kompletament mill-Bank Melli Investment Co. Holding Company biex tamministra l-kumpanniji kollha tas-siment ipposeduti minn BMIIC

    26.7.2010

    (i)

    First Persian Equity Fund

    Walker House, 87 Mary Street, George Town, Grand Cayman, KY1-9002, Cayman Islands; Indirizz Alternattiv: Clifton House, 7z5 Fort Street, P.O. Box 190, Grand Cayman, KY1-1104; Cayman Islands; Indirizz Alternattiv: Rafi Alley, Vali Asr Avenue, Nader Alley, Tehran, 15116, Iran, P.O.Box 15875-3898

    Ibbażata f'Kajman, b'fondi liċenzjati mill-Gvern Iranjan għall-investiment barrani fit-Teheran Stock Exchange

    26.7.2010

    (j)

    Mazandaran Cement Company

    No 51, Sattari St.

    Afric Ave.

    Tehran

    Iran

    Indirizz Alternattiv: Africa Street No 40, P.O.Box 121, Tehran Iran 19688;

    Indirizz Alternattiv: 40 Satari Ave. Afrigha Highway, P.O. Box 19688, Tehran Iran

    Ikkontrollata mill-Bank Melli Iran

    26.7.2010

    (k)

    Mehr Cayman Ltd.

    Gżejjer Kajman; Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali 188926 (Gżejjer Kajman)

    Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

    26.7.2010

    (l)

    Melli Agrochemical Company PJS (magħrufa wkoll bħala: Melli Shimi Keshavarz)

    5th Floor

    15th Street, Gandi Ave. Vanak Sq., Tehran, Iran

    Indirizz Alternattiv: Mola Sadra Street, 215 Khordad, Sadr Alley No 13, Vanak Sq., P.O. Box 15875-1734, Tehran, Iran

    Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

    26.7.2010

    (m)

    Melli Bank plc

    London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, Renju Unit

     

    23.6.2008

     

    (n)

    Melli Investment Holding International

    514 Business Avenue Building, Deira, P.O. Box 181878, Dubai, Emirati Għarab Magħquda;

    Numru taċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni (Dubai) 0107 maħruġ fit-30 ta' Novembru 2005.

    Ipposseduta jew ikkontrollata mill-Bank Melli

    26.7.2010

     

    (o)

    Shemal Cement Company (magħrufa wkoll bħala: Siman Shomal, magħrufa wkoll bħala Shomal Cement Company)

    No 269 Dr Beheshti Ave. P.O. Box 15875/4571 Tehran - 15146 Iran

    Indirizz Alternattiv: Dr Beheshti Ave No 289, Tehran, Iran 151446;

    Indirizz Alternattiv: 289 Shahid Baheshti Ave., P.O. Box 15146, Tehran, Iran

    Ikkontrollata mill-Bank Melli Iran

    26.7.2010

    6.

    Bank Refah

    40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, 19917 Iran

    Il-Bank Refah wettaq operazzjonijiet għall-Bank Melli b'segwitu tas-sanzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea fuq dan tal-aħħar

    26.7.2010

    7.

    Bank Saderat Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    Bank Saderat Tower, 43 Somayeh Ave, Tehran, Iran.

    Il-Bank Saderat huwa bank ippossedut parzjalment mill-Gvern Iranjan. Il-Bank Saderat ipprovda servizzi finanzjarji għal entitajiet li jipprokuraw f'isem il-programmi nukleari u ta' missili ballistiċi tal-Iran, inklużi entitajiet indikati taħt il-UNSCR 1737. Il-Bank Saderat ittratta ħlasijiet u ittri ta' kreditu ta' DIO (sanzjonata fil-UNSCR 1737) u Iran Electronics Industries sad-data riċenti ta' Marzu 2009. Fl-2003 l-Bank Saderat ittratta ittri ta' kreditu f'isem Mesbah Energy Company tal-Iran relatata man-nuklear (sussegwentement sanzjonata fil-UNSR 1737).

    26.7.2010

    (a)

    Bank Saderat PLC (London)

    5 Lothbury, London, EC2R 7 HD, Renju Unit

    Sussidjarja pposseduta 100 % mill-Bank Saderat

     

    8.

    Sina Bank

    187, Avenue Motahari, Teheran, Iran

    Dan il-bank huwa marbut ħafna mal-interessi ta' “Daftar” (uffiċċju ta' Gwida: amministrazzjoni magħmula minn madwar 500 kollaboraturi). B'hekk huwa jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

    26.7.2010

    9.

    ESNICO (Equipment Supplier for Nuclear Industries Corporation)

    No1, 37th Avenue, Asadabadi Street, Tehran, Iran

    Jipprokura merkanzija industrijali, speċifikament għall-attivitajiet tal-programm nukleari mwettaq minn AEOI, Novin Energy u Kalaye Electric Company (kollha indikati taħt il-UNSCR 1737). Id-Direttur ta' ESNICO huwa Haleh Bakhtiar (indikat taħt l-UNSCR 1803).

    26.7.2010

    10.

    Etemad Amin Invest Co Mobin

    Pasadaran Av. Tehran, Iran

    Qrib Naftar u Bonyad-e Mostazafan, Etemad Amin Invest Co Mobin tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim u tal-Istat parallell Iranjan.

    26.7.2010

    11.

    Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    Export Development Building,

    21st floor, Tose'e tower, 15th st, Ahmad Qasir Ave, Tehran -Iran, 15138 - 35711

    next to the 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran;

    Tose'e Tower, Kantuniera ma' 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran;

    No 129, 21 's Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran;

    Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: 86936

    (Iran)

    L-Export Development Bank of Iran (EDBI) kien involut fil-provvista ta' servizzi finanzjarji lill-kumpanniji marbutin mal-programmi tal-Iran relatati mal-proliferazzjoni u għen entitajiet indikati min-NU biex jiskansaw u jiksru s-sanzjonijiet. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji lil entitajiet subordinati tal-MODAFL u lill-kumpanniji ta' kopertura tagħhom li jappoġġaw il-programmi tal-Iran fir-rigward tal-missili nukleari u ballistiċi. Huwa kompla jittratta ħlasijiet għall-Bank Sepah, wara n-nomina min-NU, inklużi ħlasijiet relatati mal-programmi tal-Iran fir-rigward tal-missili nukleari u ballistiċi. L-EDBI ttratta transazzjonijiet b'rabta mal-entitajiet tal-Iran tad-difiża u tal-missili, li ħafna minnhom ġew sanzjonati mill-UNSCR. L-EDBI serva bħala intermedjarju prinċipali li ttratta l-finanzjament tal-Bank Sepah (sanzjonat mill-UNSCR mill-2007), inklużi ħlasijiet relatati mal-AQM. L-EDBI jipprovdi servizzi finanzjarji lil diversi entitajiet tal-MODAFL u ffaċilita attivitajiet ta' prokura dejjem għaddejjin ta' kumpanniji ta' kopertura assoċjati ma' entitajiet tal-MODAFL.

    26.7.2010

    (a)

    EDBI Exchange Company (magħrufa wkoll bħala Export Development Exchange Broker Co.)

    No 20, 13th St., Vozara Ave., Tehran, Iran 1513753411, P.O. Box:15875-6353

    Indirizz Alternattiv: Tose'e Tower, Kantuniera ma' 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran

    Ibbażata f'Tehran, l-EDBI Exchange Company hija pposseduta 70% mill-Export Development Bank tal-Iran (EDBI. Hija ġiet indikata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 għax hija pposseduta jew ikkontrollata mill-EDBI.

    26.7.2010

    (b)

    EDBI Stock Brokerage Company

    Tose'e Tower, Kantuniera ma' 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran

    Ibbażata f'Tehran, l-EDBI Stock Brokerage Company hija sussidjarja pposseduta kompletament mill-Export Development Bank of Iran (EDBI). Hija ġiet indikata mill-Istati Uniti f'Ottubru 2008 għax hija pposseduta jew ikkontrollata mill-EDBI.

    26.7.2010

    (c)

    Banco Internacional De Desarrollo CA

    Urb. El Rosal, Avenida Francesco de Miranda, Edificio Dozsa, Piso 8, Caracas C.P. 1060, Venezwela

    Banco Internacional De Desarrollo CA huwa ppossedut mill-Export Development Bank of Iran.

    26.7.2010

    12.

    Fajr Aviation Composite Industries

    Mehrabad Airport, P.O. Box 13445-885, Tehran, Iran

    Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan il-MODAFL (ara nru 29), li primarjament tipproduċi materjali komposti għall-industrija tal-inġenji tal-ajru, iżda wkoll b'rabta mal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' carbon fibre għall-applikazzjonijiet nukleari u tal-missili. Marbuta mat-Technology Cooperation Office. L-Iran ħabbar reċentement l-intenzjoni tiegħu li jipproduċi bil-massa ġenerazzjoni ġdida ta' centrifuges li ser jeħtieġu kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' carbon fibre FACI.

    26.7.2010

    13.

    Fulmen

    167 Darya boulevard - Shahrak Ghods, 14669 - 8356 Tehran.

    Fulmen kien implikat fl-istallazzjoni ta' tagħmir elettroniku fuq is-sit ta' Qom/Fordoo fi żmien meta l-eżistenza ta' dan is-sit kienet għadha mhiex magħrufa.

    26.7.2010

    (a)

    Arya Niroo NikArya

    Suite 5 - 11th floor - Nahid Bldg, Shahnazari Street – Mohseni Square Tehran

    Arya Niroo Nik hija kumpannija fittizja użata minn Fulmen għal uħud mill-operazzjonijiet tiegħu.

    26.7.2010

    14.

    Future Bank BSC

    Block 304. City Centre Building. Building 199, Government Avenue, Road 383, Manama, Bahrain. PO Box 785;

    Dokument 2k tar-Reġistrazzjoni tan-Negozju: 54514-1 (Baħrejn) jiskadi fid-9 ta' Ġunju 2009; Nru tal-Liċenzja tal-Kummerċ (Baħrejn)

    Żewġ terzi mill-Future Bank ibbażat f'Bahrain huma pposseduti mill-banek Iranjani. Il-Bank Melli u l-Bank Saderat, indikati mill-UE, għandhom kull wieħed terz mill-ishma, bit-terz li jifdal ippossedut mill-Ahli United Bank (AUB) tal-Baħrejn. Għalkemm l-AUB għad għandu l-ishma tiegħu tal-Future Bank, skont ir-rapport annwali tiegħu tal-2007, l-AUB m'għadux jeżerċita influwenza sinifikanti fuq il-bank li hu effettivament ikkontrollat mill-matriċi Iranjani, t-tnejn li huma msemmija fil-UNSCR 1803 bħala banek Iranjani li jeħtieġu “viġilanza” partikolari. Ir-rabtiet stretti bejn il-Future Bank u l-Iran hemm aktar evidenza tagħhom fil-fatt li l-President tal-Bank Melli kellu wkoll fl-istess żmien il-pożizzjoni ta' President tal-Future Bank.

