Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0598

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 598/2009 tas- 7 ta’ Lulju 2009 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

    ĠU L 179, 10.7.2009, p. 1–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/598/oj

    10.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 179/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 598/2009

    tas-7 ta’ Lulju 2009

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri provviżorji

    (1)

    Il-Kummissjoni, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/2009 (2) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerika (“Stati Uniti” jew “il-pajjiż ikkonċernat”).

    (2)

    Fil-proċediment parallel kontra d-dumping, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2009 (3), il-Kummissjoni, imponiet dazju provviżorju kontra d-dumping fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    1.2.   Proċedura sussegwenti

    (3)

    Wara li ġew żvelati l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jkunu imposti miżuri kumpensatorji provviżorji (“żvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati ressqu preżentazzjonijiet bil-miktub biex jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar ir-riżultati provviżorji. Il-partijiet li talbu dan, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati tqiesu u, fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew immodifikati skont dan.

    (4)

    Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri kumpensjatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġinaw fl-Istati Uniti u l-ġbir definittiv tal-ammonti miġbura bħala dazju provviżorju (“żvelar finali”). Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu appelli wara dan l-iżvelar.

    (5)

    Il-Gvern tal-Istati Uniti (GSU) u l-partijiet interessati l-oħra, esprimew id-diżappunt tagħhom bid-deċiżjoni li jingħataw biss sittax-il ġurnata biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-għeluq provviżorju u wkoll bid-deċiżjoni li ma jiġux milqugħa t-talbiet ta’ ċerti partijiet għal estensjoni sinifikanti ta’ żmien biex jintbagħtu dawn il-kummenti.

    (6)

    L-Artikolu 30(1) tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-partijiet interessati jistgħu jingħatawlhom id-dettalji tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġew imposti l-miżuri provviżorji. F’dan ir-rigward, hija l-prassi tal-Kummissjoni, mal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ regolament li jimponi miżuri provviżorji, li twettaq l-iżvelar lill-partijiet interessati kollha fi proċediment u li tipprovdi perjodu ta’ żmien li fih il-partijiet ikun jistgħu jikkumentaw. F’dan il-proċediment, din il-prassi ssegwiet. Fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien li fih il-partijiet kienu meħtieġa jikkummentaw, ir-Regolament bażiku ma jispeċifikax x’għandu jkun dan il-perjodu. F’dan il-proċediment, tqies li għandu jingħata perjodu ta’ sittax-il ġurnata (li wara ġie estiż għal sbatax-il ġurnata) minħabba l-kumplessità tal-proċediment u l-ħtieġa li jiġi rispettat ir-rekwiżit fl-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku li l-investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien tlettax-il xahar mill-bidu tagħha.

    (7)

    Fir-rigward tar-rata tad-dazju stabbilita għall-kumpaniji fl-Istati Uniti li ma ppreżentawx lilhom infushom u ma kkooperawx fl-investigazzjoni, ir-rata tad-dazju provviżorja ġiet stabbilita fil-livell l-aktar baxx tal-ogħla marġini ta’ sussidjar jew marġini ta’ dannu li nstab fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw. Ir-rata ġiet stabbilita skont kif stipulat (ir-rata tal-“kumpaniji l-oħra kollha” ta’ EUR 237,0 kull tunnellata) fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament provviżorju. Il-GSU jqis li din ir-rata tad-dazju hija rata punittiva li ġiet ikkalkulata ħażin fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Il-GSU jqis li, sabiex wieħed iserraħ fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, l-ewwel għandu jiġi determinat jekk parti interessata rrifjutatx jew naqqseti milli tipprovdi l-“informazzjoni neċessarja (4). Il-GSU iżda jqis li minflok għandha tiġi applikata r-rata medja differenzjata kkalkulata għall-kumpaniji li kkooperaw imma li ma kinux fil-kampjun.

    (8)

    Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li, fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni bagħtet il-formola tal-kampjun, l-ilment, u l-Avviż tal-Bidu lill-kumpaniji elenkati fl-ilment (iktar minn 150 kumpanija). Kopja tal-formola tal-kampjun ġiet mehmuża wkoll man-Note Verbale li ntbagħtet lill-Missjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika lill-Komunitajiet Ewropej fil-bidu u huma ġew mistiedna jibagħtuha lill-esportaturi/produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika. Barra minn hekk, il-Bord Nazzjonali tal-Bijodiżil, li kien parti interessata mill-bidu ta’ dan il-proċediment, jirrappreżenta għadd kbir ta’ kumpaniji fl-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    (9)

    L-Avviż tal-Bidu, kif ukoll l-ittra mehmuża mal-formola tal-kampjun, ġibdet l-attenzjoni għall-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (8) tar-Regolament provviżorju, aktar minn 50 kumpanija ppreżentaw irwieħhom fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kampjun u pprovdew it-tagħrif meħtieġ fi żmien il-perjodu ta’ 15-il jum. Dawn il-kumpaniji kienu responsabbli għal aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet totali ta’ bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn il-Komunità.

    (10)

    Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika ntalbu jagħtu informazzjoni addizjonali. Partikolarment, l-awtoritajiet ġew mistiedna jistiednu kull esportatur/produttur tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerika, għajr dawk elenkati fl-Artikolu 1 u l-Anness tar-Regolament provviżorju, li ma kinux magħrufa fil-waqt tal-bidu tal-proċediment u li qabel ma kinux irrifjutaw li jikkooperaw (5), biex jippreżentaw irwieħhom.

    (11)

    L-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika pprovdew lista bl-ismijiet ta’ iktar minn 100 kumpanija addizzjonali (produtturi/esportaturi) fl-Istati Uniti tal-Amerika. Ġie eżaminat jekk il-kumpaniji ġewx mistiedna jikkooperaw fl-istadju tal-bidu tal-proċediment. L-investigazzjoni wriet li għadd sinifikanti ta’ kumpaniji fuq il-lista kienu diġà ġew mistiedna jikkooperaw matul l-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni iżda għażlu li ma jeħdux sehem f’dak il-waqt. Fi kliem ieħor, dawn il-kumpaniji kienu konxji mill-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

    (12)

    Madankollu, fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji (iktar minn 40) fuq il-lista li l-Kummissjoni ma kinitx taf bihom fil-waqt tal-bidu ta’ dan il-proċediment, ġie nnutat li t-talba lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, biex jagħti dettalji ta’ dawn il-kumpaniji, saret wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. Għalhekk, ġie deċiż li dawn il-kumpaniji jiżdiedu mal-Anness ta’ dan ir-Regolament u li tiġi applikata l-istess rata tad-dazju lil dawn il-kumpaniji bħal dawk li kkooperaw b’mod espress iżda ma ntgħażlux fil-kampjun. Dawn il-kumpaniji rċevew il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġu imposti miżuri definittivi u ġew mistiedna jikkummentaw fuq il-fatt li kien propost li isimhom jiżdied mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (13)

    Wara l-iżvelar finali, l-Istati Uniti laqa’ l-proposta li jiġi applikat id-dazju medju ddifferenzjat lill-kumpaniji addizzjonali. Madankollu, il-GSU qies li ma kinitx ingħatat spjegazzjoni għaliex il-kumpaniji l-oħra kienu soġġetti għar-rata tal-“kumpaniji l-oħra kollha”. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li għall-kumpaniji li ġew mistiedna jikkooperaw matul l-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjun, l-ispjegazzjonijiet diġà ngħataw fuq. Fir-rigward ta’ produtturi/esportaturi possibbli tal-Istati Uniti li ma kinux notifikati individwalment dwar l-investigazzjoni u ma ssemmewx fil-lista msemmija fil-premessa (11), ta’ min jinnota l-ewwel nett li saru sforzi estensivi fil-bidu tal-proċediment biex jiġu kkuntattjati l-kumpaniji kollha fl-Istati Uniti li jistgħu jkunu kkonċernati b’dan il-proċediment (ara l-premessi (8) u (10) fuq). Barra minn hekk, saru sforzi oħra wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kif imsemmi fil-premessa (10) hawn fuq biex il-kumpaniji l-oħra jiġu identifikati u dan irriżulta fiż-żieda ta’ iktar minn 40 kumpanija mal-lista ta’ dawk li japplikalhom id-dazju medju differenzjat. Tqies li dawn l-isforzi estensivi taw kull opportunità lill-kumpaniji tal-bijodiżil fl-Istati Uniti biex jippreżentaw irwieħhom. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-assoċjazzjoni rilevanti tal-industrija kienet involuta fil-proċediment mill-bidu tiegħu. Konsegwentement, jitqies li r-rata tad-dazju tal-“kumpaniji l-oħra kollha” għandha tiġi applikata għall-kumpaniji li ma jippreżentawx lilhom infushom.

