Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0125

    2010/125/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Frar 2010 li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 50, 27.2.2010, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/125(1)/oj

    27.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 50/20


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-25 ta' Frar 2010

    li taħtar il-membri tal-Kumitat previst fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    (2010/125/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 255(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Jannar 2010,

    Billi:

    (1)

    Għandu jiġi stabbilit kumitat, skont l-Artikolu 255(1) tat-Trattat, sabiex jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati li jaqdu d-dmirijiet ta’ Imħallef u ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali qabel ma l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu l-ħatriet (minn hawn il-quddiem “il-kumitat”).

    (2)

    Dan il-kumitat għandu jinkludi seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, membri ta' qrati supremi nazzjonali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom għandu jiġi propost mill-Parlament Ewropew.

    (3)

    Għandu jkun hemm kompożizzjoni ekwilibrata tal-kumitat, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-bażi ġeografika tiegħu u fir-rigward tar-rappreżentazzjoni tas-sistemi legali tal-Istati Membri.

    (4)

    Għandu għalhekk, jipproċedi għall-ħatra tal-membri tal-kumitat, u tal-President tiegħu,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma maħtura membri tal-kumitat previst mill-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ erba’ snin li għandu jibda mill-1 ta' Marzu 2010:

     

    Is-Sur Jean-Marc SAUVÉ, President

     

    Is-Sur Peter JANN

     

    Lord MANCE

     

    Is-Sur Torben MELCHIOR

     

    Is-Sur Péter PACZOLAY

     

    Is-Sinjura Ana PALACIO VALLELERSUNDI

     

    Is-Sinjura Virpi TIILI

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2010.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. PÉREZ RUBALCABA


    Top