    26.7.2010

    15.

    Industrial Development & Renovation Organization (IDRO)

     

    Korp tal-Gvern responsabbli għall-aċċellerazzjoni tal-industrijalizzazzjoni tal-Iran. Jikkontrolla diversi kumpanniji involuti fil-ħidma għall-programmi nukleari u tal-missili u involut fit-teknoloġija tal-manifattura avvanzata għall-prokurament barrani sabiex jappoġġahom.

    26.7.2010

    16.

    Iran Aircraft Industries (IACI)

     

    Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan MODAFL (ara nru 29). Timmanifattura, issewwi, u twettaq eżaminazzjonijiet bir-reqqa ta' ajruplani u magni tal-inġenji tal-ajru u tipprokura partijiet relatati mal-avjazzjoni spiss ta' oriġini mill-Istati Uniti, tipikament permezz ta' intermedjarji barranin. L-IACI u s-sussidjarji tagħha nqabdu wkoll jużaw netwerk dinji ta' sensara li jfittxu li jipprokuraw merkanzija relatata mal-avjazzjoni.

    26.7.2010

    17.

    Iran Aircraft Manufacturing Company (magħrufa wkoll bħala: HESA, HESA Trade Center, HTC, IAMCO, IAMI, Iran Aircraft Manufacturing Company, Iran Aircraft Manufacturing Industries, Karkhanejate Sanaye Havapaymaie Iran, Hava Peyma Sazi-e Iran, Havapeyma Sazhran, Havapeyma Sazi Iran, Hevapeimasazi)

    P.O. Box 83145-311, 28 km Esfahan – Tehran Freeway, Shahin Shahr, Esfahan, Iran;

    P.O. Box 14155-5568, No 27 Ahahamat Aave., Vallie Asr Square, Tehran 15946, Iran;

    P.O. Box 81465-935, Esfahan, Iran;

    Shahih Shar Industrial Zone, Isfahan, Iran; P.O. Box 8140, No 107 Sepahbod Gharany Ave., Tehran, Iran

    Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom ta' MODAFL (ara nru 29).

    26.7.2010

    18.

    Iran Centrifuge Technology Company (magħrufa wkoll bħala TSA jew TESA)

     

    It-TESA ħadet f'idejha l-attivitajiet tal-Farayand Technique (indikata taħt il-UNSCR 1737). Hija timmanifattura partijiet ta' centrifuge għall-arrikkiment tal-uranju, u qed tappoġġa direttament attivitajiet sensittivi għall-proliferazzjoni li l-Iran huwa meħtieġ li jissospendi mill-UNSCRs. Hija twettaq ħidma għall-Kalaye Electric Company (indikati taħt il-UNSCR 1737).

    26.7.2010

    19.

    Iran Communications Industries (ICI)

    PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

    Indirizz Alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran;

    Indirizz Alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

    Iran Communications Industries, sussidjarja ta' Iran Electronics Industries (ara nru 23), tipproduċi diversi oġġetti, inklużi sistemi ta' komunikazzjoni, avionics, tagħmir ta' optics u electro-optics, micro-electronics, teknoloġija tal-informazzjoni, test u measurement, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, tagħmir elettroniku tal-gwerra, manifattura u tiġdid ta' radar tube, u missile launchers. Dawn l-oġġetti jistgħu jintużaw fi programmi li jinsabu taħt sanzjoni skont il-UNSCR 1737.

    26.7.2010

    20.

    Iran Electronic Industries

    (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

    Sussidjarja sħiħa ta' proprjetà ta' MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi.

    23.6.2008

    (a)

    Isfahan Optics

    P.O. Box 81465-313 Kaveh Ave. Isfahan - Iran

    P.O.Box 81465-117, Isfahan, Iran

    Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom ta' Iran Electronics Industries

    26.7.2010

    21.

    Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran)

    121 Fatemi Ave., P.O.Box 14155-6363 Tehran, Iran

    Iran Insurance Company assigurat ix-xiri ta' diversi oġġetti li jistgħu jintużaw fi programmi li huma sanzjonati mill-UNSCR 1737. L-oġġetti mixtrijin assigurati jinkludu partijiet għall-elikotteri, electronics, u kompjuters b'applikazzjonijiet f'inġenji tal-ajru u n-navigazzjoni tal-missili.

    26.7.2010

    22.

    Iranian Aviation Industries Organization (IAIO)

    Ave. Sepahbod Gharani P.O.Box 15815/1775 Tehran Iran

    Ave. Sepahbod Gharani P.O.Box 15815/3446 Tehran Iran

    107 Ave. Sepahbod Gharani, Tehran Iran

    Organizzazzjoni ta' MODAFL (ara nru 29) responsabbli għall-ippjanar u l-ġestjoni tal-industrija tal-avjazzjoni militari tal-Iran.