    (14)

    Kumpanija waħda li wieġbet għall-formola tal-kampjun u li wara ġiet elenkata fl-Anness għar-Regolament Provviżorju talbet li l-kumpanija possedenti tagħha tiżdied mal-lista ta’ kumpaniji fl-Anness. Din il-kumpanija talbet ukoll li l-belt fejn jinsabu ż-żewġ kumpaniji tinbidel fl-Anness biex tirrifletti korrettament l-indirizz fuq il-fatturi tal-kumpaniji.

    (15)

    Wara li t-talba ta’ din il-kumpanija ġiet eżaminata, tqies li l-kumpanija possedenti għandha tiġi elenkata wkoll fl-Anness tar-Regolament attwali billi kienet imsemmija fit-tweġiba tal-kumpanija għall-formola tal-kampjun bħala l-unika kumpanija relatata involuta fin-negozju tal-bijodiżil. Il-belt fejn jinsabu ż-żewġ kumpaniji qed tiġi riveduta wkoll.

    (16)

    Żewġ kumpanija oħra li kkooperaw talbu li isimhom jitneħħa mill-Anness billi saħqu li mhumiex produtturi esportaturi. Għaldaqstant, isem il-kumpaniji tneħħa.

    (17)

    Ta’ min jiftakar li l-investigazzjoni ta’ sussidjar u ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2007 sal-31 ta’ Marzu 2008 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). Fir-rigward tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-dejta li tkopri l-perjodu minn Jannar 2004 sa tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

    1.3.   Il-kampjun ta’ produtturi Komunitarji u produtturi esportaturi fl-Istati Uniti

    (18)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti fir-rigward tal-kampjun tal-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti, is-sejbiet provviżorji fil-premessi (6) sa (10) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    (19)

    Ċerti partijiet ikkummentaw dwar ir-rappreżentattività tal-kampjun tal-produtturi Komunitarji. Dawn il-kummenti qed jiġu indirizzati fil-premessi (77) sa (81) hawn taħt.

    2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott ikkonċernat

    (20)

    Qed jitfakkar li fl-avviż tal-bidu, il-prodott li allegatament kien qed jiġi ssussidjat kien definit bħala esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew idrotrattament, ta’ oriġini mhux fossila, magħruf komunement bħala “bijodiżil”, sew jekk f’forma pura jew f’taħlitiet.

    (21)

    L-ilment kien fih evidenza prima facie li l-bijodiżil u t-taħlitiet kollha ta’ bijodiżil bid-diżil minerali, prodotti u ssussidjati fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità kienu affettwaw il-qagħda ekonomika tal-prodotturi tal-bijodiżil fil-Komunità. B’konsistenza mal-karatteristiċi tal-produtturi rilevanti tal-Istati Uniti tal-bijodiżil u s-suq domestiku, id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat nħasbet biex tkopri l-bijodiżil anke meta jiġi inkorporat fit-taħlitiet tal-bijodiżil. Madankollu, tqies li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif imsemmi fl-avviz tal-bidu u fil-premessa (20) hawn fuq, tista’ tqajjem tħassib dwar liema produtturi u tipi ta’ prodotti kienu maħsuba li jkunu koperti mill-investigazzjoni u liema ma kinux.

    (22)

    Bl-istess mod, għall-investigazzjoni tas-sussidjar u d-dannu, partikolarment għall-istabbiliment tal-marġini tas-sussidji u l-livelli ta’ eliminazzjoni tad-dannu, kien meħtieġ li l-prodotti kkonċernati jiġu identifikati biċ-ċar mill-investigazzjoni.

    (23)

    F’konformità mal-karatteristiċi tas-suq tal-Istati Uniti, il-prodott ikkonċernat ġie definit provviżorjament bħala esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew idrotrattament, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa normalment bħala “bijodiżil”, kemm jekk f’forma pura kif ukoll f’taħlitiet, li huma ogħla minn B20. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat kopra l-bijodiżil pur (B100) u t-taħlitiet kollha li fihom iktar minn 20 % bijodiżil (“il-prodott ikkonċernat”). Dan il-limitu tqies bħala xieraq biex jippermetti distinzjoni ċara bejn it-tipi varji ta’ taħlitiet intiżi biex jitħalltu iktar u dawk intiżi għall-konsum dirett fis-suq Amerikan.

    (24)

    L-intestigazzjoni wriet li t-tipi kollha ta’ bijodiżil u l-bijodiżil fit-taħlitiet koperti minn din l-investigazzjoni, minkejja d-differenzi possibbli fir-rigward tal-materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjazzjonijiet fil-proċessi tal-produzzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u jintużaw għall-istess għanijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat ma jbiddlux id-definizzjoni bażika tiegħu, il-karatteristiċi jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tiegħu.

    (25)

    Waslu asserzjonijiet minn partijiet interessati dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili fejn ikkontestaw kemm id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat kif ukoll tal-prodott simili f’daqqa bl-istess argumenti mingħajr ma għamlu distinzjoni bejn il-kunċett tal-prodott ikkonċernat u tal-prodott simili fil-kuntest tal-proċediment.

    (26)

    Ta’ min ifakkar li filwaqt li l-kunċett tal-prodott ikkonċernat jitmexxa mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1) sa 1(4) tar-Regolament bażiku, l-interpretazzjoni tat-terminu “prodott simili” jissemma fl-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-asserzjonijiet se jiġu indirizzati separatament hawn taħt.

    (27)

    Parti waħda staqsiet sa liema punt it-taħlitiet bi proporzjon baxx ta’ bijodiżil (eż. B21) għandhom xorta jitqiesu li jikkwalifikaw bħala bijodiżil fl-istess livell bħall-bijodiżil pur (B100) jew bħal taħlitiet simili li jikkonsistu primarjament f’bijodiżil b’ammont iktar baxx ta’ diżil minerali (eż. B99). Huma saħqu li B100 u B99 bażikament għaddew mill-investigazzjoni u li l-kalkoli tad-dumping u l-ħsara saru fuq il-bażi ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ prodotti. Fil-fehma tagħhom, l-iffissar ta’ limitu eżatt iktar minn B20, jiġifieri t-taħlita bil-livell baxx mibjugħa direttament lill-konsumaturi fl-Istati Uniti, iwassal għal definizzjoni artifiċjali tal-prodott ikkonċernat.

    (28)

    L-istess parti staqsiet ukoll jekk taħlita b’20 % bijodiżil tibqax tikkwalifika bħala karburant bijodiżil minflok diżil minerali li mhuwiex inkluż fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Din il-parti tifhem li l-UE tappoġġa l-fehma li għandha tinħolaq intestatura doganali ġdida (6) għall-bijodiżil fis-Sistema Doganali Armonizzata (HS). Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni wessgħet id-definizzjoni tal-prodott fil-proċediment preżenti u espandiet it-tipi ta’ prodotti milquta mill-impoiżizzjoni tal-miżuri.

