This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0577
2010/577/EU: Commission Decision of 28 September 2010 terminating the anti-dumping proceeding concerning imports of certain polyethylene terephthalate originating in Iran, Pakistan and the United Arab Emirates and releasing the amounts secured by way of the provisional duties imposed
2010/577/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Settembru 2010 li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-tereftalat tal-polietilene li joriġinaw mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u li tirrilaxxa l-ammonti miġbura permezz tad-dazji provviżorji imposti
2010/577/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Settembru 2010 li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-tereftalat tal-polietilene li joriġinaw mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u li tirrilaxxa l-ammonti miġbura permezz tad-dazji provviżorji imposti
ĠU L 254, 29.9.2010, p. 40–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32010R0472 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32010D0577R(01) | (SL) |
29.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 254/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Settembru 2010
li ttemm il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-tereftalat tal-polietilene li joriġinaw mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda u li tirrilaxxa l-ammonti miġbura permezz tad-dazji provviżorji imposti
(2010/577/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri provviżorji
(1) |
Fit-3 ta’ Settembru 2009, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-ftuħ ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu tereftalat tal-polietilene (“PET”) li joriġinaw mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (“il-pajjiżi kkonċernati”). Fl-1 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni, bir-Regolament (UE) Nru 472/2010 (3) (ir-Regolament provviżorju’) imponiet dazju ta’ anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tereftalat tal-polietilene li joriġinaw mill-Iran u mill-Emirati Għarab Magħquda. |
(2) |
Il-proċediment ingħata bidu b’segwitu għal ilment imressaq fl-20 ta’ Lulju 2009 mill-Polyethylene Terephthalate Committee of Plastics Europe (“il-kwerelant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ ta’ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu tereftalat tal-polietilene. |
(3) |
Kif stipulat fil-premessa 11 tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-aħħar tal-PI (“il-perjodu meqjus”). |
(4) |
Fil-proċediment parallel tal-antisussidju, il-Kummissjoni permezz tar-Regolament (UE) Nru 473/2010 (4) imponiet dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tereftalat tal-polietilene li joriġinaw fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda. |
2. Il-proċedura sussegwenti
(5) |
Wara l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji antidumping (“l-iżvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. |
(6) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati wara l-iżvelar provviżorju tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan. |
(7) |
Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li jiġi rrakkomandat it-tmiem tal-proċediment u r-rilaxx tal-ammonti miġbura permezz ta’ dazji provviżorji imposti (“l-iżvelar finali”). Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu l-appelli wara li dan ġie żvelat. |
(8) |
Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati skont dan. |
3. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment
(9) |
Xi partijiet interessati ilmentaw li l-kampjun ta’ produtturi tal-UE ma kienx rappreżentattiv u kien inkonsistenti u li għalhekk l-analiżi tal-ħsara ma kinitx kompluta. B’mod partikolari, ilmentaw li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ billi l-għadd ta’ produtturi ma kienx kbir. Barra minn hekk, sar l-ilment li bil-qsim “artifiċjali” tal-gruppi ta’ kumpaniji f’entitajiet legali individwali, il-kampjun ma jkunx fih xi wħud mill-kumpaniji ewlenin tas-suq (Artenius, M&G Polimeri) u li l-metodoloġija għall-għażla tal-kampjun hija inkonsistenti billi l-kampjun inkluda fih ukoll żewġ gruppi ta’ kumpaniji. Sar ukoll ilment li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv billi ma kienx fih kull produttur kwalunkwe li jbiegħ lil manifattur PET relatat fi kwantitajiet suffiċjenti. Għaldaqstant l-istituzzjonijiet allegatament ma setgħux jaslu għal stima tal-kapaċità vera ta’ provvista tal-industrija tal-Unjoni u ma qiesux il-konflitt ta’ interess tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, billi kien hemm kumpanija li ma pprovditx it-tagħrif kollu meħtieġ u tħalliet barra mill-kampjun, ir-rappreżentanza allegatament naqset għal 28 % tal-produzzjoni tal-UE. L-istess partijiet ilmentaw li l-kampjun magħżul ma kienx validu statistikament. |
