This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0144
Council Decision of 30 March 2009 on the signing and provisional application of the Agreement between the European Community and the West African Economic and Monetary Union on certain aspects of air services
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
ĠU L 56, 6.3.2010, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/144/oj
6.3.2010 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-30 ta’ Marzu 2009
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2010/144/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
(2) |
F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
(3) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, dan il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim, f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet innotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jipproċedi għan-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BENDL
6.3.2010 |
MT EN |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 56/15 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
minn naħa waħda, u
L-UNJONI EKONOMIKA U MONETARJA TAL-AFRIKA TAL-PUNENT
min-naħa l-oħra,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘l-Partijiet’,
FILWAQT LI JINNUTAW li ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru li ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (WAEMU), rispettivament, li jinkludu dispożizzjonijiet kuntrarji għal-liġi tal-Komunità, kif innutat fid-Deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f’Novembru 2002,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ diversi aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi li jiksbu dritt ta’ proprjetà ta’ trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet li jikkontrollaw l-għażla li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, rispettivament, li mhumiex konformi mal-liġi Komunitarja, iridu jinġiebu totalment konformi ma’ din tal-aħħar b’mod li tista’ tiġi stabbilita bażi legali soda f’dak li jikkonċerna s-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-WAEMU biex tinżamm il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-leġislazzjoni tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, rispettivament, li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,
FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-WAEMU, rispettivament, li:
(i) |
jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ akkordji bejn l-intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi jew prattiki kkonċertati li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew |
(ii) |
isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew |
(iii) |
jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti, |
jistgħu jrendu mhux effettiva l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-intrapriżi,
FILWAQT I JIKKUNSIDRAW li mhuwiex wieħed mill-għanijiet tal-Partijiet, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-WAEMU, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità u t-trasportaturi tal-ajru tal-WAEMU jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonjeit tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru f’dak li jikkonċerna d-drittijiet ta’ traffiku,
FILWAQT LI JINNUTAW li r-relazzjonijiet tal-ajru tal-Istati Membri tal-WAEMU ma’ dawk tal-Komunità Ewropea jirrapreżentaw aktar minn 80 % tar-rotot tal-ajru internazzjonali tagħhom, relazzjonijiet li tradizzjonalment huma mmexxija minn ftehimiet tal-ajru bilaterali,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Deċiżjoni Nru 08/2002/CM/WAEMU tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tadotta l-Programm Komuni tat-Trasport bl-Ajru tal-Istati Membri tal-WAEMU,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Direttiva Nru 08/2006/CM/WAEMU tas-16 ta’ Diċembru 2006, li tagħti lill-Kummissjoni tal-WAEMU, assistita mir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-WAEMU, mandat li tiftaħ u tmexxi n-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea bil-ħsieb tal-introduzzjoni ta’ klawsola Komunitarja ta’ għażla fil-ftehimiet tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tal-WAEMU,
FILWAQT LI JINNUTAW il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tuża l-opportunità li toffrilha l-leġislazzjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent biex isiru negozjati għal kull blokk dwar l-introduzzjoni ta’ klawżola Komunitarja ta’ għażla fil-ftehimiet tal-ajru ffirmati bejn l-Istati Membri tal-WAEMU u dawk tal-Komunità Ewropea,
FTIEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, it-termini u l-espressjonijiet ta’ hawn taħt għandhom ifissru kif ġej:
i. WAEMU: l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent,
ii. KE: il-Komunità Ewropea
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri tal-KE’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, ‘Stati Membri tal-WAEMU’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent u ‘Stati Afrikani’ għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana u l-Marokk.
3. F’kull wieħed mill-ftehim bilaterali elenkat fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim, ir-referenzi għaċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-KE u ċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-WAEMU għandhom jinftiehmu, rispettivament, bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-KE jew tal-Istati Membri tal-WAEMU.
4. F’kull wieħed mill-ftehim bilaterali elenkat fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim, ir-referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru tal-KE jew tal-Istat Membru tal-WAEMU li huma parti għal dan il-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi jew il-linji tal-ajru magħżula minn dawn l-Istati.
Artikolu 2
Għażla u Awtorizzazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (a) tal-Annessi għal dan il-Ftehim, fir-rigward tal-għażla ta’ trasportatur tal-ajru, il-liċenzji u l-permessi mogħtija lilu.