    (29)

    Barra minn hekk, il-parti tqis li fil-waqt tal-investigazzjoni, ma kienx jeżisti limitu speċifiku biex jiġi determinat x’inhu l-bijodiżil għall-klassifikazzjoni fil-kodiċi tan-NM 3824 90 91, il-kodiċi speċifiku maħluq mill-1 ta’ Jannar 2008 għall-bijodiżil mill-UE. Hi staqsietjekk skont ir-regola 3(b) tar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda (7), taħlita li jkun fiha inqas minn 50 % ta’ bijodiżil tkunx għadha tikkwalifika bħala bijodiżil. Hi semmiet ukoll li l-eżempji ta’ taħlitiet imsemmija fil-kwestjonarju tal-Kummissjoni kellhom kontenuti għolja ta’ bijodiżil u għalhekk kienu jimplikaw li l-prodott ikkonċernat kien biss bijodiżil u taħlitiet li fihom biss livelli għolja ta’ bijodiżil.

    (30)

    Il-parti saħqet ukoll li l-UE ma tistax tbiddel id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat filwaqt li żżomm prodott simili differenti. Hija semmiet l-Artikolu 15.1 tad-WTO ASCM (Agreement on Subsidies and Countervailing Measures – Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji). Skonthom, is-sussidju u d-dannu misjuba saru abbażi tal-B100 u l-B99 u l-kodiċijiet tas-Sistema tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti (HTS) (8) li ntużaw fl-investigazzjoni ma jidhrux li jinkludu prodotti b’volum ta’ bijodiżil baxx daqs 20 %. Huma semmew ukoll l-iżvelar provviżorju lill-prodotturi tal-Istati Uniti tal-bijodiżil li kienu fil-kampjun, li juri li l-produtturi tal-Istati Uniti fil-kampjun kienu jbiegħu taħlitiet magħmula esklussivament minn tipi varji ta’ bijodiżil. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat għandu jkun limitat għall-prodotti li fihom 100 % ta’ bijodiżil (B100), anki jekk komposti minn bijodiżil magħmul minn materja bażika differenti jew għal taħlitiet li fihom 99 % ta’ bijodiżil (B99).

    (31)

    Il-parti semmiet Sentenza riċenti tal-Qorti (9) dwar importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju u kkonkludiet li r-raġunar wara dik is-sentenza japplika wkoll għall-proċediment attwali u li l-bijodiżil li ma kienx parti minn taħlitiet f’kontenut għoli ħafna ma jistax ikun soġġett għall-investigazzjoni u għall-miżuri billi mhuwiex il-prodott simili li għalih saru s-sejbiet ta’ dumping u dannu, jiġifieri prodotti li fihom biss il-bijodiżil (B100) jew taħlitiet b’99 % ta’ bijodiżil (B99).

    (32)

    Il-partijiet ma tawx evidenza jew referenza legali li turi li l-prodott ikkonċernat ma kienx definit b’mod korrett f’din l-investigazzjoni. Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 1(1) sa 1(4) tar-Regolament bażiku li jipprovdu gwida dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. L-Artikolu 1(1) jgħid li: “Dazju ta’ kumpens jista’ jkun impost għall-iskop ta’ tpaċija ta’ xi sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ xi prodott li r-rilaxx tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità toħloq ħsara.”

    (33)

    Kif imsemmi fil-premessa (21) hawn fuq, l-ilment kien fih evidenza prima facie li l-bijodiżil u t-taħlitiet kollha ta’ bijodiżil bid-diżil minerali, manifatturati fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità bi prezz issussidjat kienu affettwaw il-qagħda ekonomika tal-prodotturi tal-bijodiżil fil-Komunità.

    (34)

    Il-partijiet ma tawx evidenza li wriet li l-limitu ffissat fir-Regolament provviżorju li jifred il-prodott ikkonċernat u l-prodott mhux ikkonċernat kien artifiċjali. Kif imsemmi fil-premessi (26) u (28) tar-Regolament provviżorju, l-investigazzjoni wriet li B20, u potenzjalment taħlitiet b’livelli iktar baxxi, ġew fil-fatt mibjugħa direttament lill-konsumaturi fl-Istati Uniti. L-investigazzjoni wriet ukoll li s-suq għat-taħlit u s-suq għall-prodotti tal-konsumaturi kienu swieq differenti bi klijenti differenti: suq wieħed fejn il-bijodiżil u t-taħlitiet tal-bijodiżil kienu maħsuba għal iktar taħlit min-negozjanti u min iħallat u suq ieħor fejn it-taħlitiet kienu maħsuba għan-netwerk ta’ distribuzzjoni u għalhekk għall-konsumaturi. Id-definizzjoni tal-limitu għall-prodott ikkonċernat iktar minn B20 ippermetta li jkun hemm linja diviżiva ċara u li tiġi evitata l-konfużjoni bejn il-prodotti, is-swieq u l-partijiet varji fl-Istati Uniti. Għalhekk, din l-asserzjoni ġiet miċħuda.

    (35)

    Fl-investigazzjonijiet kollha kontra s-sussidji, huwa komuni li l-kumpaniji individwali investigati ma jipproduċux u ma jbiegħux it-tipi kollha ta’ prodotti inklużi fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Xi kumpaniji jistgħu jipproduċu firxa limitata ħafna ta’ tipi ta’ prodotti filwaqt li oħrajn jistgħu jipproduċu firxa ikbar. Madankollu, dan ma jaffettwax id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, qed jitqies li l-asserzjoni li l-prodott ikkonċernat għandu jkopri biss it-tipi ta’ prodott li ġew esportati mill-produtturi tal-Istati Uniti u użati għas-sussidjar u l-kalkoli tad-dannu mhijiex ġustifikata.

    (36)

    Kif imsemmi fir-Regolament provviżorju u fil-premessa (20) hawn fuq, l-investigazzjoni ffukat primarjament fuq il-bijodiżil, f’għamla pura u inkorporata f’taħlitiet. Il-miżuri kumpensatorji se japplikaw biss għat-taħlitiet rilevanti esportati lejn is-suq tal-Komunità. Għalhekk, jitqies li l-mistoqsija dwar jekk taħlita b’20 % bijodiżil tibqax tikkwalifika bħala fjuwil bijodiżil minflok diżil minerali li mhuwiex inkluż fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat mhijiex rilevanti.

    (37)

    Ta’ min wieħed jiċċara li s-sussidji u d-dannu misjuba ta’ kull kumpanija investigata kienu bbażati esklussivament fuq it-tipi ta’ prodott rilevanti li ġew prodotti u mibjugħa mill-kumpanija rilevanti matul il-PI. L-asserzjoni li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat inkluż taħlitiet ‘il fuq minn B20 jaffettwaw b’mod ħażin lill-produtturi tal-Istati Uniti mhijiex ġustifikata u ma tistax twassal għall-konklużjoni li l-prodott ikkonċernat għandu jkun limitat għall-prodotti li fihom 100 % bijodiżil (B100) anki jekk magħmula minn bijodiżil ta’ materja bażika differenti jew taħlita magħmula minn 99 % bijodiżil (B99). L-inklużjoni ta’ taħlitiet ogħla minn B20 fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat ma kellhiex impatt fuq is-sejbiet magħmula għall-kumpaniji investigati li ma jipproduċux u ma jesportawx dan it-tip ta’ prodott.

    (38)

    L-allegazzjoni tal-parti li r-raġunar tas-Sentenza tal-Qorti (10) japplika wkoll għall-proċediment attwali u li l-bijodiżil li mhuwiex parti minn taħlitiet f’kontenut għoli ħafna ma jistax ikun soġġett għall-ambitu tal-investigazzjoni lanqas ma hi ġustifikata. Fil-fatt, għal kull kumpanija investigata, kull marġini tal-ħsara u s-sussidji se jaqblu eżattament mal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili li għalih ġew stabbiliti s-sussidji u d-dannu misjuba, jiġifieri t-tipi ta’ prodotti rilevanti li fihom il-bijodiżil u li jinbiegħu fis-suq domestiku u esportati lejn il-Komunità minn dik il-kumpanija. Ukoll, is-sentenza li semma l-operatur kienet tikkonċerna reviżjoni ta’ miżuri eżistenti kontra d-dumping li rriżultat fl-estensjoni tagħhom għal prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat, li mhux l-istess każ fl-investigazzjoni attwali.