(10) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-argument li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ billi l-għadd ta’ produtturi ma kienx kbir, mill-ġdid qed jiġi kkonfermat li fl-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni ppreżentaw ruhħom 14-il produttur tal-Unjoni li ġejjin minn tmien kumpaniji. Minħabba l-għadd oġġettivament għoli ta’ produtturi tal-UE li kkooperaw, jiġifieri 14, it-teħid ta’ kampjuni twettaq skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku abbażi tal-volum l-aktar rappreżentattiv ta’ bejgħ li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien li kien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti minn ħames kumpaniji individwali (b’sitt imkejjen ta’ produzzjoni). |
(11) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel ilment dwar ir-rappreżentanza tal-kampjun, ta’ min jinnota li l-istituzzjonijiet jistgħu jinkludu kumpaniji individwali li huma parti minn grupp ta’ kumpaniji ġewwa l-kampjun sakemm ikunu rappreżentattivi u jkollhom kontijiet finanzjarji separati. Kieku le, l-investigar tal-14-il produttur tal-UE li ġejjin mit-tmien gruppi ta’ kumpaniji ma kienx jippermetti t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni. Iżda, il-fatt li żewġ gruppi ta’ kumpaniji ġew inklużi fil-kampjun mhuwiex inkonsistenti mal-metodoloġija ta’ teħid ta’ kampjuni applikata f’dan il-każ, jiġifieri l-aktar volumi rappreżentattivi ta’ bejgħ lill-klijenti tal-UE. |
(12) |
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ Indorama, dan il-grupp kellu żewġ impjanti ta’ produzzjoni differenti fil-PI – wieħed fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-ieħor fir-Renju Unit. Li jiġi inkluż dan il-grupp fil-kampjun huwa bi qbil mal-metodoloġija ta’ teħid ta’ kampjuni applikata billi dawn l-impjanti jiffurmaw entità waħda mill-perspettiva legali u finanzjarja. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ Equipolymers, li kellha żewġ entitajiet separati li jipproduċu PET fil-PI (waħda fl-Italja u oħra fil-Ġermanja), il-kumpanija bagħtet rapporti ta’ ċifri kkonsolidati għaż-żewġ imkejjen. Billi l-verifika ta’ dawn iċ-ċifri kkonsolidati kienet possibbli waqt żjara fil-kwartieri ġenerali tal-kumpanija, ġie deċiż li jiġi aċċettat dan l-irrappurtar ikkonsolidat u li l-kumpaniji Equipolymers li jipproduċu PET jitqiesu bħala entità waħda għall-fini ta’ dan il-proċediment. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ilment li Artenius u M&G Polimeri kellhom jiġu inklużi fil-kampjun minħabba li huma kumpaniji ewlenin fis-suq, ta’ min jinnota li ebda waħda mill-entitajiet individwali tagħhom mhija parti mill-kumpaniji bl-ogħla volum ta’ bejgħ lill-klijenti tal-UE. |
(13) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ilment li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv minħabba li ma kienx jinkludi produttur wieħed li fil-biċċa l-kbira jipproduċi għall-konsum intern, ta’ min jinnota li l-kapaċità ta’ provvista tista’ tiġi eżaminata fil-qafas tal-analiżi tal-interess tal-Unjoni jekk issir talba bħal din u għal dan il-għan il-konsum mhux ħieles jista’ jitnaqqas mill-volum ta’ produzzjoni. Għalhekk mhemmx għalfejn ikun hemm produttur ta’ dan it-tip fil-kampjun għall-eżami ta’ ċerti fatturi ta’ ħsara. It-tieni, kull interess doppju li jirriżulta mill-pożizzjoni ta’ kumpanija bħala waħda li tipproduċi u tipproċessa fl-istess ħin ukoll tista’ ssir stima tiegħu fl-analiżi tal-interess tal-Unjoni. Il-pożizzjoni ta’ kumpanija bħala waħda li tipproduċi u tipproċessa fl-UE mhijiex marbuta mar-rendiment tal-industrija tal-Unjoni fejn il-bejgħ lill-konsumaturi mhux relatati fl-UE jittieħed bħala kriterju ta’ tqabbil. Għaldaqstant, l-ilment hu rrifjutat. |