    26.7.2010

    23.

    Javedan Mehr Toos

     

    Kumpannija tal-inġinerija li tipprokura għall-Atomic Energy Organisation tal-Iran li ġiet indikata taħt il-UNSCR 1737

    26.7.2010

    24.

    Kala Naft

    Kala Naft Tehran Co, P.O. Box 15815/1775, Gharani Avenue, Tehran, Iran;

    No 242 Shahid Kalantri Street - Near Karim Khan Bridge - Sepahbod Gharani Avenue, Tehran;

    Kish Free Zone, Trade Center, Kish Island, Iran;

    Kala Ltd., NIOC House, 4 Victoria Street, London Sw1H1

    Tagħmel kummerċ ta' tagħmir għas-settur taż-żejt u l-gass li jista' jintuża għall-programm nukleari tal-Iran. Ippruvat tipprokura materjal (alloy gates li jifilħu ħafna) li m'għandhomx użu barra l-industrija nukleari. Għandha rabtiet ma' kumpanniji involuti fil-programm nukleari tal-Iran.

    26.7.2010

    25.

    Machine Sazi Arak

    4th km Tehran Road, P.O. Box 148, Arak, Iran

    Intrapriża fis-settur tal-enerġija affiljata mal-IDRO li tipprovdi appoġġ fil-manifattura tal-programm nukleari, inkluża l-proliferazzjoni ta' attivitajiet sensittivi indikati. Involuta fil-bini tar-reattur ta' ilma tqil Arak. F'Lulju 2009, ir-Renju Unit qassam notifika ta' ċaħda tal-esportazzjoni kontra Machine Sazi Arak għal “alumina graphite stopper rod.” F'Mejju 2009, l-Isvezja ċaħdet l-esportazzjoni lill-Machine Sazi Arak ta' “cladding of dish ends for pressure vessels”.

    26.7.2010

    26.

    Marine Industries

    Pasdaran Av., P.O. Box 19585/ 777, Tehran

    Sussidjarja tad-DIO.

    23.4.2007

    27.

    MASNA (Moierat Saakht Niroogahye Atomi Iran) Kumpannija Maniġerjali għall-Kostruzzjoni tal-Impjanti tal-Enerġija Nukleari

     

    Subordinata għall-AEOI u Novin Energy (it-tnejn indikati taħt il-UNSCR 1737). Involuti fl-iżvilupp tar-reatturi nukleari.

    26.7.2010

    28.

    Mechanic Industries Group

     

    Ħadet sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku

    23.6.2008

    29.

    Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

    West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

    Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għad-difiża tal-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi tal-missili u nukleari.

    23.6.2008

    30.

    Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC)

    AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran / Iran

    P.O. Box 14144-1339, Endof North Karegar Ave., Tehran, Iran

    Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) tal-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni tal-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni tal-iskart nukleari. L-NFPC hija s-suċċessur tal-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

    23.4.2007

    31.

    Parchin Chemical Industries

     

    Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku tal-Iran.

    23.6.2008

    32.

    Parto Sanat Co

    No 1281 Valiasr Ave., Next to 14th St., Tehran, 15178 Iran.

    Manifattur ta' frequency changers u hija kapaċi tiżviluppa/timmodifika changers ta' frekwenza barranija importata b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw fl-arrikkiment tas-centrifuge tal-gass. Hija meqjusa li hija involuta f'attivitajiet ta' proliferazzjoni nukleari.

    26.7.2010

    33.

    Passive Defense Organization

     

    Responsabbli għall-għażla u l-bini ta' faċilitajiet strateġiċi, inkluż - skont id-dikjarazzjonijiet Iranjani - is-sit għall-arrikkiment tal-uranju f'Fordow (QOM) mibni mingħajr ma ġie dikjarat lill-IAEA kuntrarjament għall-obbligi tal-Iran (affermati f'riżoluzzjoni mill-Bord tat-Tmexxija tal-IAEA). Il-Brigadier Ġenerali Gholam-Reza Jalali, li qabel kien IRGC huwa l-president tal-PDO.

    26.7.2010

    34.

    Post Bank

    237, Motahari Ave., Tehran, Iran 1587618118

    Il-Post Bank evolva minn bank domestiku Iranjan għal bank li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali tal-Iran. Jaġixxi għan-nom tal-Bank Sepah (indikat taħt il-UNSCR 1747), waqt li jwettaq transazzjonijiet tal-Bank Sepah u jaħbi l-konnessjoni tal-Bank Sepah mat-transazzjonijiet sabiex jiskansa s-sanzjonijiet. Fl-2009 l-Post Bank iffaċilita l-kummerċ għan-nom tal-Bank Sepah bejn l-industriji tad-difiża tal-Iran u benefiċjarji barra l-pajjiż. Huwa ffaċilita l-kummerċ ma' kumpannija ta' kopertura għat-Tranchon Commercial Bank tar-RDPK magħruf li jiffaċilita l-kummerċ relatat mal-proliferazzjoni bejn l-Iran u r-RDPK.

    26.7.2010

    35.

    Raka

     

    Dipartiment tal-Kalaye Electric Company (indikata taħt i-UNSCR 1737). Stabbilit lejn l-aħħar tal-2006, kien responsabbli għall-bini tal-Impjant tal-Arrikkiment tal-Uranju f'Fordow (Qom).