    (39)

    Għalkemm, jitqies li l-eżempji pprovduti fi kwestjonarju maħsuba biex jiġbor dejta għall-iskop ta’ investigazzjoni ma jistgħu jintużaw biex isiru suppożizzjonijiet dwar il-konklużjoni tal-investigazzjoni, ta’ min jinnota li l-Kummissjoni ma tistax tkun taf minn qabel, jiġifieri qabel ma tagħmel l-investigazzjoni fuq il-post, liema tipi ta’ prodotti jiġu prodotti u jinbiegħu fis-suq domestiku u għall-esportazzjoni mill-kumpaniji kkonċernati meta jkun sar il-kwestjonarju. Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament bażiku, it-tipi ta’ prodotti rilevanti li għandhom jiġu inklużi fl-ambitu ta’ investigazzjoni kontra s-sussidjar huma dawk meqjusa li huma ssussidjati minn sussidju kumpensatorju. F’dan il-każ, dazju kumpensatorju jista’ jkun impost biex jagħmel tajjeb għal kull sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ prodott.

    (40)

    Jitqies ukoll li B100 ma għandux ikun eskluż mid-definizzjoni tal-prodott. L-ewwelnett billi B100 jew il-bijodiżil pur huwa l-prodott ewlieni li għalih ġew stabbiliti s-sussidji tal-Istati Uniti. Dan joħroġ biċ-ċar mill-Kodiċi tad-Dħul Intern tal-Istati Uniti (Kodiċi. tal-Istati Uniti), partikolarment it-Titolu 26, $40A, punt (d), li jiddefinixxi biċ-ċar it-terminu bijodiżil u li l-iskema sħiħa tas-sussidji ġiet implimentata biex tappoġġa l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti. It-tieni, billi matul iż-żjara tal-verifika fil-post tal-GSU, jidher li l-bijodiżil, anki meta mħallat barra mill-Istati Uniti, minn kumpanija li għandha sussidjarju fl-Istati Uniti tista’ tibbenefika mill-kreditu tat-taxxa Federali għall-bijodiżil ta’ USD 1 kull gallun fl-Istati Uniti.

    (41)

    L-investigazzjoni wriet ukoll li l-produzzjoni tal-bijodiżil pur minn kull produttur fl-Istati Uniti timplika l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ produttur imsemmi fil-premessa 51 tar-Regolament provviżorju. Dan iċ-ċertifikat huwa trasferibbli u għandu jiġi ppreżentat lill-Gvern tal-Istati Uniti meta ssir it-talba għas-sussidju.

    (42)

    Abbażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, huwa kkonfermat li t-tipi kollha ta’ bijodiżil u l-bijodiżil fit-taħlitiet koperti minn din l-investigazzjoni, jiġifieri bijodiżil pur (B100) u taħlitiet ta’ iktar minn B20, minkejja d-differenzi possibbli fir-rigward tal-materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjazzjonijiet fil-proċess tal-produzzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u jintużaw għall-istess għanijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat ma jbiddlux id-definizzjoni bażika, il-karatteristiċi tagħha jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tagħha.

    2.2.   Prodott simili

    (43)

    Instab provviżorjament li l-prodotti manifatturati u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, li huma koperti minn din l-investigazzjoni, għandhom karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili għal dawk esportati minn dan il-pajjiż lejn is-suq Komunitarju. Bl-istess mod, il-prodotti manifatturati milll-industrija tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità għandhom karatteristiċi u użi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi simili meta mqabbla ma’ dawk esportati lejn il-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat.

    (44)

    Għalhekk, ma nstabet ebda differenza bejn it-tipi varji tal-prodott ikkonċernat u t-tipi Komunitarji tal-prodott mibjugħ fis-suq tal-Komunità li tista’ twassal għall-konklużjoni li t-tipi ta’ prodotti manifatturati u mibjugħa fis-suq tal-Komunità mhumiex prodotti simili, li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi, jew simili ħafna, bħat-tipi tal-prodott ikkonċernat manifatturat fl-Istati Uniti u esportat lejn il-Komunità. Għalhekk, ġie konkluż li t-tipi kollha ta’ bijodiżil koperti minn din l-investigazzjoni għandhom jitqiesu li huma l-istess skont it-tifsira tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku.

    (45)

    Parti waħda saħqet li d-definizzjoni tal-prodott simili hija marbuta mill-qrib mal-identifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat u għandha tiġi stabbilita f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi u l-użu aħħari tal-prodott. Bażikament qalu li mhux il-B20 jiġi kkunsmat fl-UE iżda taħlita iktar baxxa li hi B5. Għalhekk, il-prodott simili ġie definit ħażin. Saħqu wkoll li d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat ma tistax titbiddel filwaqt li jinżamm prodott simili differenti.

    (46)

    Billi tidher ċar fil-premessi (31) sa (37) tar-Regolament provviżorju, id-definizzjoni tal-prodott simili hija marbuta mal-identifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat u ġiet stabbilita primarjament f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott. L-użu aħħari effettiv tal-prodotti tqies ukoll u tqies li l-limitu tal-B20 għandu jinżamm ukoll għad-definizzjoni tal-prodott simili. F’dan il-każ, l-għadd ta’ tipi ta’ prodotti koperti mid-definizzjoni tal-prodott simili tnaqqas ukoll biex jaqbel mad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

    (47)

    Għalhekk, l-asserzjonjiet tal-partijiet li d-definizzjoni tal-prodott simili kienet inkorretta kellhom jiġu rrifjutati u d-definizzjoni provviżorja tal-prodott simili tista’ tiġi kkonfermata.

    3.   SUSSIDJU

    3.1.   Ġenerali

    (48)

    Kumpanija waħda saħqet li l-Kummissjoni kienet taf bir-raġunijiet stipulati fil-premessa 9 tar-Regolament provviżorju għall-esklużjoni tagħha mill-kampjun meta oriġinarjament għażlet il-kampjun. Fuq din il-bażi, il-kumpanija ma kellhiex tiġi eskluża mill-kampjun.

    (49)

    Fir-rigward ta’ din l-asserzjoni, ġie nnutat li, jekk il-kumpanija tkunx inkluża jew le fil-kampjun ma kellux impatt materjali fuq il-kumpanija f’termini tar-riżultati tal-investigazzjoni. Jekk kellha tiġi inkluża fil-kampjun, il-kumpanija jkollha r-rata tad-dazju kumpensatorju individwali tagħha stabbilita kif sar fl-istadju provviżorju anki jekk il-kumpnaija ġiet eskluża mill-kampjun. Ir-Regolament attwali stabbilixxa wkoll rata kumpensatorja tad-dazju individwali għall-kumpanija. Wara l-iżvelar finali ta’ dawn is-sejbiet, il-kumpanija saħqet li “l-esklużjoni de-facto” tagħha mill-kampjun tal-esportaturi telfitilha xi drittijiet sostantivi inkluż drittijiet li jirriżultaw minn kalkoli speċifiċi kif applikati għad-dejta mogħtija mill-esportaturi fil-kampjun. Bi tweġiba għal dan, ġie nnutat li sar kalkolu speċifiku tal-livell tas-sussidjar ta’ din il-kumpanija. Fir-rigward tal-marġini tal-ħsara għal din il-kumpanija, dan ġie stabbilit kif stipulat fil-premessi (173) sa (175) hawn taħt, jiġifieri fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, jekk wieħed iqis li l-kumpanija ma tatx l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-bejgħ tal-esportazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tagħha fil-Komunità. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-asserzjoni tal-kumpanija ma ntlaqgħetx.

    (50)

    Kumpanija waħda saħqet li r-rata tad-dazju kumpensatorju dehret li ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku minbarra l-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-kumpanija talbet li l-kalkoli jiġu kkoreġuti skont dan.