(14) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ilment dwar ir-rappreżentanza ġenerali tal-kampjun għal darb’oħra qed jiġi kkonfermat li t-tnaqqis tal-kampjun għal erba’ kumpaniji baxxa r-rappreżentanza għal 47 % minn 65 % tal-bejgħ li sar mill-produtturi kollha li kkooperaw. L-istess erba’ kumpaniji kienu jirrappreżentaw 52 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Dan jitqies bħala kampjun rappreżentattiv tal-produtturi tal-UE f’termini ta’ bejgħ lill-konsumaturi indipendenti fl-UE. |
(15) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ilment li l-kampjun magħżul ma kienx statistikament validu, ta’ min jinnota li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku jipprevedi b’mod ċar li kampjun jissejjes fuq l-aktar volum rappreżentattiv tal-bejgħ li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli, bħala alternattiva għal kampjun “statistikament validu”. |
(16) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra rigward is-sejbiet, il-premessi 3 sa 10 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
(17) |
Ta’ min ifakkar li, fil-premessa 12 tar-Regolament provviżorju, il-prodott ikkonċernat kien iddefinit bħala tereftalat tal-polietilene, li n-numru ta’ viskożità tiegħu huwa 78 ml/g jew aktar skont l-Istandard ISO 1628-5, li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u li attwalment jinsab fi ħdan il-kodiċi NM 3907 60 20. |
(18) |
Barra minn hekk, fil-premessa 14 tar-Regolament provviżorju, intqal li l-investigazzjoni wriet li PET prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni, u PET prodott u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-pajjiżi kkonċernati, u esportati lejn l-Unjoni kienu prodotti simili. |
(19) |
Billi l-prodott investigat tqies bħala prodott omoġeneju, ma nqasamx ulterjorment f’tipi differenti ta’ prodotti għall-kalkolu tal-marġnijiet ta’ dumping u ta’ ħsara. |
(20) |
Produttur esportatur ilmenta li l-PET għandha tinqasam f’tipi differenti ta’ prodotti skont in-numri differenti tagħhom ta’ viskożità billi n-numru ta’ viskożità huwa essenzjali biex jiġu ddeterminati l-applikazzjonijiet differenti għat-tipi ta’ PET li jiġu prodotti. Tqies li l-ilment għandu jintlaqa’ u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-marġnijiet ta’ dumping u ħsara ġiet adattata skont dan. |
C. DUMPING
(21) |
Kif ġie spjegat fil-premessa 20, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping ġiet adattata u l-marġni ta’ dumping għal kull pajjiż ikkonċernat issa huwa kkalkulat għal kull tip ta’ prodott b’mod separat. |
1. L-Iran
1.1. Valur normali
(22) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessi 16 sa 18 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
1.2. Prezz ta’ esportazzjoni
(23) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessa 19 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
1.3. Tqabbil
(24) |
Fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju ntqal li l-esportatur Iranjan ma kienx f’qagħda li jikkwantifika l-impatt allegat tas-sanzjonijiet kontra l-Iran b’mod li tintwera xi evidenza. Fil-kummenti tagħha dwar ir-Regolament provviżorju, il-kumpanija stqarret li d-dmir li jiġi ġġarantit tqabbil ġust kien tal-awtorità investigattiva u mhux tal-esportatur. Iżda, skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, jista’ jsir aġġustament ukoll għal differenzi f’fatturi oħra jekk jiġi pruvat illi jaffettwaw il-komparabilità tal-prezz, partikolarment li l-konsumaturi b’mod konsistenti iħallsu prezzijiet differenti fis-suq domestiku minħabba d-differenzi f’dawn il-fatturi. Billi hija r-responsabbiltà tal-produttur esportatur li jipprova l-eżistenza ta’ xi fattur ieħor, it-talba mhux qed tiġi milqugħa u l-metodoloġija spjegata fil-premessi (20) sa (23) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
1.4. Marġini ta’ dumping
(25) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessi 24 sa 25 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
(26) |
Il-marġini ta’ dumping definittiv għall-Iran, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, dazju mhux imħallas, huwa ta’ 26,8 %. |
2. Il-Pakistan
2.1. Valur normali
