This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0968
Commission Regulation (EC) No 968/2009 of 15 October 2009 fixing the maximum reduction in the duty on maize imported under the invitation to tender issued in Regulation (EC) No 676/2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2009 tal- 15 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2009 tal- 15 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009
ĠU L 271, 16.10.2009, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 968/2009
tal-15 ta’ Ottubru 2009
li jistabbilixxi t-tnaqqis massimu fid-dazju għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 676/2009 (2) fetaħ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni fi Spanja tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (3), il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tiddeċiedi li tistabbilixxi tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. Biex din il-kwantità tiġi stabbilita, għandhom jitqiesu l-kriterji mniżżla fl-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1296/2008. |
(3) |
Il-konċessjoni tingħata lil kull min tefa' offerta li ma taqbiżx l-ammont tat-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni. |
(4) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-offerti kkomunikati mill-25 ta’ Settembru sal-15 ta’ Ottubru 2009, fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 676/2009, it-tnaqqis massimu fid-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum huwa stabbilit għal EUR 29,93 kull tunnellata għal kwantità massima totali ta' 32 100 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, il-15 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.