    (51)

    Fir-rigward ta’ din l-asserzjoni, ġie nnutat li l-iskemi kollha tas-sussidji li qed jiġu kkumpensati nstabu li kienu sussidji domestiċi, jiġifieri li jibbenefikaw lill-bejgħ domestiku kif ukoll lil dak tal-esportazzjoni. F’konformità mal-prassi standard, l-ammont tal-benefiċċju minn kull skema fil-PI ġie allokat fuq il-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat (jiġifieri bejgħ domestiku flimkien mal-esportazzjonijiet). Għalhekk, l-argument tal-kumpanija ma ntlaqax.

    (52)

    Din il-kumpanija, kif ukoll kumpanija oħra, innutat ukoll li l-valuri CIF użati għall-kalkolu tar-rata tad-dazju kompensatorju mhumiex l-istess bħal dawk użati għall-kalkoli tal-ħsara u d-dumping. Il-kumpaniji jqisu li, sabiex ikun hemm konsistenza, il-valuri CIF korretti li ntużaw għall-kalkoli tad-dumping u l-ħsara għandhom jintużaw ukoll għall-kalkoli tar-rata tad-dazju kumpensatorja.

    (53)

    Fir-rigward ta’ din l-asserzjoni, wieħed għandu jerġa’ jinnota li, kif imsemmi fil-premessa (51) hawn fuq, l-iskemi kollha tas-sussidji li qed jiġu kkumpensati nstabu li kienu sussidji domestiċi. F’dawn iċ-ċirkostanzi, id-denominatur użat fl-istabbiliment tal-benefiċċju fil-PI huwa l-bejgħ totali u mhux, bħal fi proċedimenti tal-anti-dumping fejn il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-UE biss huwa d-denominatur. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    (54)

    Għadd ta’ kumpaniji u l-Bord Nazzjonali tal-Bijodiżil (NBB) argumentaw li dazju kumpensatorju ma għandux jitpoġġa fuq importazzjonijiet ta’ B100 fuq il-bażi li l-marġinijiet tas-sussidji u l-ħsara ġew ikkalkulati mingħajr ma jiġi inkluż il-bejgħ ta’ B100. Fir-rigward ta’ dan l-argument, ta’ min jinnota li l-bejgħ ta’ B100 prodotti mill-kumpaniji fil-kampjun tqiesu fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju kumpensatorju kif ukoll fil-kalkollu tal-marġini tal-ħsara. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    3.2.   Taxxa tas-sisa/Kreditu mit-taxxa fuq id-dħul

    (55)

    Kumpanija waħda saħqet li l-ammont ta’ benefiċċju li rċeviet bit-taxxa tas-sisa federali/kreditu fuq it-taxxa tad-dħul fil-perjodu tal-investigazzjoni, ikun inqas minn USD 1 kull gallun jekk il-benefiċċju jiġi kkalkulat billi jinfirex fuq il-volum totali tal-bejgħ fil-PI.

    (56)

    Fir-rigward tal-benefiċċju miksub bl-iskema tat-taxxa tas-sisa/kreditu tat-taxxa tad-dħul, dan ġie kkalkulat, kif imniżżel fil-premessa (59) tar-Regolament provviżorju, fuq il-bażi ta’ USD 1 kull gallun ta’ bijodiżil pur mibjugħ fil-PI, kemm jekk mibjugħ bħala bijodiżil pur (B100) u kemm jekk f’taħlita. Dan il-benefiċċju ġie rifless fil-livell ta’ dazju kumpensatorju provviżorju impost. Id-dazju provviżorju, u tabilħaqq id-dazju definittiv li issa għandu jiġi impost minn dan ir-Regolament, jistipula li d-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli proporzjonalment għat-taħlita skont il-kontentut totali tal-bijodiżil. F’dawn iċ-ċirkostanzi, jitqies li dazju bbażat fuq USD 1 kull gallun ta’ bijodiżil waħdu jirrifletti korrettament il-benefiċċju fil-PI billi dazju orħos jiġi impost fuq, pereżempju, importazzjonijiet ta’ B99 peress li fih inqas bijodiżil. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-asserzjoni tal-kumpanija ma ntlaqgħetx.

    (57)

    Għadd ta’ kumpaniji u l-NBB saħaq li, billi mhemmx disponibbli taxxa tas-sisa federali/kreditu fuq it-taxxa tad-dħul fuq il-bejgħ ta’ B100, ma hemmx bażi biex wieħed iqis li dan il-bejgħ ibbenefika minn dan il-kreditu fuq it-taxxa. Waħda minn dawn il-kumpaniji argumentat partikolarment li, għall-bejgħ tagħha ta’ B100 fil-PI, ma ntweriex li kienu l-benefiċjarju indirett tad-USD 1 kull gallun ta’ kreditu fuq it-taxxa.

    (58)

    Fl-indirizzar ta’ dawn l-asserzjonijiet, ta’ min ifakkar li l-Kodiċi tal-Istati Uniti jistipula li ma għandux jingħata kreditu għat-taħlitiet ta’ bijodiżil sakemm il-kumpanija (min iħallat) li tagħmel it-taħlit tal-bijodiżil u d-diżil minerali tikseb ċertifikat (“Ċertifikat għall-Bijodiżil”) mill-produttur tal-bijodiżil li fih il-produttur jiċċertifika l-kwantità ta’ bijodiżil li għalih jirreferi ċ-ċertifikat. Iċ-ċertifikat tal-bijodiżil huwa trasferibbli u jintitola lid-detentur għal kreditu ta’ taxxa ta’ USD 1 fuq kull gallun għall-ammont ta’ glalen ta’ bijodiżil użati mill-pretendent fil-produzzjoni ta’ kull taħlita ta’ bijodiżil. Fir-rigward tal-bejgħ tal-B100 mill-kumpaniji investigati fil-PI, hemm benefiċċju għall-kumpaniji billi ċ-ċertifikat tal-bijodiżil jagħti dritt għal kreditu fiskali ta’ USD 1 għal kull gallun.

    (59)

    Wara l-iżvelar finali, xi partijiet argumentaw li l-benefiċċju milll-kreditu fiskali ta’ min iħallat jinkiseb mnn dak li jħallat il-bijodiżil u li ma ġiex iddeterminat li għall-bejgħ tal-bijodiżil pur (B100), il-benefiċċju jinkiseb mill-produttur/bejjiegħ tal-B100. Bi tweġiba għal dan, ta’ min jinnota li, kif spjegat hawn fuq, iċ-ċertifikat tal-bijodiżil huwa trasferibbli. Tabilħaqq, għalhekk, id-detentur taċ-ċertifikat jaf li ċ-ċertifikat għandu valur ta’ USD 1 kull gallun.

    (60)

    L-GSU jqis li, billi fil-premessa 44 tar-Regolament Provviżorju hemm li sabiex tkun eliġibbli għall-kreditu tat-taħlitiet tal-bijodiżil, kumpanija trid toħloq taħlita ta’ bijodiżil u diżil, l-ammont tal-benefiċċju ma għandux ikun stabbilit fuq il-bażi ta’ bijodiżil pur jew f’taħlita kif stipulat fil-premessa (59) tar-Regolament Provviżorju. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, għar-raġunijiet imsemmija fil-premessa (58) hawn fuq u kif indirizzat fil-premessi (54) sa (55) tar-Regolament Provviżorju, qed jitqies li l-bijodiżil kollu huwa sussidjat.

    (61)

    F’dawn iċ-ċirkostanzi, jitqies li l-bejgħ ta’ B100 instab li jagħti benefiċċju lill-produtturi ta’ dan il-prodott u, għalhekk, l-asserzjonijiet tal-premessi (57) u (60) ma ntlaqgħux.

