Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0235

    2010/235/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ April 2010 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/780/KE li tiffissa l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2516)

    ĠU L 106, 28.4.2010, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/235/oj

    28.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ April 2010

    li tirrevoka d-Deċiżjoni 2009/780/KE li tiffissa l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2516)

    (Il-verżjoni bil-Portugiż biss hija awtentika)

    (2010/235/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 tas-27 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2009/780/KE (2) stabbilixxiet l-ammonti netti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-modulazzjoni volontarja fil-Portugall għas-snin kalendarji 2010, 2011 u 2012.

    (2)

    Peress illi d-diffikultajiet fis-settur agrikolu ipprovokati mill-kriżi ekonomika, għandhom għaddejjin b’impatt negattiv fuq il-qagħda ekonomika tal-bdiewa, il-Portugall ikkomunika lill-Kummissjoni li huwa ddeċieda li ma japplikax il-modulazzjoni volontarja.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2009/780/KE għandha għalhekk tiġi revokata,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2009/780/KE hija b’dan imħassra.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Portugall.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Dacian CIOLOȘ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 278, 23.10.2009, p. 59.


    Top