EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0891

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal- 25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/891/oj

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 254/82


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 891/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 143, 144(1), 148, 156 u 188(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u għar-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2) jiskadi fl-1 ta' Ottubru 2009. Madanakollu, ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor ikomplu jeżistu wara dik id-data. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu stipulati regoli dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' dawk il-kwoti tariffarji.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-Iskeda CXL imfassla b'riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-GATT XXIV.6 (3), il-Kummissjoni se tadotta miżuri għall-implimentazzjoni fl-agrikoltura tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL (Komunitajiet Ewropej) mibgħuta lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Skont din l-iskeda, il-Komunità impenjat ruħha biex timporta mill-Indja kwantità ta' 10 000 tunnellati ta' prodotti taz-zokkor , b'rata ta' dazju żero, li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM 1701. Wara l-adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u mbagħad tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u mbagħad tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, u fil-kuntest tal-konklużjoni tan-negozjati skont l-Artikolu XXIV tal-GATT, il-Komunità impenjat ruħha li timporta minn pajjiżi terzi kwantità ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat maħsub biex jiġi rraffinat b’rata ta’ dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

(3)

Skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (4), l-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702 li joriġinaw fil-Bosnja u fil-Ħerżegovina, fis-Serbja u fil-Kosovo (5) huma soġġetti għal kwoti tariffarji annwali bla dazju.

(4)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fit-12 ta’ Ġunju 2006. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra (6) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2006.

(5)

Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta’ Ġunju 2008. Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu, ġie ffirmat u konkluż Ftehim Interim li jkopri l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja u l-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (7) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.

(6)

Skont l-Artikolu 27(5) tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Anness IV(h) għalih bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (8), kif emendat mill-Protokoll approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/882/KE (9), il-Komunità għandha tippermetti aċċess bla dazju għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fil-Kroazja li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702, fil-limitu ta’ kwantità annwali ta’ 180 000 tunnellata (piż nett).

(7)

Skont l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (10), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2006, il-Komunità għandha tippermetti aċċess bla dazju għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw fl-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702, fil-limitu ta’ kwota tariffarja annwali ta’ 7 000 tunnellata (piż nett).

(8)

Skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni tista' tissospendi dazji ta' importazzjoni sabiex tiggarantixxi l-provvista meħtieġa għall-manifattura ta' prodotti msemmijin fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Ir-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti li jirriżultaw għandhom jiġu stipulati.

(9)

Barra minn hekk, ir-regoli għandhom jiġu stipulati għall-amministrazzjoni tal-kwoti abbażi tal-applikazzjoni tal-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li skonthom il-Kummissjoni tista' tissospendi d-dazji ta' importazzjoni parzjalment jew għal kollox għal ċerti kwantitajiet meta l-prezzijiet taz-zokkor fis-suq Komunitarju jogħlew jew jaqgħu sinifikament jew meta l-prezzijiet taz-zokkor fis-suq dinji jilħqu livell li jfixkel jew jhedded li jfixkel id-disponibbiltà tal-provvista fis-suq Komunitarju.

(10)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni KE Nru 376/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (11) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (12) għandhom japplikaw għal-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, ħlief fejn ikun previst mod ieħor permezz ta’ dan ir-Regolament.

(11)

Sabiex jiġi żgurat trattament uniformi u ekwu għall-operaturi kollha, għandu jiġi ddeterminat il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzja u jinħarġu l-liċenzji.

(12)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor industrijali għandhom ikunu ristretti għal proċessuri taz-zokkor industrijali. Proċessuri bħal dawn mhux bilfors ikunu involuti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Għalhekk, huwa neċessarju li tiġi provduta deroga korrispondenti mill-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006.

(13)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-operaturi għandhom jissottomettu, lill-Istati Membri li qiegħdin irreġistrati fihom għal finijiet ta' VAT, evidenza li huma kienu qed jinnegozjaw iz-zokkor matul ċertu perjodu. Madanakollu, l-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (13) għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwoti tariffarji, kemm jekk dawn kienu involuti fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi kif ukoll jekk le.