    (62)

    Xi kumpaniji u l-NBB argumentaw li ma għandux ikun hemm dazju kumpensatorju fuq importazzjonijiet ta’ B100 billi dan il-bejgħ lejn l-UE ma jistax jibbenefika minn kreditu fiskali tal-bijodiżil. Kif intqal fil-premessa (60) hawn fuq, instab li l-bijodiżil kollu huwa ssussidjat bl-iskema tal-kreditu fiskali. F’dawn iċ-ċirkostanzti, tqies li dazju kumpensatorju jista’ jitqiegħed fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil pur u bijodiżil f’taħlita. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li l-bejgħ tal-B100 fil-Komunità huma eliġibbli wkoll għall-benefiċċji taħt il-kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-Produttur ż-Żgħir tal-Agribijodiżil.

    (63)

    Matul il-PI, xi kumpaniji fil-kampjun kienu esportaw kwantitajiet żgħar ta’ B100 lill-Komunità. Madankollu, deher li ma kienx hemm ġustifikazzjoni ekonomika biex jiġi esportat il-B100 minflok il-B99 lejn il-Komunità, billi direttament jew indirettament tal-aħħar kien jibbenefika mill-kreditu għat-taħlitiet tal-bijodiżil sakemm l-esportatur jew ix-xerrej ma kkwalifikax għall-kreditu tat-taxxa fuq id-dħul imsemmi hawn fuq. F’dak il-każ, ikun hemm benefiċċju għall-produttur tal-Istati Uniti fl-istess mod bħall-bejgħ tal-B100 fis-suq domestiku. Wara l-iżvelar finali, l-Istati Uniti qalu li ma ġietx ikkwotata evidenza biex tissostanzja l-istqarrija li ma hemmx ġustifikazzjoni ekonomika biex jiġi esportat il-B100 minflok il-B99 lejn il-Komunità. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li s-sejba ta’ hawn fuq tgħid li “jidher” li ma hemmx ġustifikazzjoni ekonomika biex jiġi esportat il-B100 minflok il-B99 lejn il-Komunità. Ir-raġunijiet għal din il-konklużjoni huma kif stipulat hawn fuq.

    (64)

    Għalhekk, fid-dawl tal-fatt li huwa possibbli mija fil-mija li l-esportazzjoni tal-B100 tkun sussidjata u li jidher li ma hemmx ġustifikazzjoni ekonomika għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mingħajr is-sussidju, l-asserzjonijiet ta’ hawn fuq ma ntlaqgħux.

    (65)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, is-sejbiet marbuta ma’ din l-iskema kif stipulati fil-premessi (41) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    3.3.   Kreditu ta’ taxxa fuq id-Dħul għall-Produttur iż-Żgħir ta’ Agribijodiżil

    (66)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward din l-iskema, il-premessi (64) sa (72) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    3.4.   Dipartiment tal-Istati Uniti tal-Programm dwar il-Bijoenerġija mill-Agrikoltura

    (67)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward din l-iskema, il-premessi (73) sa (86) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    SKEMI TAL-ISTAT

    (68)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward l-iskemi, il-premessi (87) sa (157) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    Eżenzjoni mit-taxxa tal-bijodiżil f’Illinois

    Fond ta’ inċentiv għall-produttur kwalifikat tal-bijodiżil f’Missouri

    Sħubija ta’ biofjuwils f’North Dakota fl-għajnuna lill-Programm ta’ għotjiet komunitarji ta’ espansjoni (PACE)

    Kreditu fiskali fuq it-tagħmir ta’ produzzjoni tal-bijodiżil f’North Dakota

    Kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-bijodiżil f’North Dakota

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq it-taħlit ta’ bijodiżil u etanol f’Texas

    Programm ta’ inċentiv għall-produzzjoni ta’ bijodiżil u etanol għall-fjuwil f’Texas

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-produzzjoni ta’ biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    3.5.   Ammont ta’ sussidji kumpensatorji

    (69)

    L-ammont ta’ sussidji kumpensatorji bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-kumpaniji investigati jvarja bejn 29,1 % u 41,1 %. Billi dawn huma fl-istess livell kif stabbilit fil-premessa (158) tar-Regolament provviżorju, din il-premessa hija għalhekk ikkonfermata.

    SKEMA→

    KUMPANIJA↓

    Kreditu għat-taħlitiet ta’ bijodiżil

    Kreditu fiskali għall-Produtturi Żgħartal-Agribijodiżil

    Fond ta’ inċentivi għall-produtturi kwalifikati tal-bijodiżil f’Missouri

    Programm ta’ inċentivi għall- produzzjoni ta’ etanol u bijodiżil f’Texas

    Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-produzzjoni ta’ biofjuwils fl-Istat ta’ Washington

    Total

    %

    %

    %

    %

    %

    %

    Archer Daniels Midland Company

    31,3

     

    3,8

     

     

    35,1

    Cargill Inc.

    34,1

    0,4

     

     

     

    34,5

    Green Earth Fuels of Houston LLC

    38,7

     

     

    0,3

     

    39,0

    Imperium Renewables Inc.

    28,4

     

     

     

    0,7

    29,1

    Peter Cremer North America LP

    41,0

     

     

     

     

    41,0

    Vinmar Overseas Limited

    41,1

     

     

     

     

    41,1

    World Energy Alternatives LLC

    37,6

     

     

     

     

    37,6

    (70)

    Il-metodoloġija għall-istabbilment tal-marġini tas-sussidji għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex fil-kampjun, ġiet stipulata fil-premessa (159) tar-Regolament provviżorju. Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li kkooperaw u li mhux inklużi fil-kampjun, ikkalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju b’piż differenzjat stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li kkooperaw, huwa ta’ 36.0 %. Għaldaqstant, il-premessa (159) tar-Regolament provviżorju hi kkonfermata.

    (71)

    Il-bażi għall-istabbiliment ta’ marġini ta’ sussidji għall-pajjiż kollu ġiet stabbilita fil-premessa (160) tar-Regolament provviżorju. Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessa (160) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

    4.   INDUSTRIJA KOMUNITARJA

    4.1.   Produzzjoni u pożizzjoni Komunitarja

    (72)

    Parti interessata waħda kkontestat l-esklużjoni mill-evalwazzjoni tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-grupp ta’ produtturi marbuta ma’ produttur esportatur fl-Istati Uniti msemmija fil-premessa (162) tar-Regolament provviżorju fuq il-bażi tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. Huwa argumentat li d-denominatur korrett biex jiġi stabbilit l-appoġġ lill-ilment għandu jinżamm f’madwar 5 400 elf tunnellata u mhux imnaqqas għal madwar 4 200 sa 4 600 elf tunnellata kif sar fl-istadu provviżorju.

    (73)

    Id-dispożizzjonjiet rilevanti tar-Regolament bażiku biex jevalwa l-pożizzjoni jew l-appoġġ għall-investigazzjoni huma l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 10(8) tar-Regolament bażiku. Għall-informazzjoni, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji dwar id-definizzjoni tal-industrija domestika jinsabu fil-leġiżlazzjoni fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. Minn dawn id-dispożizzjonijiet, jidher ċar li d-definizzjoni tal-produzzjoni domestika biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni għanda ssir flimkien mal-istess rekwiżiti bħal dawk fid-definizzjoni tal-industrija domestika u hija soġġetta għalihom. Fi kwalunkwe każ, din l-asserzjoni mhijiex tali li tbiddel il-konklużjoni li l-investigazzjoni ġiet appoġġata minn proporzjoni kbira tal-produzzjoni Komunitarja. Anki jekk id-denominatur inżamm fi 5 400 elf tunnellata, l-appoġġ għall-investigazzjoni jkun iktar minn 50 %, jiġifieri fil-biċċa l-kbira ogħla mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku.

    (74)

    L-istess parti interessata argumentat li fid-dawl tad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili li huwa l-bijodiżil, f’għamla pura jew f’taħlitiet li fihom iktar minn 20 % ta’ bijodiżil (B20), l-industrija Komunitarja u l-produzzjoni Komunitarja għandha tkun magħmula mill-kumpaniji Komunitarji kollha li jipproduċu l-bijodiżil u t-taħlitiet ogħla minn B20. Intqal li ma hemmx evidenza li dak li ressaq l-ilment jew il-Kummissjoni ppruvaw jinkludu dawn il-kumpaniji fil-produzzjoni totali jew iddeterminaw li dawn il-produtturi appoġġaw l-ilment.

