This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0431
2010/431/CFSP: Political and Security Committee Decision EULEX/1/2010 of 27 July 2010 concerning the appointment of the Head of Mission of the European Union Rule of Law Mission in Kosovo, EULEX KOSOVO
2010/431/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2010 tas- 27 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO
2010/431/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2010 tas- 27 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO
ĠU L 202, 4.8.2010, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32008D0125 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Validity extended by | 32011D0688 | 14/06/2012 | |||
Validity extended by | 32011D0849 | 14/06/2012 | |||
Validity extended by | 32012D0310 | 14/10/2012 | |||
Validity extended by | 32012D0631 | 31/01/2013 |
4.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX/1/2010
tas-27 ta’ Lulju 2010
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO
(2010/431/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-4 ta’ Frar 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK li stabbilixxiet il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (minn hawn ‘il quddiem “EULEX KOSOVO”). |
(2) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/322/PESK (2) li testendi t-tul tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ġunju 2012. |
(3) |
Taħt l-Artikolu 12(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, b’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EULEX KOSOVO, inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Xavier BOUT DE MARNHAC huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO mill-15 ta’ Ottubru 2010.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2008 tas-7 ta’ Frar 2008 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX Kosovo (3) hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika sal-14 ta’ Ottubru 2011.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.
(2) ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13.
(3) ĠU L 42, 16.2.2008, p. 99.