    26.7.2010

    36.

    Research Institute of Nuclear Science & Technology (magħrufa wkoll bħala. Nuclear Science & Technology Research Institute)

     

    Subordinat tal-AEOI u jkompli l-ħidma tad-Diviżjoni tar-Riċerka tiegħu ta' qabel. Id-direttur maniġerjali tiegħu huwa l-Viċi President Mohammad Ghannadi (indikat fil-UNSCR 1737).

    26.7.2010

    37.

    Schiller Novin

    Gheytariyeh Avenue - no153 - 3rd Floor - PO BOX 17665/153 6 19389 Tehran

    Jaġixxi għan-nom tad-Defense Industries Organisation (DIO).

    26.7.2010

    38.

    Shahid Ahmad Kazemi Industrial Group

     

    SAKIG jiżviluppa u jipproduċi sistemi tal-missili mill-art-għall-ajru għall-militari tal-Iran. Huwa jmantni proġetti militari, bil-missili u ta' difiża tal-ajru u jipprokura merkanzija mir-Russja, il-Bjelorussja u l-Korea ta' Fuq.

    26.7.2010

    39.

    Shakhese Behbud Sanat

     

    Involut fil-produzzjoni ta' tagħmir u partijiet għaċ-ċiklu tal-karburant nukleari.

    26.7.2010

    40.

    State Purchasing Organisation (SPO)

     

    Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL

    23.6.2008

    41.

    Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan

    Tehran, Iran

    Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta' prokuri barranin u rabtiet ta' taħriġ rilevanti. Jappoġġa l-programmi nukleari u tal-missili.

    26.7.2010

    42.

    Yasa Part, (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

     

    Kumpannija li tittratta attivitajiet ta' prokura relatati max-xiri ta' materjali u teknoloġiji meħtieġa għall-programmi nukleari u ballistiċi.

    26.7.2010

    (a)

    Arfa Paint Company

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (b)

    Arfeh Company

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (c)

    Farasepehr Engineering Company

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (d)

    Hosseini Nejad Trading Co.

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (e)

    Iran Saffron Company or Iransaffron Co.

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (f)

    Shetab G.

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (g)

    Shetab Gaman

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (h)

    Shetab Trading

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    (i)

    Y.A.S. Co. Ltd

     

    Taġixxi għan-nom ta' Yasa Part.

    26.7.2010

    II.   Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

     

    MODAFL, Deputat għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL

    23.6.2008

    2.

    Viċi Ammiral Ali FADAVI

     

    Kmandant tal-flotta tal-IRGC

    26.7.2010

    3.

    Parviz FATAH

    twieled fl-1961

    In-numru tnejn ta' Khatam al Anbiya

    26.7.2010

    4.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

     

    Direttur Maniġerjali tad-Defence Industries Organisation (DIO) li hija indikata fil-UNSCR 1737 (2006)

    23.6.2008

    5.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ali HOSEYNITASH

     

    Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

    23.6.2008

    6.

    Mohammad Ali JAFARI, IRGC

     

    Kmandant tal-IRGC

    23.6.2008

    7.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

     

    Ministru tal-Intern u Ex Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi l-programmi tal-missili ballistiċi.

    23.6.2008

    8.

    Brigadier Ġenerali Mohammad Reza NAQDI

    Twieled fl-1953, Nadjaf (Iraq)

    Kmandant tal-Basij Resistance Force

    26.7.2010

    9.

    Brigadier Ġenerali Mohammed PAKPUR

     

    Kmandant tal-Forzi tal-Art tal-IRGC

    26.7.2010

    10.

    Rostam QASEMI (magħrufa wkoll bħala Rostam GHASEMI)

    Twieled fl-1961

    Kmandant tal-Khatam al-Anbiya

    26.7.2010

    11.

    Brigadier Ġenerali Hossein SALAMI

     

    Deputat Kmandant tal-IRGC

    26.7.2010

    12.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ali SHAMSHIRI

     

    MODAFL, Deputat għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL

    23.6.2008

    13.

    Brigadier Ġenerali tal-IRGC Ahmad VAHIDI

     

    Ministru tal-MODAFL u ex Viċi Kap tal-MODAFL

    23.6.2008


    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)

    Tehran, Iran

    Responsabbli għall-programm nukleari tal-Iran. Għandu kontroll operattiv għall-programm tal-missili ballistiċi. Wettaq attentati ta' prokura bħala appoġġ għall-programmi tal-missili ballistiċi u nukleari tal-Iran

    26.7.2010

    2.

    IRGC Air Force

     

    Tħaddem l-inventarju tal-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza tal-ajru tal-IRGC kien indikat fil-UNSCR 1737.

    23.6.2008

    3.

    IRGC-Air Force Al-Ghadir Missile Command

     

    Il-Missile Command Al-Ghadir tal-Forzi tal-Ajru tal-IRGC huwa element speċifiku fi ħdan il-Forzi tal-Ajru tal-IRGC li kien qed jaħdem mas-SBIG (indikati taħt il-UNSCR 1737) mal-FATEH 110, missili ballistiċi b'medda qasira kif ukoll il-missila ballistika ta' medda medja Ashura. Dan il-kmand jidher li hu entità li fir-realtà għandha l-kontroll operattiv tal-missili.

    26.7.2010

    4.