(14)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li l-applikanti għal-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzja tal-importazzjoni għall-istess numru tal-ordni tal-kwota fir-rigward tal-perjodu ta' kwota tariffarja tal-importazzjoni. Fir-rigward taz-zokkor, is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni hija l-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Sabiex jitnaqqas il-piż finanzjarju għall-importaturi u sabiex tiġi żgurata provvista mingħajr xkiel lis-suq Komunitarju, l-intervalli li bihom għandhom jitressqu l-applikazzjonijiet għall-liċenzja tal-importazzjoni għandhom ikunu ta' xahar.

(15)

Iz-zokkor importat biex jiġi raffinat jeħtieġ monitoraġġ speċifiku mill-Istati Membri. Għalhekk, l-operaturi għandhom jispeċifikaw minn meta titressaq l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jekk iz-zokkor importat huwa maħsub biex jiġi rraffinat jew le.

(16)

Biex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-importazzjonijiet taz-zokkor skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistri tad-dejta rilevanti, u jirrapportawhom lill-Kummissjoni. Sabiex jitjiebu l-kontrolli, għandu jiġi stipulat li l-importazzjonijiet tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota tariffarja annwali għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (14).

(17)

L-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jirristrinġi, matul l-ewwel tliet xhur ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni u fil-limitu msemmi fl-Artikolu 153(1) ta' dak ir-Regolament, il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għar-raffinaturi full-time. Matul dak il-perjodu, ir-raffinaturi full-time biss għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' zokkor biex jiġi rraffinat.

(18)

L-obbligu għar-raffinar taz-zokkor għandu jiġi vverifikat mill-Istati Membri. Jekk id-detentur oriġinali tal-liċenzja tal-importazzjoni mhuwiex kapaċi li jipprovdi l-evidenza, għandha titħallas penali.

(19)

Iz-zokkor kollu importat li ġie raffinat minn operatur approvat għandu jkun ibbażat fuq liċenzja tal-importazzjoni għal zokkor biex jiġi rraffinat. Il-kwantitajiet li għalihom ma tkunx tista' tingħata evidenza bħal din għandhom jingħataw penali.

(20)

Ladarba z-zokkor ta' importazzjoni industrijali jista' jintuża biss għal skopijiet ta' produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (15), id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-materja prima industrijali u l-obbligi fuq il-proċessuri stabbiliti minn dak ir-Regolament għandhom japplikaw għall-kwantitajiet importati.

(21)

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu jiġi rrevokat mill-1 ta' Ottubru 2009. Madanakollu, il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa f'konformità ma' dak ir-Regolament bid-data tal-iskadenza wara l-1 ta' Otturbu 2009 għandhom jibqgħu validi.

(22)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fil-Partijiet I u II tal-Anness I għall-importazzjonijiet tal-prodotti taz-zokkor imsemmija fi:

(a)

l-Iskeda CXL (il-Komunitajiet Ewropej) imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1095/96;

(b)

l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000;

(c)

l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra;

(d)

l-Artikolu 27(5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra;

(e)

l-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija min-naħa l-oħra;

(f)

l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bosnja u l-Ħerzegovina min-naħa l-oħra.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprovdi wkoll għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji, kif stipulati fil-Parti III tal-Anness I, għall-importazzjonijiet ta' prodotti taz-zokkor li jaqgħu taħt:

(a)

l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

(b)

l-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL” tfisser iz-zokkor stipulat fl-Iskeda CXL (il-Komunitajiet Ewropej) imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1;

(b)

“zokkor mill-Balkani” tfisser il-prodotti taz-zokkor li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1701 u 1702 li joriġinaw fl-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerżegovina, is-Serbja, il-Kosovo (16), l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fil-Kroazja u li ġew importati fil-Komunità skont l-Atti msemmija fil-Punti (b) sa (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1;

(c)

“zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali” tfisser il-prodotti tas-settur taz-zokkor imsemmija fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(d)

“zokkor ta’ importazzjoni industrijali” tfisser il-prodotti tas-settur taz-zokkor imsemmija fil-punt (b) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1;

(e)

“piż tel quel” tfisser il-piż taz-zokkor fl-istat naturali;

(f)

“raffinar” tfisser l-ipproċessar ta’ zokkor mhux raffinat f’zokkor abjad kif iddefinit fil-punti 1 u 2 tal-Parti II tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, u kwalunkwe operazzjoni teknika ekwivalenti applikata għaz-zokkor abjad bil-kwantità.

Artikolu 3

Ftuħ u amministrazzjoni

1.   Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

Il-kwantità tal-prodotti, in-numru tal-ordni u r-rata tad-dazju doganali għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness I.

2.   Il-perjodu tal-kwota tariffarja għandu jinqasam f’subperjodi ta' xahar kull wieħed. Il-kwantitajiet għas-subperjodi għandhom ikunu kif ġej:

100 % għall-ewwel subperjodu,

0 % għas-subperjodi li jifdal.

3.   Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati skont il-metodu tal-eżami simultanju msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008

Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 376/2008, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu fl-ewwel sebat ijiem ta' kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzji sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni għan-numri tal-ordni li jkunu spiċċaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom. Madanakollu, il-Kummissjoni għandha tirtira s-sospensjoni u jingħata aċċess mill-ġdid għall-applikazzjonijiet meta l-kwantitajiet jerġgħu jkunu disponibbli skont in-notifiki msemmija fl-Artikoli 9(2)(ii).

Artikolu 6

Tagħrif li għandu jimtela' fuq l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u fuq il-liċenzji tal-importazzjoni

L-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-annotazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxa 8, il-pajjiż tal-oriġini:

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 u għaż-żokkor mill-Balkani, għandha tiġi mmarkata b'salib il-kelma “iva” fil-kaxxa 8. Dawk il-liċenzji għandhom jobbligaw l-importazzjoni mill-pajjiż speċifiku;

(b)

fil-kaxxa 16, kodiċi tan-NM wieħed bi tmien numri;

(c)

fil-kaxxi 17 u 18, il-kwantità f'kilogrammi skont il-piż tel quel;

(d)

fil-kaxxa 20:

(i)

jew “zokkor maħsub biex jiġi rraffinat” jew “zokkor mhux maħsub biex jiġi rraffinat”, u

(ii)

waħda mill-annotazzjonijiet li ġejjin:

għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness III,

għaz-zokkor mill-Balkani, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness III,

għaz-zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti C tal-Anness III,

għaz-zokkor ta’ importazzjoni industrijali, waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fil-Parti D tal-Anness III.

(iii)

is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkunu relatati magħha;

(e)

fil-kaxxa 24, id-dazju doganali kkonċernat.

Artikolu 7

Obbligi marbutin mal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni

1.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-preżentazzjoni tal-evidenza prevista f'dak l-Artikolu tista' ma tkunx meħtieġa għall-operaturi approvati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.

2.   L-ammont ta' garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għandu jkun EUR 20 għal kull tunnellata.

3.   Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4320, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati b'impenn mill-applikant għar-raffinar taz-zokkor fil-kwistjoni qabel tmiem it-tielet xahar wara dak li fih tiskadi l-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata.

4.   Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 u għal zokkor mill-Balkani, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mill-liċenzji tal-esportazzjoni oriġinali, skont il-mudell fl-Anness II, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-kwantità msemmija fl-applikazzjonijiet għal-liċenzja tal-importazzjoni ma tistax taqbeż il-kwantità mniżżla fil-liċenzji tal-esportazzjoni.

Artikolu 8

Ħruġ u validità ta’ liċenzji tal-importazzjoni

Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu sa mit-23 jum tax-xahar, u l-aktar tard sal-aħħar tax-xahar, li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet.

Huma għandhom ikunu validi sal-aħħar tat-tielet xahar wara dak li fih ikunu maħruġa, mhux aktar mit-30 ta' Settembru, bl-eċċezzjoni taz-zokkor ta' importazzjoni eċċezzjonali u z-zokkor ta' importazzjoni industrijali, li għandhom jibqgħu validi sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jkunu ġew maħruġa għaliha.

Artikolu 9

Notifiki lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-14 tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet, bit-total tal-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

2.   Permezz ta' deroga fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10 jum ta' kull xahar bi:

(i)

il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ta' dak ir-Regolament u dawk li jirrigwardaw il-liċenzji maħruġa matul ix-xahar preċedenti,

(ii)

il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 11(1)(c) ta' dak ir-Regolament u dawk li jirrigwardaw il-liċenzji mibgħuta lura matul ix-xahar preċedenti,

3.   Il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinqasmu skont in-numru tal-ordni tal-kwota, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri u jekk jinvolvux applikazzjonijiet għal liċenzja għaz-zokkor maħsub biex jiġi rraffinat. Huma għandhom jiġu espressi f'kilogrammi f’piż tel quel.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Marzu ta' kull sena bil-kwantitajiet li ġejjin li jirrigwardaw is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti:

(i)

il-kwantità totali attwalment importata, maqsuma skont in-numru tal-ordni, il-pajjiż tal-oriġini, il-kodiċi tan-NM bi tmien numri u espressa f'kilogrammi f’piż tel quel;

(ii)

il-kwantità ta’ zokkor, skont piż tel quel u f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad, li fil-fatt jkun ġie raffinat.

Artikolu 10

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għall-kwoti tal-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4321 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skont l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Għall-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL bin-numri tal-ordni 09.4317, 09.4318, 09.4319 u 09.4320 fejn il-qari polarimetriku taz-zokkor importat mhux raffinat jibda minn 96 grad, ir-rata ta' EUR 98 għal kull tunnellata għandha tiżdied jew titnaqqas, kif ikun xieraq, b’0,14 % għal kull deċimu ta’ grad differenza stabbilit.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAZ-ZOKKOR TA’ IMPORTAZZJONI EĊĊEZZJONALI U Z-ZOKKOR TA’ IMPORTAZZJONI INDUSTRIJALI

Artikolu 11

Ftuħ u kwantitajiet

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3(1), għaz-zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u z-zokkor ta’ importazzjoni industrijali, il-ftuħ tal-kwota tariffarja, il-perjodu tal-kwota tariffarja, u l-kwantitajiet ta’ prodotti li għalihom għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni kollha jew parti minnhom, għandhom ikunu ddeterminati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

Artikolu 12

Proċessuri ta' zokkor ta' importazzjoni industrijali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor ta' importazzjoni industrijali għandhom jiġu ppreżentati mill-proċessuri fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, anki jekk proċessuri bħal dawn ma kienux involuti f'kummerċ ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 13

Użu ta' liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor industrijali

1.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor ta' importazzjoni industrijali maħruġa għall-kodiċi tan-NM 1701 99 10 jew 1701 99 90 jistgħu jintużaw għall-importazzjoni ta' kodiċi tan-NM 1701 11 90, 1701 12 90, 1701 91 00, 1701 99 10 jew 1701 99 90.

2.   Iz-zokkor ta' importazzjoni industrijali għandu jintuża għal skopijiet ta' produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

3.   L-Artikoli 11, 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006 għandhom japplikaw għaz-zokkor ta' importazzjonijiet industrijali.

4.   Proċessur għandu jipprovdi evidenza, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li l-kwantitajiet importati bħala zokkor tal-importazzjoni industrijali ntużaw għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 967/2006 u skont l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament. L-evidenza għandha tikkonsisti f'reġistrazzjoni kompjuterizzata fir-reġistri matul jew fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni tal-kwantitajiet tal-prodotti kkonċernati.

5.   Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 sa tmiem is-seba’ xahar wara x-xahar tal-importazzjoni, huma għandhom iħallsu, għal kull jum ta’ dewmien, l-ammont ta’ EUR 5 għal kull tunnellata tal-kwantità kkonċernata.

6.   Jekk il-proċessuri ma jkunux fornew l-evidenza msemmija fil-paragrafu 4 sa tmiem id-disa’ xahar wara x-xahar tal-importazzjoni, il-kwantità kkonċernata għandha titqies li hija sovraddikjarata fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006.

KAPITOLU III

ĦTIĠIET TA’ PROVVISTA TRADIZZJONALI

Artikolu 14

Sistema ta' raffinaturi full-time

1.   Ir-raffinaturi full-time biss jistgħu japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għal zokkor maħsub biex jiġi rraffinat b'data ta' bidu ta' validità matul l-ewwel tliet xhur ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni. Permezz ta' deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8, liċenzji bħal dawn għandhom ikunu validi sal-aħħar tas-sena ta' kummerċjaliżżazzjoni li jkunu nħarġu għaliha.

2.   Jekk, qabel l-1 ta' Jannar ta' kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal zokkor biex jiġi rraffinat għal dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni jkunu daqs jew akbar mit-total tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 153(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li l-limitu tal-ħtiġijiet ta' provvista tradizzjonali għal dik is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ntlaħaq fil-livell Komunitarju.

Mid-data ta' dik in-notifika, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għas-sena ta' kummerċjaliżżazzjoni kkonċernata.

Artikolu 15

Evidenza ta' raffinar u penali

1.   Fi żmien sitt xhur wara l-iskadenza tal-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata, kull detentur oriġinali ta' liċenzja tal-importazzjoni għal zokkor biex jiġi rraffinat għandu jipprovdi lill-Istat Membru li ħariġha bl-evidenza aċċettabbli għalih li r-raffinar seħħ fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 7(3).

Meta ma tkunx ġiet provduta evidenza bħal din, l-applikant għandu jħallas, qabel l-1 ta' Ġunju wara s-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, l-ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor kkonċernati, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali ta' force majeure.

2.   Il-produtturi taz-zokkor approvati skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, qabel l-1 ta’ Marzu wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, għandhom jiddikjaraw lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-kwantitajiet ta’ zokkor li rraffinaw f’dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, billi jiddikjaraw:

(a)

il-kwantitajiet ta' zokkor li jikkorrispondu għal-liċenzji ta' importazzjoni ta' zokkor biex jiġi rraffinat;

(b)

il-kwantitajiet ta’ zokkor prodotti fil-Komunità, fejn jingħataw r-referenzi tal-impriża approvata li pproduċiet dak iz-zokkor;

(c)

kwantitajiet oħra ta’ zokkor, fejn jiddikjaraw l-oriġini tagħhom.

Qabel l-1 ta’ Ġunju wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-produtturi għandhom iħallsu ammont ta’ EUR 500 għal kull tunnellata għall-kwantitajiet ta’ zokkor imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu li għalihom ma jistgħux jipprovdu evidenza aċċettabli lill-Istat Membru li huma ġew raffinati, ħlief għal raġunijiet eċċezzjonali ta' force majeure.

KAPITOLU IV

REVOKA U DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 16

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa mħassar b’seħħ mill-1 ta' Ottubru 2009.

Madankollu, il-liċenzji maħruġa skont dak ir-Regolament għandhom jibqgħu validi sad-data tal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(4)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

(5)  Kif ġie ddefinit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244.

(6)  ĠU L 239, 1.9.2006, p. 2.

(7)  ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10.

(8)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(9)  ĠU L 341, 7.12.2006, p. 31.

(10)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13.

(11)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(12)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(13)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.

(14)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(15)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.

(16)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999).


ANNESS I

Parti I:   Konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL

Pajjiż terz

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet

(tunnellati)

Rata fil-kwota

(EUR/tunnellata)

L-Awstralja

09.4317

1701 11 10

9 925

98

Il-Brażil

09.4318

1701 11 10

334 054

98

Il-Kuba

09.4319

1701 11 10

68 969

98

Kwalunkwe pajjiż terz

09.4320

1701 11 10

253 977

98

L-Indja

09.4321

1701

10 000

0


Parti II:   Zokkor mill-Balkani

Pajjiż terz jew territorju doganali

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet

(tunnellati)

Rata fil-kwota

(EUR/tunnellata)

l-Albanija

09.4324

1701 u 1702

1 000

0

il-Bosnija u l-Herzegovina

09.4325

1701 u 1702

12 000

0

Is-Serbja jew il-Kosovo (1)

09.4326

1701 u 1702

180 000

0

L-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

09.4327

1701 u 1702

7 000

0

Il-Kroazja

09.4328

1701 u 1702

180 000

0


Parti III:   Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Iz-zokkor ta’ importazzjoni

Numru tal-ordni

Kodiċi tan-NM

Kwantitajiet

(tunnellati)

Rata fil-kwota

(EUR/tunnellata)

Eċċezzjonali

09.4380

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Industrijali

09.4390

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ

Għad irid jiġi ddeterminat bir-regolament ta' ftuħ


(1)  Il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS II

Mudell tal-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

A.   Annotazzjonijiet imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

:

bil-Bulgaru

:

Захар по CXL отстъпките, внасяна в съответствие с Регламент (EО) № 891/2009. Пореден номер (вписва се поредният номер в съответствие с приложение I)

:

bl-Ispanjol

:

Azúcar concesiones CXL importado de acuerdo con el Reglamento (CE) no 891/2009. Número de orden [insértese con arreglo al anexo I]

:

biċ-Ċek

:

Koncesní cukr CXL dovezený v souladu s nařízením (ES) č. 891/2009. Pořadové číslo [vloží se pořadové číslo v souladu s přílohou I]

:

bid-Daniż

:

CXL-indrømmelsessukker importeret i overensstemmelse med forordning (EF) nr. 891/2009. Løbenummer [løbenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

:

bil-Ġermaniż

:

Zucker Zugeständnisse CXL, eingeführt gemäß der Verordnung (EG) Nr. 891/2009. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

:

bl-Estonjan

:

CXL kontsessioonisuhkur, imporditud kooskõlas määrusega (EÜ) nr 891/2009. Seerianumber (märgitakse vastavalt I lisale)

:

bil-Grieg

:

Ζάχαρη παραχωρήσεων CXL, εισαγόμενη σύμφωνα με τον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 891/2009. Αύξων αριθμός [να προστεθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

:

bl-Ingliż

:

CXL concessions sugar imported in accordance with Regulation (EC) No 891/2009. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I]

:

bil-Franċiż

:

Sucre concessions CXL importé conformément au règlement (CE) no 891/2009. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

:

bit-Taljan

:

Zucchero concessioni CXL importato a norma del regolamento (CE) n. 891/2009. Numero d'ordine [inserire in base all'allegato I]

:

bil-Latvjan

:

CXL koncesiju cukurs, kas importēts saskaņā ar Regulu (EK) Nr. 891/2009. Kārtas Nr. [kārtas numurs ierakstāms saskaņā ar I pielikumu]

:

bil-Litwan

:

CXL lengvatinis cukrus, importuotas pagal Reglamentą (EB) Nr. 891/2009. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

:

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelettel összhangban behozott CXL engedményes cukor. Tételszám (tételszám az I. melléklet szerint)

:

bil-Malti

:

Il-konċessjonijiet taz-zokkor tas-CXL, iz-zokkor, impurtat skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009. In-numru tal-ordni [in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

:

bl-Olandiż

:

Suiker CXL-concessies ingevoerd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 891/2009. Volgnummer (zie bijlage I)

:

bil-Pollakk

:

Cukier wymieniony na liście koncesyjnej CXL przywieziony zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 891/2009. Numer porządkowy [numer porządkowy należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

:

bil-Portugiż

:

Açúcar «Concessões CXL» importado em conformidade com o Regulamento (CE) n.o 891/2009. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

:

bir-Rumen

:

Zahăr concesii CXL importat în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 891/2009. Nr. de ordine [a se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

:

bis-Slovakk

:

Koncesný cukor CXL dovezený v súlade s nariadením (ES) č. 891/2009. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

:

bis-Sloven

:

Sladkor iz koncesij CXL, uvožen v skladu z Uredbo (ES) št. 891/2009. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

:

bil-Finlandiż

:

CXL-myönnytyksiin oikeutettu sokeri, joka on tuotu asetuksen (EY) N:o 891/2009 mukaisesti. Järjestysnumero [järjestysnumero lisätään liitteen I mukaisesti]

:

bl-Isvediż

:

Socker enligt CXL-medgivanden importerat i enlighet med förordning (EG) nr 891/2009. Löpnummer (löpnumret ska anges i enlighet med bilaga I)

B.   Annotazzjonijiet imsemmija fit-tieni inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

:

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, захар от Балканите. Пореден номер (вписва се поредният номер в съответствие с приложение I)

:

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar Balcanes. Número de orden [insértese con arreglo al anexo I]

:

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr z balkánských zemí. Pořadové číslo [vloží se pořadové číslo v souladu s přílohou I]

:

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, balkansk sukker. Løbenummer [løbenummer skal indsættes i overensstemmelse med bilag I]

:

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Balkan-Zucker. Laufende Nummer [laufende Nummer gemäß Anhang I einfügen]

:

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, Balkani suhkur. Seerianumber (märgitakse vastavalt I lisale)

:

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, ζάχαρη Βαλκανίων. Αύξων αριθμός [να προστεθεί ο αύξων αριθμός σύμφωνα με το παράρτημα Ι]

:

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 891/2009, Balkans sugar. Order No [order number to be inserted in accordance with Annex I]

:

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre Balkans. Numéro d’ordre [numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I]

:

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero Balcani. Numero d'ordine (inserire in base all'allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, Balkānu cukurs. Kārtas Nr. [kārtas numurs ierakstāms saskaņā ar I pielikumu]

:

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, Balkanų cukrus. Eilės Nr. (eilės numeris įrašytinas pagal I priedą)

:

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, balkáni cukor. Tételszám (tételszám az I. melléklet szerint)

:

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor mill-Balkani. In-numru tal-ordni [in-numru tal-ordni għandu jiddaħħal skont l-Anness I]

:

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, Balkansuiker. Volgnummer (zie bijlage I)

:

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier z krajów bałkańskich. Numer porządkowy [numer porządkowy należy wstawić zgodnie z załącznikiem I]

:

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar dos Balcãs. Número de ordem [número de ordem a inserir de acordo com o anexo I]

:

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr din Balcani. Nr. de ordine [a se introduce numărul de ordine în conformitate cu anexa I]

:

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, cukor z Balkánu. Poradové číslo (uviesť poradové číslo podľa prílohy I)

:

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, balkanski sladkor. Zaporedna številka [vstaviti zaporedno številko v skladu s Prilogo I]

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, Balkanin maista peräisin oleva sokeri. Järjestysnumero [järjestysnumero lisätään liitteen I mukaisesti]

:

bl-Isvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, Balkansocker. Löpnummer (löpnumret ska anges i enlighet med bilaga I).

C.   Annotazzjonijiet imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

:

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, захар от извънреден внос. Пореден номер 09.4380

:

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar importación excepcional. Número de orden 09.4380

:

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr výjimečného dovozu. Pořadové číslo 09.4380

:

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, ekstraordinær import af sukker. Løbenummer 09.4380

:

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Zucker zur industriellen Einfuhr. Laufende Nummer 09.4380

:

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, erakorraline importsuhkur. Seerianumber 09.4380

:

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, ζάχαρη εξαιρετικής εισαγωγής της ΕΕ. Αύξων αριθμός 09.4380

:

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 891/2009, exceptional import sugar. Order No 09.4380

:

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre importation exceptionnelle. Numéro d'ordre 09.4380

:

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero di importazione eccezionale. Numero d'ordine: 09.4380

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, īpašais importa cukurs. Kārtas Nr. 09.4380

:

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, išskirtinis cukraus importas. Eilės Nr. 09.4380

:

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám 09.4380

:

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali. In-numru tal-ordni 09.4380

:

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, suiker voor uitzonderlijke invoer. Volgnummer 09.4380

:

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier pozakwotowy z przywozu. Numer porządkowy 09.4380

:

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar importado a título excepcional. Número de ordem: 09.4380

:

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr import excepțional. Nr. de ordine 09.4380

:

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, mimoriadne dovezený cukor. Poradové číslo 09.4380

:

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, sladkor iz posebnega uvoza. Zaporedna št. 09.4380

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, poikkeustuonnin alainen sokeri. Järjestysnumero 09.4380.

:

bl-Isvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, socker för exceptionell import. Löpnummer 09.4380.

D.   Annotazzjonijiet imsemmija fir-raba' inċiż tal-Artikolu 6(d)(ii):

:

bil-Bulgaru

:

Прилагане на Регламент (ЕО) № 891/2009, индустриална вносна захар. Пореден номер 09.4390

:

bl-Ispanjol

:

Aplicación del Reglamento (CE) no 891/2009, azúcar importación excepcional. Número de orden 09.4380

:

biċ-Ċek

:

Použití nařízení (ES) č. 891/2009, cukr průmyslového dovozu. Pořadové číslo 09.4390

:

bid-Daniż

:

Anvendelse af forordning (EF) nr. 891/2009, import af industrisukker. Løbenummer 09.4390

:

bil-Ġermaniż

:

Anwendung der Verordnung (EG) Nr. 891/2009, Zucker — industrielle Einfuhr. Laufende Nummer 09.4390

:

bl-Estonjan

:

Kohaldatakse määrust (EÜ) nr 891/2009, tööstuslik importsuhkur. Seerianumber 09.4390

:

bil-Grieg

:

Εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 891/2009, βιομηχανική ζάχαρη εισαγωγής. Αύξων αριθμός 09.4390

:

bl-Ingliż

:

Application of Regulation (EC) No 891/2009, industrial import sugar. Order No 09.4390

:

bil-Franċiż

:

Application du règlement (CE) no 891/2009, sucre industriel importé. Numéro d'ordre 09.4390

:

bit-Taljan

:

Applicazione del regolamento (CE) n. 891/2009, zucchero di importazione industriale. Numero d'ordine: 09.4390

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 891/2009 piemērošana, rūpnieciska importa cukurs. Kārtas Nr. 09.4390

:

bil-Litwan

:

Taikomas Reglamentas (EB) Nr. 891/2009, pramoninio cukraus importas. Eilės Nr. 09.4390

:

bl-Ungeriż

:

A 891/2009/EK rendelet alkalmazása, kivételes behozatalból származó cukor. Tételszám 09.4380

:

bil-Malti

:

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 891/2009, iz-zokkor għall-importazzjoni industrijali. In-numru tal-ordni 09.4390

:

bl-Olandiż

:

Toepassing van Verordening (EG) nr. 891/2009, suiker voor industriële invoer. Volgnummer 09.4390

:

bil-Pollakk

:

Zastosowanie rozporządzenia (WE) nr 891/2009, cukier przemysłowy z przywozu. Numer porządkowy 09.4390

:

bil-Portugiż

:

Aplicação do Regulamento (CE) n.o 891/2009, açúcar importado para fins industriais. Número de ordem: 09.4390

:

bir-Rumen

:

Aplicarea Regulamentului (CE) nr. 891/2009, zahăr industrial de import. Nr. de ordine 09.4390

:

bis-Slovakk

:

Uplatňovanie nariadenia (ES) č. 891/2009, cukor na priemyselné spracovanie. Poradové číslo 09.4390

:

bis-Sloven

:

Uporaba Uredbe (ES) št. 891/2009, sladkor iz industrijskega uvoza. Zaporedna št. 09.4390

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 891/2009 soveltaminen, teollisuuden tarpeisiin tuotava sokeri. Järjestysnumero 09.4390

:

bl-Isvediż

:

Tillämpning av förordning (EG) nr 891/2009, socker som importeras för industriändamål. Löpnummer 09.4390.


Top