2. Mal-wasla tal-għażla minn Stat Membru ta’ waħda mill-Partijiet, l-Istat tal-Parti l-oħra għandu jagħti l-liċenzji u l-permessi adatti bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kondizzjoni li:
(a) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-KE:
|
(b) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-WAEMU:
|
Artikolu 3
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu għall-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (b) tal-Annessi għal dan il-Ftehim, fir-rigward taċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-liċenzji jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru.
2. Kull Stat Membru kkonċernat jista’ jiċħad, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-liċenzji jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-Parti l-oħra meta tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonjiet li ġejjin:
(a) |
Fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-KE:
|
(b) |
Fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru magħżul minn Stat Membru tal-WAEMU:
|
3. Meta jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat m’għandux jagħmel diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Parti l-oħra.
Artikolu 4
Drittijiet rigward il-kontroll regolatorju effettiv
1. Id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (c) tal-annessi għal dan il-Ftehim.
2. Meta Stat Membru tal-KE jkun għażel trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju effettiv tiegħu jkun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru tal-KE ieħor, id-drittijiet tal-Istat Membru tal-WAEMU kkonċernat fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru tal-KE li għażel t-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru tal-WAEMU kkonċernat għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru tal-KE l-ieħor u fir-rigward tal-liċenzja operattiva ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
3. Meta Stat Membru tal-WAEMU jkun għażel trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju effettiv tiegħu jkun eżerċitat u żgurat minn Stat Membru tal-WAEMU ieħor, id-drittijiet tal-Istat Membru tal-KE kkonċernat fil-qafas tad-dispożizzjonijiet tas-sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru tal-WAEMU li għażel it-trasportatur tal-ajru u l-Istat Membru tal-KE kkonċernat għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru tal-WAEMU l-ieħor u fir-rigward tal-Liċenzja Operattiva ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
4. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jaqblu li l-kontroll regolatorju effettiv jimplika tal-anqas li l-Istat Membru li jkun ħareġ il-Liċenzja Operattiva jew l-approvazzjoni jiżgura b’mod effettiv u kontinwu l-programmi ta’ sorveljanza tas-sikurezza u tas-sigurtà tal-ajru billi, tal-anqas, japplika l-istandards tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), u jiżguraw li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma mal-kriterji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-operat tas-servizzi tal-ajru internazzjonali u jopera f’konformità mal-istandards applikabbli kollha tal-ICAO.
Artikolu 5
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
1. Id-dispożizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikoli elenkati fil-Parti B, punt (d) tal-Annessi għal dan il-Ftehim.
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kuntrarju għal dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B, punt (d) tal-Annessi għal dan il-Ftehim m’għandu jwaqqaf lil Stat Membru tal-KE milli jimponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-karburant ipprovdut fuq it-territorju tiegħu għall-użu f’tagħmir ta’ trasportatur magħżul minn Stat Membru tal-WAEMU li jopera bejn xi punt fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru tal-KE u xi punt ieħor fit-territorju ta’ Stat Membru tal-KE ieħor.
3. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B, punt (d) tal-Annessi għal dan il-Ftehim m’għandu jwaqqaf lil Stat Membru tal-WAEMU milli jimponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-karburant ipprovdut fuq it-territorju tiegħu għall-użu f’tagħmir ta’ trasportatur magħżul minn Stat Membru tal-UE li jopera bejn xi punt f’territorju ta’ dan l-Istat Membru tal-WAEMU u xi punt ieħor fit-territorju ta’ Stat Membru tal-WAEMU ieħor.
4. Jekk jitfassal pjan għall-introduzzjoni ta’ taxxa tal-karburant skont dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li jiltaqgħu mingħajr dewmien biex jiddiskutu din il-kwistjoni.
Artikolu 6
Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kuntrarju għal dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B tal-Annessi għal dan il-Ftehim m’għandu:
(i) |
jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ akkordji bejn l-impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki kkonċertati li jostakolaw, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; |
(ii) |
isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe akkordju, deċiżjoni jew prattika kkonċertata bħal dan; jew |
(iii) |
jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jostakolaw, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni. |
2. Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti B tal-Annessi għal dan il-Ftehim li mhumiex kompatibbli mal-Paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, m’għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 7
Annessi għal dan il-Ftehim
L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Emenda
1. Kull waħda mill-Partijiet tista’ fi kwalunkwe ħin, titlob konsultazzjonijiet mal-Parti l-oħra għall-finijiet li jiġi emendat dan il-Ftehim. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien sittin (60) jum mill-jum li fiha tasal it-talba.