    Naserin Vahid

     

    Naserin Vahid jipproduċi l-partijiet tal-armi għan-nom tal-IRGC. Huwa kumpannija ta' kopertura tal-IRGC.

    26.7.2010

    5.

    IRGC Qods Force

    Tehran, Iran

    L-Iran's Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC) Qods Force hija responsabbli għall-operazzjonijiet barra l-Iran u hija l-għodda tal-politika barranija prinċipali ta' Tehran għal operazzjonijiet speċjali u ta' appoġġ għat-terroristi u l-militanti Iżlamiċi barra l-pajjiż. Il-Hizballah uża rokits fornuti mill-Qods Froce, missili cruise kontra l-bastimenti (ASCMs), sistemi ta' difiża tal-ajru li jinġarru min-nies (MANPADS), u inġenji tal-ajru mingħajr kontroll uman (UAVs) fil-konflitt tal-2006 mal-Iżrael u ggwadanja mit-taħriġ tal-Qods Force fuq dawn is-sistemi, skont ma ġie rrappurtat fl-istampa. Skont varjetà ta' rappurtar, il-Qods Force tkompli tforni mill-ġdid u tħarreġ lill-Hizballah dwar armi avvanzati, missili kontra l-inġenji tal-ajru, u rokits għal medda twila. Il-Qods Force tkompli tipprovdi appoġġ letali limitat, tħarreġ u tiffinanzja lill-ġellieda Taliban fin-nofsinhar u l-punent tal-Afganistan inklużi armi ħfief, munizzjon, mortars, u rokits tal-kamp tal-battalja għal medda qasira. Il-Kmandant ġie sanzjonat taħt l-UNSCR

    26.7.2010

    6.

    Sepanir Oil and Gas Energy Engineering Company (magħrufa wkoll bħala Sepah Nir)

     

    Sussidjarja ta' Khatam al-Anbya Construction Headquarters li ġiet indikata taħt il-UNSCR 1929. Is-Sepanir Oil and Gas Engineering Company qed tipparteċipa fis-South Pars offshore Phase 15-16 gas field development project.

    26.7.2010


    C.   Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    No 37, Aseman Tower, Sayyade Shirazee Square, Pasdaran Ave., P.O. Box 19395- 1311. Tehran. Iran;

    No 37,. Corner of 7th Narenjestan, Sayad Shirazi Square, After Noboyand Square, Pasdaran Ave., Tehran, Iran

    L-IRISL ġiet involuta fit-trasbord ta' tagħbija relatata militarment, inkluża tagħbija proskritta mill-Iran. Tliet inċidenti tali involvew vjolazzjonijiet ċari li kienu rrappurtati lill-Kumitat tas-Saznzjonijiet tal-Iran tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Il-konnessjoni tal-IRISL mal-proliferazzjoni kienet tali li l-UNSCR appella lill-istati biex iwettqu spezzjonijiet fuq vetturi tal-IRISL, dment li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-vettura qed iġġorr merkanzija proskritta fil-UNSCR 1803 u 1929.

    26.7.2010

    a)

    Bushehr Shipping Company Limited (Tehran)

    143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta;

    c/o Hafiz Darya Shipping Company, Ehteshamiyeh Square 60, Neyestani 7, Pasdaran, Tehran, Iran

    Ipposseduta jew ikkontrollata mill-IRISL

    26.7.2010

    b)

    Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (magħrufa wkoll bħala HDS Lines)

    No 35 Ehteshamieh SQ. Neyestan 7, Pasdaran, Tehran, Iran P.O.Box: 1944833546

    Indirizz Alternattiv: No 35 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran;

    Alternative Address: Third Floor of IRISL’s Aseman Tower

    Taġixxi f'isem l-IRISL waqt li twettaq operazzjonijiet tal-containers bl-użu ta' bastimenti pposseduti mill-IRISL.

    26.7.2010

    c)

    Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH

    Schottweg 7, 22087 Hamburg, Germany;

    Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township; HTTS GmbH, HTTS GmbH,

    Ikkontrollata u/jew taġixxi għan-nom tal-IRISL.

    26.7.2010

    d)

    Irano Misr Shipping Company

    No 37 Asseman Tower, Shahid Lavasani (Farmanieh) Junction, Pasdaran Ave. Tehran Iran P.O.Box: 19395-1311

    Indirizz Alternattiv: No 41, 3rd Floor, Corner of 6th Alley, Sunaei Street, Karim Khan Zand Ave, Tehran;

    265, Next to Mehrshad, Sedaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran;

    18 Mehrshad Street, Sadaghat St., Opposite of Mellat Park, Vali Asr Ave., Tehran 1A001, Iran

    Taġixxi għan-nom tal-IRISL, matul il-Kanal tas-Suez u fl-Alixandra u Port Said. Ippossedut 51 % mill-IRISL.

    26.7.2010

    e)

    Irinvestship Ltd

    Global House, 61 Petty France, London SW1H 9EU, United Kingdom;

    Business Registration Document # 4110179 (United Kingdom)

    Ipposedut mill-IRISL. Jipprovdi servizzi finanzjarji, legali u tal-assigurazzjoni għall-IRISL kif ukoll kummerċjalizzazzjoni, chartering, u ġestjoni tal-ekwipaġġ.