(27) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessi 27 sa 29 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2.2. Prezz ta’ esportazzjoni
(28) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessa 30 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2.3. Tqabbil
(29) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessi 31 sa 32 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
2.4. Marġini ta’ dumping
(30) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessa 33 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
(31) |
Il-marġini ta’ dumping definittiv għall-uniku produttur esportatur Pakistani, Novatex Limited, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 0,6 %, jiġifieri taħt id-de minimis skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
(32) |
Minħabba li ma hemmx aktar produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Pakistan, ma għandhom jiġu imposti ebda miżuri definittivi. |
3. L-Emirati Għarab Magħquda
3.1. Valur normali
(33) |
Wara t-tibdil fil-metodoloġija spjegat fil-premessi 20 u 21, ir-riżultati tat-test tal-andament normali tal-kummerċ kif deskritti fil-premessi 37 u 38 tar-Regolament provviżorju nbidlu fir-rigward ta’ xi tipi ta’ prodott. Għalhekk, fejn il-volum ta’ bejgħ bi profitt ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dan it-tip, jew fejn il-prezz medju differenzjat ta’ dan it-tip kien taħt il-kost ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala medja differenzjata ta’ bejgħ bi profitt ta’ dan it-tip biss. |
(34) |
Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ bi profitt ta’ ċertu tip ta’ prodott, tqies li dan it-tip ta’ prodott inbiegħ fi kwantitajiet mhux suffiċjenti biex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa għat-twaqqif tal-valur normali. |
(35) |
Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ mill-produtturi esportaturi ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali, il-valur normali nbena skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
(36) |
Fil-bini tal-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż għall-bejgħ, dawk amministrattivi u ġenerali u għall-profitti ġew ibbażati, skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, fuq id-dejta effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur li qiegħed jiġi investigat. |
3.2. Prezz ta’ esportazzjoni
(37) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessa 39 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
3.3. Tqabbil
(38) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessi 40 sa 41 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
3.4. Marġini ta’ dumping
(39) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti għajr dawk li diġà ssemmew fil-premessi 20 u 21 hawn fuq, il-metodoloġija spjegata fil-premessa 42 tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata. |
(40) |
Il-marġini ta’ dumping definittiv għall-uniku produttur esportatur tal-Emirati Għarab Magħquda, JBF RAK LLC, espress bħala perċentwali tal-prezz tal-CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta’ 0,6 %, jiġifieri taħt id-de minimis skont it-tifsira tal-Artikolu 9(3) tar-Regoalment bażiku. |
(41) |
Billi mhemmx produtturi oħra tal-prodott ikkonċernat fl-Emirati Għarab Magħquda, ma għandhom jiġu imposti ebda miżuri definittivi. |
D. ĦSARA
1. Il-produzzjoni tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni u l-konsum tal-Unjoni
(42) |
Ma waslu ebda kummenti għal dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni u l-konsum tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-premessi minn (45) sa (50) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
2.1. Il-valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet ikkonċernati
(43) |
Mill-ġdid qed jiġi kkonfermat li fil-premessa (52) tar-Regolament provviżorju, tqies li billi l-marġni ta’ dumping li nstab għall-Pakistan kien de minimis, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet ma setax jiġi evalwat flimkien mal-importazzjonijiet li provviżorjament instabu li kienu oġġett ta’ dumping mill-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda. |
(44) |