    (75)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li ċ-ċifra tal-produzzjoni totali tal-Komunità indikata fil-premessa (162) tar-Regolament provviżorju ma tqisx il-volum tal-produzzjoni tal-bijodiżil f’taħlitiet ogħla minn B20. Jista’ jkun iċċarat iktar li skont l-informazzjoni disponibbli, il-produzzjoni fil-Komunità ta’ taħlitiet li fihom bejn 21 % (B21) u 99 % (B99) ta’ bijodiżil kienet limitata ħafna matul il-PI. L-unika produzzjoni tat-taħlitiet f’din il-firxa kienet ikkonċentrata fuq taħlitiet ta’ B30 u ma qabżitx is-60 000 tunnellata f’termini ta’ kontenut ta’ bijodiżil. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat produtturi magħrufa ta’ B30 wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u r-risponsi li waslu minn tnejn mill-produtturi jindikaw li jappoġġaw l-ilment.

    (76)

    Minħabba li m’hemmx kummenti oħra, il-premessi (161) sa (163) tar-Regolament provviżorju dwar id-definizzjoni tal-produzzjoni Komunitarja, l-industrija Komunitarja u tal-kwalità tal-produttur Komunitarju, huma b’dan ikkonfermati.

    4.2.   Teħid ta’ kampjuni

    (77)

    Parti waħda argumentat li r-rendiment ta’ produttur Komunitarju wieħed fil-kampjun li naqas milli jikkoopera fl-investigazzjoni kien tajjeb ħafna u kellu jitqies fl-evalwazzjoni tal-ħsara lill-industrija Komunitarja. Ġie argumentat li dan il-produttur ma ġarrabx ħsara matul il-PI u li l-aħjar fatti disponibbli għandhom jintużaw skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, il-parti ssuġġeriet li tintuża dejta finanzjarja disponibbli għall-pubbliku ta’ dan il-produttur għall-2007 u l-2008 għall-eżami tal-ħsara lill-industrija Komunitarja.

    (78)

    Hija prassi komuni fl-investigazzjoni ta’ kontra s-sussidji li l-Kummissjoni teskludi produtturi li ma kkooperawx bl-iskop tal-evalwazzjoni tal-ħsara u li ma tużax fatt disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Id-dejta dwar il-ħsara tkopri perjodu estiż ta’ 4 snin u mhux possibbli li tinkiseb dwar sorsi pubbliċi, l-informazzjoni meħtieġa kollha biex jiġu stabbiliti l-indikaturi kollha tal-ħsara għall-perjodu kollu. F’dan il-każ partikolari, il-produttur Komunitarju msemmi ġie eskluż mill-investigazzjoni billi ma pprovdiex l-informazzjoni sinifikanti sħiħa għas-snin 2004 sa 2006 u ta biss informazzjoni parzjali għall-2007 u l-PI. Bl-użu tal-informazzjoni pubblika għall-attività ta’ dan il-produttur fil-bijodiżil għall-2007 u l-2008, ma kienx jippermetti li tinkiseb dejta għall-fatturi kollha tal-ħsara u għas-snin kollha tal-perjodu kkunsidrat. Dan kien ifixkel ix-xejriet kollha li huma rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ħsara.

    (79)

    Barra minn hekk, kieku l-produttur imsemmi nżamm fil-kampjun, ma kinitx tkun possibbli l-evalwazzjoni tar-roħs fil-prezz li kellha ssir għat-totalità tal-bejgħ tal-produtturi fil-kampjun billi l-kumpanija msemmija ma tatx lista tal-bejgħ dettaljata skont it-tip ta’ prodott għall-PI. Fl-aħħar nett, ta’ min jinnota li bil-maqlub għall-asserzjoni tal-parti interessata, ir-rendiment finanzjarju tal-produttur imsemmi, f’termini ta’ profittabbilità kif jidher fid-dejta tiegħu disponibbli għall-pubbliku, kien inqas sewwa mill-profittabilità medja stabbilita għall-produtturi Komunitarju kkooperaw fil-kampjun li kif jidher fit-Tabella 7 tar-Regolament provviżorju. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, it-talba li saret minn din il-parti ġiet miċħuda.

    (80)

    L-istess parti saħqet li l-kampjun tal-produtturi Komunitarji ma kienx rappreżentattiv tal-industrija Komunitarja billi kien ibbażat biss fuq il-produtturi ta’ bijodiżil pur (B100) u għalhekk ma inkludiex produtturi ta’ taħlitiet minn B99 sa B20 kif ukoll produtturi ta’ taħlitiet tal-B100.

    (81)

    F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li, kif imsemmi fil-premessa (75) hawn fuq, il-produzzjoni Komunitarja tat-taħlitiet tal-bijodiżil bejn B20 u B99 kienet limitata ħafna matul il-PI. Fid-dawl ta’ din il-kwantità limitata, li tirrappreżenta inqas minn 2 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili fil-PI, jista’ jiġi konkluż li l-għażla tal-kampjun, li kien primarjament ibbażat fuq l-ikbar volum tal-produzzjoni u l-bjegħ fil-Komunità, kienet rappreżentattiva. Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-produtturi ta’ taħlitiet tal-B100, dawn il-kumpanija ma jistgħux jitqiesu bħala produtturi tal-prodott simili billi qed jipproċessaw, permezz ta’ operazzjoni sempliċi ta’ taħlit, prodott simili eżistenti. L-asserzjoni kienet għalhekk miċħuda.

    (82)

    Billi m’hemmx kummenti oħra, il-premessi (164) sa (166) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    5.   ĦSARA

    (83)

    Kif imsemmi fil-premessa (17) hawn fuq, l-eżami tax-xejriet li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu minn Jannar 2004 sal-aħħar tal-PI. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja kienet prattikament għadha tibda fl-2004. Għalhekk, tqies iktar xieraq li ssir analiżi tal-ħsara possibbli u tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja bbażata fuq ix-xejriet għall-perjodu 2005 sal-PI (“perjodu analizzat”). Billi ebda parti ma kkummentat dwar dan l-approċċ, il-premessa (167) tar-Regolament provviżorju ġiet ikkonfermata.

    5.1.   Il-konsum Komunitarju

    Tabella 1

    Konsum Komunitarju

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Tunnellati

    1 936 034

    3 204 504

    4 968 838

    6 644 042

    6 608 659

    Indiċi 2005=100

    60

    100

    155

    207

    206

    (84)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti li jistgħu jiġġustifikaw bidla rigward il-konsum tal-Komunità kif indikat fit-tabella hawn fuq, il-premessi (168) u (173) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    5.2.   Volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq

    (85)

    It-tabella ta’ hawn taħt turi t-total tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità mill-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti matul il-perjodu kkunsidrat.

    Tabella 2

    L-importazzjonijiet kollha mill-Istati Uniti

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Tunnellati

    2 634

    11 504

    50 838

    730 922

    1 137 152

    Indiċi 2005=100

    23

    100

    442

    6 354

    9 885

    Sehem mis-suq

    0,1  %

    0,4  %

    1,0  %

    11,0  %

    17,2  %

    Indiċi 2005=100

    25

    100

    250

    2 750

    4 300

    Sors: Statistika ta’ esportazzjoni mill-Istati Uniti

    (86)

    Parti interessata waħda saħqet li l-analiżi tad-dannu u l-kawża tal-proċediment ta’ kontra s-sussidji għandha ssir fuq dejta differenti minn dik fil-proċediment parallel ta’ kontra d-dumping. Ġie argument li s-sejbiet dwar is-sussidji huma bbażati fuq bijodiżil i) prodott minnhom stess, ii) prodott u mħallat u iii) mixtri u mħallat esportat lejn il-Komunità filwaqt li s-sejbiet tad-dumping, partikolarment il-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, huma bbażati biss fuq il-bijodiżil tal-produtturi fil-kampjun prodott minnhom stess.

