Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0614

    2010/614/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit- 23 ta’ Ġunju 2000 , kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil- 25 ta’ Ġunju 2005

    ĠU L 269, 13.10.2010, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/614/oj

    Related international agreement

    13.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 269/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-14 ta’ Ġunju 2010

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

    (2010/614/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Cotonou”) u b’mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta’ Cotonou ġie konkluż għal 20 sena li jibdew mill-1 ta’ Marzu 2000. Madanakollu saret dispożizzjoni għall-possibbiltà li dan jiġi emendat permezz ta’ proċess ta’ reviżjoni wara kull perijodu ta’ ħames snin.

    (2)

    In-negozjati għall-ewwel emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou ġew konklużi fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim li Jemenda ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

    (3)

    Fit-23 ta’ Frar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tagħti bidu għan-negozjati mal-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku bil-għan li tinbeda t-tieni emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou.

    (4)

    In-negozjati ġew konklużi fid-19 ta’ Marzu 2010 bl-inizjalar, f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE, tat-testi li jiffurmaw il-bażi tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Cotonou (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

    (5)

    Il-Ftehim, li għandu jiġi ffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010, ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta’ ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Cotonou.

    (6)

    Skont l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta’ Cotonou, il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE għandu jadotta miżuri tranżitorji kif meħtieġ biex ikopri l-perijodu mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    (7)

    L-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għandha tikkostitwixxi miżura tranżitorja kemm neċessarja kif ukoll suffiċjenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE rigward il-miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), hija li tapprova l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, skont it-termini tal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE anness.

    Bidliet żgħar għall-abbozz ta’ Deċiżjoni jistgħu jkunu mifthiema mingħajr ma jeħtieġu li tkun emendata din id-Deċiżjoni.

    Magħmula fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. LÓPEZ GARRIDO


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


    ANNESS

    DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-UE

    tat-22 ta’ Ġunju 2010

    dwar miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-iffirmar tal-ftehim sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

    IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-UE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħawaħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Cotonou”), u b’mod partikolari l-Artikolu 95(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ta’ Cotonou ġie konkluż għal 20 sena li jibdew mill-1 ta’ Marzu 2000. Madanakollu saret dispożizzjoni għall-possibbiltà li dan jiġi emendat permezz ta’ proċess ta’ reviżjoni wara kull perijodu ta’ ħames snin.

    (2)

    In-negozjati għall-ewwel emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou ġew konklużi fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim li Jemenda ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

    (3)

    In-negozjati għat-tieni emenda tal-Ftehim ta’ Cotonou ġew uffiċjalment imnedija fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE fid-29 ta’ Mejju 2009 u ġew konklużi fi Brussell fid-19 ta’ Marzu 2010. Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba il-Ftehim ta’ Cotonou (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), iffirmat f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010, ser jidħol fis-seħħ mat-tlestija tal-proċeduri ta’ ratifika msemmija fl-Artikolu 93 tal-Ftehim ta’ Cotonou.

    (4)

    Skont l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ta’ Cotonou, il-Kunsill tal-Ministri ACP-UE għandu jadotta miżuri tranżitorji kif meħtieġ biex ikopri l-perijodu mid-data tal-iffirmar sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    (5)

    L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Partijiet”) iqiesu li huwa xieraq li jipprevedu għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, biex jieħu effett mid-data tal-iffirmar tiegħu.

    (6)

    Il-partijiet ser jaħdmu biex ilestu l-proċess ta’ ratifika fi żmien sentejn mid-data tal-iffirmar tal-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim

    Il-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendatl-ewwel fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”), għandu jkun applikat b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.

    Artikolu 2

    Implimentazzjoni ta’ Din id-Deċiżjoni u dħul fis-seħħ tal-Ftehim

    L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta’ din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri tal-Unjoni u l-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku huma mistiedna biex jieħdu l-miżuri li jikkunsidraw xierqa sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

    Il-Partijiet għandhom jaħdmu biex ilestu l-proċeduri kollha meħtieġa biex jiżguraw id-dħul fis-seħħ sħiħ tal-Ftehim fi żmien sentejn mid-data tal-iffirmar tiegħu.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ u validità ta’ din id-Deċiżjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha jiġi ffirmat il-Ftehim.

    Għandha tapplika sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

    Magħmul f’Ouagadougou, it-22 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-UE

    Il-President


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


    Top