Billi investigazzjoni ulterjuri wriet li l-marġini ta’ dumping għall-Emirati Għarab Magħquda kien ukoll de minimis, tqies li l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet ma jistax jiġi eżaminat flimkien mal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-Iran. Għaldaqstant, ma saret ebda evalwazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet. |
2.2. Volum ta’ importazzjonijiet ikkonċernati
(45) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat fl-UE beda minn livell relattivament baxx fl-2006, iżda żdied bil-mod il-mod sal-PI, u laħaq 55 500 tunnellata fil-PI. B’mod aktar speċifiku, l-importazzjonijiet mill-Iran aktar milli rduppjaw bejn l-2006 u l-2007, qabel ma reġgħu żdiedu b’aktar minn 100 punt perċentwali fl-2008 bi tqabbil mal-2007 u madwar 130 punt perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Tabella 1
|
2.3. Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati
(46) |
Is-sehem tas-suq li kellhom l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Iran kien madwar 0,4 % matul l-2006 u żdied b’mod sostnut b’madwar 1,5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Aktar speċifikament, dan żdied b’0,5 punti perċentwali bejn l-2006 u l-2007, kompla jiżdied bi 0,5 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 u bi 0,5 punti perċentwali bejn l-2008 u l-PI. Fil-PI, is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping mill-Iran kien ta’ 1,9 %. |
2.4. Il-prezzijiet
(i) Evoluzzjoni tal-prezzijiet
(47) |
Il-prezz medju ta’ importazzjoni naqas bi 11 % fil-perjodu meqjus bl-akbar tnaqqis bejn l-2008 u l-PI. Aktar speċifikament, il-prezz medju baqa’ stabbli fl-2007 u naqas b’żewġ punti perċentwali fl-2008, qabel ma kompla jonqos b’disa’ punti perċentwali oħra fil-PI. Tabella 2
|
(ii) Bejgħ taħt il-prezz
(48) |
Wara l-iżvelar provviżorju, l-esportatur Iranjan ikkumenta li l-marġni ta’ ħsara tiegħu kien minfuħ iż-żejjed billi l-medja differenzjata tal-prezz ta’ bejgħ ta’ unità stabbilita kienet sottovalutata billi ġie kkalkulat ħażin l-ammont tal-aġġustament tal-livell ta’ kummerċ; iżda, ebda kwantifikazzjoni alternattiva tal-aġġustament tal-livell ta’ kummerċ ma ġiet proposta. Tabilħaqq, il-bażi għal-livell ta’ kummerċ użata għall-kalkolu provviżorju kienet ammont fiss għal kull tunnellata li hija kummissjoni li titħallas lill-aġent importatur li kkoopera u tirrappreżenta madwar 1 % tal-prezz medju CIF. Ebda tagħrif ieħor ma huwa disponibbli dwar dan l-aġġustament u għalhekk it-talba ma ntlaqitx. L-istess parti ilmentat ukoll li r-rata ta’ 2 % għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni kienet tidher inqas min-normal. Għal darb’oħra f’dan ir-rigward qed jiġi kkonfermat li ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni u ma kienx possibbli li tiġi vverifikata l-ispiża attwali ta’ wara l-importazzjoni. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ xi tagħrif ieħor disponibbli, ġiet applikata r-rata użata fil-proċedimenti ta’ qabel. |
(49) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qed jiġi kkonfermat b’mod definittiv li l-prodotti oġġett ta’ dumping li joriġinaw mill-Iran u li nbiegħu fl-Unjoni waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 3,2 %. |
3. Il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni
(50) |
Xi partijiet interessati stqarru li ma kienet teżisti ebda ħsara billi minħabba l-kampjun allegatament ħażin ebda riżultat ma seta jiġi kkalkolat għall-industrija totali tal-Unjoni. Bħala eżempju tressaq l-argument li billi kumpanija waħda (mhux fil-kampjun) kienet uriet li kienet qed tuża aktar minn 100 % tal-kapaċità tagħha, dan kien sinjal ċar li ma kinitx teżisti ħsara. ta’ min jinnota li t-tagħrif li ntbagħat huwa estratt minn dak li bagħtet il-kumpanija lill-awtoritajiet tal-borsa u ma kienx ivverifikat. Dan it-tagħrif ma jikkwadrax mat-tagħrif fid-dokument. Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ produttur wieħed tal-UE ma tistax tibdel is-sejbiet ta’ ħsara li jirrigwardjaw kważi l-indikaturi kollha l-oħra ta’ ħsara għall-produtturi tal-UE fil-kampjun u l-produtturi l-oħra tal-UE. |
(51) |
Minħabba li ma hemm l-ebda stqarrija jew kummenti oħra, il-premessi minn 63 sa 82 tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. Konklużjoni dwar il-ħsara
(52) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti speċifiċi, il-konklużjoni dwar il-ħsara stabbilita fil-premessi 83 sa 85 tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
