Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0844

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 844/2009 tal- 15 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bażuga fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

    ĠU L 245, 17.9.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/844/oj

    17.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 245/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 844/2009

    tal-15 ta’ Settembru 2009

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bażuga fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

    (3)

    Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Fokion FOTIADIS

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi v s-Sajd


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1

    (3)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.


    ANNESS

    Nru

    5/DSS

    Stat membru

    L-Olanda

    Stokk

    SBR/678-

    Speċi

    Bażuga (Pagellus bogaraveo)

    Żona

    Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ VI, VII u VIII

    Data

    27.3.2009


    Top