    26.7.2010

    f)

    IRISL (Malta) Ltd

    Flat 1, 181 Tower Road, Sliema SLM 1605, Malta

    Taġixxi għan-nom tal-IRISL f'Malta. Impriża konġunta b'ishma Ġermaniżi u Maltin. L-IRISL ilha tuża r-rotta Maltija mill-2004 u tuża l-Freeport bħala l-fulkru tat-trasbord bejn il-Golf Persjan u l-Ewropa.

    26.7.2010

    g)

    IRISL Club

    No 60 Ehteshamiyeh Square, 7th Neyestan Street, Pasdaran Avenue, Tehran

    Ipposedut mill-IRISL.

    26.7.2010

    h)

    IRISL Europe GmbH (Hamburg)

    Schottweg 5, 22087 Hamburg, Germany

    V.A.T. Number DE217283818 (Germany)

    Aġent tal-IRISL fil-Ġermanja.

    26.7.2010

    i)

    IRISL Marine Services and Engineering Company

    Sarbandar Gas Station P.O. Box 199, Bandar Imam Khomeini, Iran;

    Karim Khan Zand Ave, Iran Shahr Shomai, No 221, Tehran, Iran;

    No 221, Northern Iranshahr Street, Karim Khan Ave, Tehran, Iran

    Ipposedut mill-IRISL. Tipprovdi karburant, bunkers, ilma, żebgħa, żejt tal-lubrikazzjoni u sustanzi kimiċi meħtieġa mill-bastimenti tal-IRISL. Il-kumpannija tipprovdi wkoll sorveljanza ta' manutenzjoni ta' bastimenti kif ukoll faċilitajiet u servizzi għall-membri tal-ekwipaġġ. Is-sussidjarji tal-IRISL użaw il-kontijiet tal-bank denominati bid-dollaru tal-Istati Uniti reġistrati taħt ismijiet ta' kopertura fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani biex jiffaċilitaw it-trasferiment ta' rutina ta' fondi. L-IRISL iffaċilitat vjolazzjonijiet repetuti tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1747.

    26.7.2010

    j)

    IRISL Multimodal Transport Company

    No 25, Shahid Arabi Line, Sanaei St, Karim Khan Zand Zand St Tehran. Iran

    Ipposedut mill-IRISL. Responsabbli għat-trasport ta' merkanzija bil-ferrovija. Hija sussidjarja kkontrollata kompletament mill-IRISL.

    26.7.2010

    k)

    IRITAL Shipping SRL

    Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: GE 426505 (Italja); Kodiċi Fiskali Taljan: 03329300101 (Italy); V.A.T. Number: 12869140157 (Italja)

    Ponte Francesco Morosini 59, 16126 Genova (GE), Italy;

    Il-punt ta' kuntatt għas-servizzi tal-ECL u l-PCL. Użat mis-sussidjarja tad-DIO Marine Industries Group (MIG; issa magħruf bħala l-Marine Industries Organization, MIO) li huwa responsabbli għat-tfassil u l-kostruzzjoni ta' diversi strutturi marini u kemm ta' bastimenti militari u non-militari. Id-DIO ġiet indikata taħt il-UNSCR 1737.

    26.7.2010

    l)

    ISI Maritime Limited (Malta)

    147/1 St. Lucia Street, Valetta, Vlt 1185, Malta;

    c/o IranoHind Shipping Co. Ltd., Mehrshad Street, PO Box 15875, Tehran, Iran

    Ipposseduta jew ikkontrollata mill-IRISL

    26.7.2010

    m)

    Khazer Shipping Lines (Bandar Anzali)

    No 1; End of Shahid Mostafa Khomeini St., Tohid Square, O.O. Box 43145, Bandar Anzali 1711-324, Iran; M. Khomeini St., Ghazian, Bandar Anzali, Gilan, Iran

    Sussidjarja pposseduta 100% mill-IRISL. Flotta totali ta' sitt bastimenti. Topera fil-Baħar Kaspju. Iffaċilitat tagħbija li kienet tinvolvi entitajiet indikati tan-NU u tal-Istati Uniti, bħall-Bank Melli, permezz ta' trasbord ta' merkanzija ta' tħassib fir-rigward tal-proliferazzjoni minn pajjiżi bħar-Russja u l-Kazakhstan lejn l-Iran.

    26.7.2010

    n)

    Leading Maritime Pte Ltd (magħrufa wkoll bħala Leadmarine; magħrufa wkoll bħala Asia Marine Network Pte Ltd; magħrufa wkoll bħala IRISL Asia Pte Ltd; magħrufa wkoll bħala Leadmaritime)

    200 Middle Road #14-01 Prime Centre Singapore 188980 (alt. 199090)

    Leadmarine, taġixxi għan-nom tal-HDSL f'Singapore. Qabel kienet magħrufa bħala Asia Marine Network Pte Ltd u IRISL ASia Pte Ltd, u aġixxiet għan-nom tal-IRISL f'Singapore.

    26.7.2010

    o)

    Marble Shipping Limited (Malta)

    143/1 Tower Road, Sliema, Slm 1604, Malta

    Ipposseduta jew ikkontrollata mill-IRISL.

