EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0130
2010/130/: Commission Decision of 1 March 2010 granting a derogation from implementation of Regulation (EC) No 543/2009 of the European Parliament and of the Council concerning crop statistics with regard to Belgium, Bulgaria, the Czech Republic, Germany, Poland, Portugal and Sweden (notified under document C(2010) 1057)
2010/130/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Marzu 2010 li tagħti deroga għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-għelejjel fir-rigward tal-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Portugall u l-Iżvezja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1057)
2010/130/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta’ Marzu 2010 li tagħti deroga għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-għelejjel fir-rigward tal-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Portugall u l-Iżvezja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1057)
ĠU L 51, 2.3.2010, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
2.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Marzu 2010
li tagħti deroga għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-għelejjel fir-rigward tal-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Portugall u l-Iżvezja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1057)
(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2010/130/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (1), u partikolarment l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Belġju fit-30 ta’ Lulju 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Bulgarija fl-20 ta’ Lulju 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mir-Repubblika Ċeka fit-30 ta’ Lulju 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Ġermanja fit-23 ta’ Lulju 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Polonja fil-31 ta’ Lulju 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Portugall fl-20 ta’ Lulju 2009,
Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Iżvezja fit-30 ta’ Lulju 2009,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 543/2009, il-Kummissjoni tista’ tagħti lill-Istati Membri deroga għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament billi l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika teżiġi adattamenti kbar u aktarx li tipprovoka problemi prattiċi kbar. |
(2) |
Jaqbel li dawn it-tip ta’ derogi jingħataw lill-Belġju, lill-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lill-Ġermanja, lill-Polonja, lill-Portugall u lill-Iżvezja skont it-talba tagħhom stess. |
(3) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 543/2009, Stat Membru li ngħata din id-deroga għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KEE) Nru 837/90 (2) u Nru 959/93 (3) għall-bqija tal-perjodu tad-deroga mogħtija. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istatistika Agrikola, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (4), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Lir-Repubblika Ċeka qed tingħathalha deroga għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 543/2009 għall-perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2010.
2. Lill-Belġju, lill-Bulgarija, lill-Ġermanja, lill-Polonja, lill-Portugalll u lill-Iżvezja qed tingħathalhom deroga għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 543/2009 għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 2
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża u r-Renju tal-Iżvezja huma d-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Olli REHN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1.