EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0936

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2009 tas- 7 ta’ Ottubru 2009 li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż (Verżjoni kkodifikata)

ĠU L 264, 8.10.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/936/oj

8.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2009

tas-7 ta’ Ottubru 2009

li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż

(verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 110/2008 dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (1), u partikolarment l-Artikolu 27 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/94 tal-1 ta’ Ġunju 1994 li japplika diversi ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertu xorb spirituż (2) ġie emendat b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

L-Unjoni Ewropea kkonkludiet ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri mal-Istati Uniti tal-Amerika u ffirmat ftehim mal-Istati Uniti Messikani dwar l-għarfien reċiproku u l-protezzjoni ta’ ċertu xorb spirituż. Dawk il-ftehim jipprovdu għall-applikazzjoni, f’ċertu limitu ta’ żmien, tar-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet stabbiliti fih. Biex il-prodotti kkonċernati jiġu pprovduti bil-garanziji stabbiliti fir-rigward tal-kontroll u l-protezzjoni, lista tal-prodotti koperti bil-ftehim konklużi mal-Unjoni Ewropea għandha tiġi stabbilita.

(3)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-deskrizzjonijiet tal-prodotti mogħtija fil-lista li tinsab fl-Anness I hawn mehmuż, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi hemm imsemmija, tista’ tintuża biss għall-prodotti magħmulin skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

2.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu koperti bil-miżuri ta’ protezzjoni u kontroll tax-xorb spirituż msemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim mal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1267/94 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 138, 2.6.1994 p. 7.

(3)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

Deskrizzjoni tal-prodott

Pajjiżi tal-origini

Tennessee Whisky/Tennessee Whiskey

Istati Uniti tal-Amerika

Bourbon Whisky/Bourbon Whiskey/Bourbon bħala deskrizzjoni għall-Bourbon Whiskey

Istati Uniti tal-Amerika

Tequila

Stati Uniti Messikani

Mezcal

Stati Uniti Messikani


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien mal-emendament tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/94

(ĠU L 138, 2.6.1994, p. 7)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1434/97

(ĠU L 196, 24.7.1997, p. 56)


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1267/94

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


Top