    26.7.2010

    p)

    Oasis Freight Agency

    Al Meena Street, Opposite Dubai Ports & Customs, 2nd Floor, Sharaf Building, Dubai, United Arab Emirates;

    Sharaf Building, 1st Floor, Al Mankhool St., Bur Dubai, P.O. Box 5562, Dubai, United Arab Emirates;

    Sharaf Building, No 4, 2nd Floor, Al Meena Road, Opposite Customs, Dubai, United Arab Emirates,

    Kayed Ahli Building, Jamal Abdul Nasser Road (Parallel to Al Wahda St.), P.O. Box 4840, Sharjah, United Arab Emirates

    Taġixxi f'isem l-IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda waqt li tipprovdi karburant u stores, tagħmir, partijiet, u tiswija ta' bastimenti. Taġixxi wkoll għan-nom tal-HDSL.

    26.7.2010

    q)

    Safiran Payam Darya (magħrufa wkoll bħala Safiran Payam Darya Shipping Lines, magħrufa wkoll bħala SAPID Shipping Company)

    No 1 Eighth Narengestan, Artesh Street, Farmanieh, P.O.Box 19635-1116, Tehran, Iran;

    Indirizz Alternattiv: 33 Eighth Narenjestan, Artesh Street, P.O. Box 19635-1116, Tehran, Iran;

    Indirizz Alternattiv: Third Floor of IRISL’s Aseman Tower

    Taġixxi għan-nom tal-IRISL waqt li twettaq servizzi bl-ingrossa.

    26.7.2010

    r)

    Santexlines (magħrufa wkoll bħala IRISL China Shipping Company Ltd, magħrufa wkoll bħala Yi Hang Shipping Company)

    Suite 1501, Shanghai Zhongrong Plaza, 1088, Pudong(S) road, Shanghai 200122, Shanghai, China

    Indirizz Alternattiv: F23A-D, Times Plaza No 1, Taizi Road, Shekou, Shenzhen 518067, China

    Santexlines taġixxi għan-nom tal-HDSL. Qabel kienet magħrufa bħala IRISL China shipping Company, hija aġixxiet għan-nom tal-IRISL fiċ-Ċina.

    26.7.2010

    s)

    Shipping Computer Services Company (SCSCOL)

    No37 Asseman Shahid Sayyad Shirazee sq., Pasdaran ave., P.O. Box 1587553 1351, Tehran, Iran;

    No13, 1st Floor, Abgan Alley, Aban ave., Karimkhan Zand Blvd, Tehran 15976, Iran.

    Ipposseduta jew ikkontrollata minn, jew taġixxi għan-nom tal-IRISL

    26.7.2010

    t)

    SISCO Shipping Company Ltd (magħrufa wkoll bħala IRISL Korea Ltd)

    Għandha uffiċċji f'Seoul u Busan, South Korea

    Taġixxi għan-nom tal-IRISL fil-Korea f'Isfel

    26.7.2010

    u)

    Soroush Saramin Asatir (SSA)

    No 5, Shabnam Alley, Golriz St., Shahid Motahhari Ave., Tehran- Iran, P.O.Box 19635-114

    No 14 (alt. 5) Shabnam Alley, Fajr Street, Shahid Motahhari Avenue, P.O. Box 196365-1114, Tehran, Iran

    Taġixxi għan-nom tal-IRISL. Kumpannija maniġerjali tal-bastimenti bbażata f'Tehran taġixxi bħala maniġer tekniku għal ħafna bastimenti tas-SAPID

    26.7.2010

    v)

    South Way Shipping Agency Co Ltd

    No 101, Shabnam Alley, Ghaem Magham Street, Tehran, Iran

    Ikkontrollata mill-IRISL u taġixxi għall-IRISL f'portijiet Iranjani waqt li tissorvelja tali kompiti bħall-ġarr u l-ħatt.

    26.7.2010

    w)

    Valfajr 8th Shipping Line Co. (magħrufa wkoll bħala Valfajr)

    No119, Corner Shabnam Ally, Shoaa Square Ghaem-Magam Farahani, Tehran - Iran P.O.Box 15875/4155

    Indirizz Alternattiv: Abyar Alley, Corner of Shahid Azodi St. & Karim Khan Zand Ave. Tehran, Iran;

    Shahid Azodi St. Karim Khan Zand Zand Ave.,

    Abiar Alley. PO Box 4155, Tehran, Iran

    Sussidjarja pposseduta 100% mill-IRISL. Hija twettaq trasferimenti bejn l-Iran u l-Istati tal-Golf bħall-Kuwajt, il-Qatar, il-Baħrejn, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Arabja Sawdija. Il-Valfajr hija sussidjarja bbażata f'Dubai tal-Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL) li tipprovdi servizzi ta' lanċa u servizzi reġjonali distributorji, u kultant iġġorr merkanzija u passiġġieri fil-Golf Persjan. Il-Valfajr ibbukkjat ekwipaġġ tal-bastimenti f'Dubai, ibbukkjat servizzi ta' forniment tal-bastimenti, ħejjiet bastimenti għall-wasla u t-tluq u għat-tagħbija u l-ħatt u l-ġarr fil-port. Il-Valfajr tieqaf f'portijiet fil-Golf Persjan u l-Indja. Sa min-nofs Ġunju 2009, il-Valfajr ikkondividiet l-istess bini mal-IRISL f'Port Rashid f'Dubai, fl-Emirati Għarab Magħquda, kif ukoll ikkondividiet l-istess bini mal-IRISL f'Tehran, l-Iran.

    26.7.2010’


    Top