2. Kwalunkwe emenda li ssir b’dan il-mod għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew ikkompletati.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data fi fiha jaslu l-aħħar żewġ notifiki mibgħuta mill-Partijiet biex jinfurmaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu ġew ikkompletati.
2. Minkejja l-Paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżoru mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bl-ikkompletar tal-proċeduri meħtieġa.
3. Il-ftehimiet bilaterali u l-arranġamenti l-oħrajn bejn l-Istati Membri tal-KE u dawk tal-WAEMU li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ikunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li jkun għadhom mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju huma elenkati fil-Parti A, punt (b) tal-Annessi għal dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu japplika għal dawn il-Ftehimiet bilaterali u l-arranġamenti kollha mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni b’mod provviżorju tagħhom.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. F’każ li wieħed mill-ftehimiet bilaterali elenkati fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li huma relatati mal-ftehim ikkonċernat elenkati fl-Anness I għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. F’każ li l-ftehimiet bilaterali kollha elenkati fil-Parti A tal-Annessi għal dan il-Ftehim jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul duplikatament fi Brussell, fit-tletin jum ta’ Novembru 2009, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża, bit-testi kollha jkunu awtentiċi. F’każ ta’ interpretazzjoni diverġenti, it-test Franċiż għandu jipprevali.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Западноафриканския икономически и валутен съюз
Por la Unión Económica y Monetaria del África Occidental
Za Západoafrickou hospodářskou a měnovou unii
For den Vestafrikanske Økonomiske og Monetære Union
Für die Westafrikanische Wirtschafts- und Währungsunion
Lääne-Aafrika majandus- ja rahaliidu nimel
Για τη Δυτικοαφρικανική Οικονομική και Νομισματική Ένωση
For the West African Economic and Monetary Union
Pour l'Union économique et monétaire Ouest-africaine
Per l'Unione economica e monetaria dell'Africa occidentale
Rietumāfrikas Ekonomiskās un monetārās savienības vārdā
Vakarų Afrikos Ekonominės ir pinigų sajungos vardu
A Nyugat-afrikai Gazdasági és Monetáris Unió részéről
Għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent
Voor de West-Afrikaanse Economische en Montaire Unie
W imieniu Unii Gospodarczej i Walutowej Afryki Zachodniej
Pela União Económica e Monetária da África Ocidental
Pentru Uniunea Economică și Monetară a Africii de Vest
Za Západoafrickú hospodársku a menovú úniu
Za Ekonomsko in monetarno unijo Zahodne Afrike
Länsi-Afrikan talous- ja rahaliiton puolesta
För Västafrikanska ekonomiska och monetära unionen
ANNESS I
BENIN
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika Popolari tal-Benin u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Benin u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni tal-liċenzji u l-permessi
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS II
BURKINA FASO
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn Burkina Faso u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn Burkina Faso u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi:
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNEX III
GUINEA BISSAW
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Guinea Bissaw u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Guinea Bissaw u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru L-Artikolu 3 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi L-Artikolu 4 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
(c) |
Kontroll regolatorju L-Artikolu 15 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani L-Artikolu 6 tal-Ftehim Guinea Bissaw - Portugall |
ANNESS IV
CÔTE D’IVOIRE
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju.
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS V
MALI
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika ta’ Mali u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju.
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika ta’ Mali u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS VI
NIĠER
PARTI A
Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tan-Niġer u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tan-Niġer u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju. |
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS VII
SENEGAL
PARTI A
Lista tal-ftehimiet msemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tas-Senegal u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-Artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti B u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|
ANNESS VIII
TOGO
PARTI A
Lista tal-ftehimiet msemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tat-Togo u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħrajn inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tat-Togo u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati b’mod provviżorju:
|
PARTI B
Lista tal-artikoli tal-ftehimiet elenkati fil-Parti A u msemmijin fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Għażla minn Stat Membru
|
(b) |
Ċaħda, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ liċenzji jew permessi
|
(c) |
Kontroll regolatorju
|
(d) |
Tassazzjoni tal-karburant tal-ajruplani
|