This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0434
2010/434/EU: Commission Decision of 6 August 2010 amending Annexes I and II to Decision 2008/185/EC as regards the inclusion of Slovenia in the list of Member States free of Aujeszky’s disease and of Poland and regions of Spain in the list of Member States where an approved national control programme for that disease is in place (notified under document C(2010) 5358) Text with EEA relevance
2010/434/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Awwissu 2010 li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5358) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2010/434/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Awwissu 2010 li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5358) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 208, 7.8.2010, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008D0185 | Sostituzzjoni | anness 1 | ||
Modifies | 32008D0185 | Sostituzzjoni | anness 2 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R0620 | 21/04/2021 |
7.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Awwissu 2010
li temenda l-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tas-Slovenja fil-lista ta’ Stati Membri ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u l-inklużjoni tal-Polonja fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5358)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/434/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini, bl-eċċezzjoni ta’ ħnieżer selvaġġi. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda ta’ Aujeszky. B’żieda ma’ dan, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi li fejn Stat Membru jikkunsidra li fit-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn tali mard, inkluża l-marda ta’ Aujeszky, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni xierqa li tipprova dan lill-Kummissjoni. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għall-movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istat tal-marda ta’ Aujeszky. |
(3) |
L-Anness I mad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn t-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ma’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi nazzjonali ta’ kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky. |
(4) |
Fil-Polonja u fi Spanja kienu ġew implimentati programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda ta’ Aujeszky għal bosta snin. Għal diversi reġjuni Spanjoli l-programm ta’ kontroll nazzjonali għall-marda ta’ Aujeszky huwa diġa’ approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/603/KE (3). |
(5) |
Is-Slovenja ressqet id-dokumentazzjoni ta’ provi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istat ħieles mill-marda ta’ Aujeszky fit-territorju tas-Slovenja li turi li qatt ma nstabet din il-marda f’dak l-Istat Membru. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata mis-Slovenja u sabitha konformi mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, dak l-Istat Membru għandu jiġi inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness I mad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-Polonja pprovdiet id-dokumentazzjoni ta’ provi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programm fis-seħħ fit-territorju kollu tal-Polonja u talbet l-approvazzjoni għal dan il-programm. |
(8) |
Spanja issa pprovdiet id-dokumentazzjoni ta’ provi lill-Kummissjoni fir-rigward tal-programm fis-seħħ fil-Komunitajiet Awtonomi ta’ Andalusia, Aragon, il-Gżejjer Baleariċi, Castilla-La Mancha, Catalonia, Extremadura, Madrid, ir-Reġjun ta’ Murcia, il-Komunità ta’ Valencia, u l-provinċji ta’ Salamanca, Segovia u Soria fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León u l-provinċja ta’ Tenerife fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji u talbet l-approvazzjoni għal dan il-programm. |
(9) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-programmi ta’ kontroll nazzjonali ppreżentati mill-Polonja u Spanja jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, il-Polonja u Spanja għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II mad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
ANNESS
ANNESS I
Stati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit
Kodici ISO |
Stat Membru |
Ir-reġjuni |
AT |
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
CY |
Ċipru |
Ir-reġjuni kollha |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
DE |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
DK |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
FI |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
FR |
Franza |
Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines |
LU |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Ir-reġjuni kollha |
SI |
Is-Slovenja |
Ir-reġjuni kollha |
SK |
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha |
SE |
L-Isvezja |
Ir-reġjuni kollha |
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha tal-Ingilterra, l-Iskozja u l-Galles |
ANNESS II
L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi approvati ta’ kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda ta’ Aujeszky
Kodici ISO |
Stat Membru |
Ir-reġjuni |
BE |
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
ES |
Spanja |
Ir-reġjuni kollha |
HU |
L-Ungerija |
Ir-reġjuni kollha |
IE |
L-Irlanda |
Ir-reġjuni kollha |
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta’ Bolzano |
PL |
Il-Polonja |
Ir-reġjuni kollha |
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq |