EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0877

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 tal- 24 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2009/2010

ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/877/oj

25.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 877/2009

tal-24 ta’ Settembru 2009

li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2009/2010

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu, b'rabta ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi li l-prezzijiet ta' importazzjoni CIF taz-zokkor abjad u taz-zokkor mhux ipproċessat jitqiesu bħala l-“prezzijiet rappreżentattivi”. Dawn il-prezzijiet huma ffissati għall-kwalità standard iddefinita fl-Anness IV, il-punti II u III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)

Biex dawn il-prezzijiet rappreżentattivi jiġu stabbiliti, għandha titqies l-informazzjoni kollha pprovduta fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief fil-każi previsti fl-Artikolu 24 tar-Regolament imsemmi.

(3)

Biex ikunu aġġustati l-prezzijiet li mhumiex ibbażati fuq il-kwalità standard, għaz-zokkor abjad, jeħtieġ li jiġu applikati għall-offerti aċċettati ż-żidiet jew it-tnaqqis imsemmija fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament Nru 951/2006. F'dak li jirrigwarda z-zokkor mhux ipproċessat, jeħtieġ li jiġi applikat il-metodu tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni ddefinit fil-punt b) ta' l-istess paragrafu.

(4)

Fejn ikun hemm differenza bejn il-prezz inizjali għall-prodott ikkonċernat u l-prezz rappreżentattiv, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dazji addizzjonali għall-importazzjoni, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(5)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


ANNESS

Prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 99 , applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

35,59

0,61

1701 11 90  (1)

35,59

4,23

1701 12 10  (1)

35,59

0,47

1701 12 90  (1)

35,59

3,93

1701 91 00  (2)

39,49

5,62

1701 99 10  (2)

39,49

2,49

1701 99 90  (2)

39,49

2,49

1702 90 95  (3)

0,39

0,29


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


Top