E. KAWŻALITÀ
1. L-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
(53) |
Iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Iran bi kważi ħames darbiet bejn l-2006 u l-PI, u tas-sehem tagħha korrispondenti fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri b’ 1,5 punti perċentwali, kif ukoll il-bejgħ taħt il-prezz li nstab (3.2 % matul il-PI) ġeneralment inzertat fl-istess żmien mat-tiħżin tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Iran kellhom impatt fuq il-ħsara li nstabet lill-industrija tal-Unjoni. |
(54) |
Huwa importanti li wieħed jenfasizza li fil-proċediment parallel tal-antisussidju, l-importazzjonijiet issussidjati akkumulati mill-Pakistan, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Iran instabu li qed jikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
(55) |
Mill-banda l-oħra, minħabba l-volumi konsiderevoli u l-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet mill-Korea u l-Pakistan, qed jiġi kkonfermat ukoll, kif imsemmi fil-premessi 94 u 96 tar-Regolament provviżorju, li dawk l-importazzjonijiet ikkontribwixxew sa ċertu punt għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
(56) |
Barra minn hekk, f’dan il-proċediment, bosta importazzjonijiet mill-Emirati Għarab Magħquda (madwar 150 000 t) kienu ukoll qed jinbiegħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(57) |
Fl-istess waqt, is-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet Iranjani kien taħt 1 % fl-2006 u fl-2007 u fil-PI kien qrib biss ta’ 2 %, li jikkorrispondi għal 55 000 t. |
(58) |
Ta’ min ukoll jinnota li l-bejgħ taħt il-prezz li ġie stabbilit għall-produttur Iranjan kien iktar baxx milli fil-każ tal-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping mill-Emirati Għarab Magħquda. |
2. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(59) |
B’konklużjoni, filwaqt li l-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li oriġinaw fl-Iran kellhom xi impatt negattiv fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, dan l-impatt, meħud għalih waħdu, ma kienx jeżisti b’mod tali li jista’ jitqies bħala materjali kif mitlub bl-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
F. TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT
(60) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda ma nbigħux taħt il-prezzijiet normali. Għaldaqstant il-proċediment fir-rigward tal-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda għandu jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri. |
(61) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Iran saru bi prezzijiet taħt il-prezz normali u kkontribwixxew sa ċertu punt għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. |
(62) |
Iżda, kif jidher fil-premessa 59, ġie stabbilit li l-impatt negattiv tal-importazzjonijiet Iranjani fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ma kienx jeżisti b’mod tali li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. |
(63) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, meqjus in-nuqqas ta’ ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-Iran, ġie konkluż li l-proċediment għandu jiġi tterminat mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri anki fil-każ tal-Iran. |
(64) |
L-ammonti miġbura permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2010 għandu jiġi rilaxxat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal- tereftalat tal-polietilene li għandha numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, li bħalissa taqa’ taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 u li toriġina fl-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda huwa b’dan itterminat.
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 472/2010 huwa b’dan irrevokat. L-ammonti miġbura permezz ta’ dazju provviżorju ta’ anti-dumping impost skont ir-Regolament (UE) Nru 472/2010 fuq l-importazzjonijiet tal- tereftalat tal-polietilene li għandha numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar, skont l-Istandard ISO 1628-5, u li bħalissa taqa’ taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 u li toriġina fl-Iran u l-Emirati Għarab Magħquda għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) ĠU C 208, 3.9.2009, p. 12.
(4) ĠU L 134, 1.6.2010, p. 25.