    (87)

    Din l-asserzjoni jidher li tissuġġerixxi li l-proċediment kontra d-dumping għandu dejjem ikun ibbażat fuq dejta idjeq meta mqabbel mal-proċediment kontra s-sussidji. Madankollu, fi stadju provviżorju nstab li fil-proċediment parallel kontra d-dumping, l-esportazzjonijiet kollha tal-produzzjoni tal-kumpaniji stess inklużi fil-kampjun ta’ produtturi tal-Istati Uniti saru bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Komunità. F’din l-investigazzjoni kontra s-sussidji, instabet xi ħaġa simili. Għalhekk, fiż-żewġ investigazzjonijiet, l-esportazzjonijiet kollha mill-Istati Uniti tqiesu li kienu oġġett ta’ dumping u ssusidjati u għalhekk kienu kollha inklużi fl-analiżi tad-dannu u l-kawża.

    (88)

    Madankollu, ta’ min jinnota li, fi stadju definittiv, kumpanija waħda mill-Istati Uniti fil-kampjun ma nstabitx li kienet qed tagħmel dumping u dan wassal għal differenza bejn il-volum ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u l-volum ta’ importazzjonijiet sussidjati li għandha titqies fl-analiżi tal-ħsara u l-kawża fil-proċedimenti. Fil-proċedimenti ta’ kontra d-dumping, il-volum totali tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti ġie aġġustat biex jitqies il-fatt li l-importazzjonijiet ta’ produttur esportatur wieħed fil-kampjun ma nstabx li kienu oġġett ta’ dumping. Madankollu, dan ma jaffettwax il-proċediment kontra s-sussidji.

    (89)

    Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, din l-asserzjoni kellha tiġi miċħuda.

    (90)

    Parti interessata waħda saħqet li l-intestatura HTS 3824 90 tal-istatistika tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti li ntużat fir-Regolament provviżorju biex jiġu stabbiliti l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, minbarra l-bijodiżil, tkopri wkoll prodotti oħra bħal “sustanzi xaħmija li joriġinaw mill-annimali jew il-ħxejjex jew taħlit tagħhom”. Għalhekk, l-analiżi tal-volum tal-importazzjoni mill-Istati Uniti ma kinitx tajba. L-istess parti interessata pproponiet li minflok jistgħu jintużaw ix-xejriet stabbiliti għall-produtturi investgati tal-Istati Uniti.

    (91)

    F’dan ir-rigward, l-ewwel qed jiġi nnutat li l-kodiċi HTS tal-Istati Uniti 3824 90 4000 intuża biex jiġu kkalkulati l-volumi tal-importazzjoni li joriġinaw fl-Istati Uniti u mhux l-intestatura tariffarja ta’ sitt ċifri kif saħqet din il-parti.

    (92)

    Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li kif imsemmi fil-premessa (170) tar-Regolament provviżorju, id-dejta tal-Eurostat ma setgħetx tintuża biex jiġu vvalutati l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Istati Uniti billi sa tmiem l-2007 ma kienx hemm kodiċi distint tan-NM disponibbli għall-klassifikazzjoni doganali ta’ dak il-prodott. Il-bijodiżil seta’ tabilħaqq jiġi kklassifikat taħt bosta kodiċijiet tan-NM differenti li wkoll kien fihom id-dejta tal-importazzjoni għal prodotti oħra. Ir-raġuni għaliex l-istatistika tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti ntużat kienet li din dehret li ġabret l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat taħt kodiċi tariffarju wieħed, u li l-volum tal-prodotti l-oħra taħt l-istess kodiċi kellhom importanza żgħira sa fejn għandhom x’jaqsmu l-esportazzjonijiet tal-Komunità.

    (93)

    Fid-dawl tal-limiti fuq l-użu tad-dejta tal-Eurostat, alternattiva oħra flok l-istatistika tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti kienet tkun li tintuża d-dejta tal-importazzjoni rrappurtata fl-ilment. Din id-dejta nkisbet minn dawk li għamlu l-ilment minn sorsi kunfidenzjali ta’ intelliġenza tas-suq u għalhekk l-użu ta’ din l-informazzjoni kien ikollha din ir-restrizzjoni. Madankollu, f’ġieħ il-kompletezza, ix-xejriet tal-volumi tal-importazzjonijiet kienu juru l-istampa li ġejja f’għamla indiċizzata:

    Tabella 3

    Importazzjonijiet mill-Istati Uniti

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Indiċi 2005=100

    0

    100

    1 359

    15 059

    15 394

    (94)

    It-tqabbil tat-Tabella 3 hawn fuq mat-Tabella 2 turi li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-volumi tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fil-perjodu analizzat kienet iktar konservattiva minn dik li alternattivament kienet tintuża. Barra minn hekk, din l-istampa ġenerali tal-volumi tal-importazzjonijiet tat-Tabella 3 hija miġbura minn dejta kunfidenzjali li ma tistax tiġi żvelata filwaqt li l-istatistika tal-Istati Uniti hija informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

    (95)

    Il-metodu propost mill-parti interessata kien juri l-istampa li ġejja fir-rigward tax-xejriet tal-volumi tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-produtturi esportaturi investigati:

    Tabella 4

    Importazzjonijiet mill-Istati Uniti

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Indiċi 2005=100

    16

    100

    461

    6 180

    9 005

    (96)

    It-tqabbil tat-Tabella 4 mat-Tabella 2 hawn fuq juri xejriet simili ħafna bejn il-metodu użat mill-Kummissjoni u dak propost minn din il-parti.

    (97)

    L-istess parti interessata saħqet li minħabba li l-prodott ikkonċernat huwa l-bijodiżil u taħlitiet tal-bijodiżil b’kontenut tal-bijodiżil ‘il fuq minn 20 % tal-volum tal-importazzjonijiet muri fit-Tabella 2 hawn fuq ma jistax jikkorrelata mal-volum korrett tal-importazzjonijiet għall-prodott ikkonċernat.

    (98)

    F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-investigazzjoni ma identifikatx importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat b’kontenut tal-bijodiżil ogħla minn B20 u inqas minn B99 matul il-PI. Fi kliem ieħor, l-investigazzjoni ma identifikatx importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li minħabba l-kontenut baxx ta’ bijodiżil tagħhom jiġu kklassifikati taħt kodiċi HTS tal-Istati Uniti differenti.

    (99)

    Abbażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-volum tal-importazzjoni ppreżentat fit-Tabella 2 tar-Regolament provviżorju jirrappreżenta stima affidabbli, oġġettiva u konservattiva tal-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat.

    (100)

    Parti interessata waħda saħqet li l-kwantitajiet splash and dash esportati mill-Istati Uniti kellhom ikunu distinti mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Istati Uniti billi dan tal-aħħar ma jistax jiġi ttrattat bħala importazzjonijiet li joriġinaw mill-Istati Uniti.

    (101)

    Barra minn hekk, l-istess parti u l-GSU saħqu li bil-maqlub għal dak li ntqal fil-premessi (179) u (182) tar-Regolament provviżorju, l-esportazzjonijiet kollha mill-Istati Uniti ma jitqisux li joriġinaw fl-Istati Uniti. Mhemmx awtorità fl-Istati Uniti li tagħmel evalwazzjoni jew determinazzjoni fir-rigwrard tal-pajjiż tal-oriġini ta’ prodott partikolari għall-esportazzjoni u wieħed ma jistax jassumi li l-bijodiżil kollu li telaq mit-territorju tal-Istati Uniti joriġina minn hemm stess.

    (102)

    L-istess parti stqarret ukoll li r-Regolament dwar l-oriġini stabbilit mill-US Census Bureau dwar id-determinazzjoni tal-oriġini tal-prodotti esportati mhumiex magħrufa ħafna mal-industrija tal-bijodiżil u għalhekk l-esportaturi tal-bijodiżil, huma u jimlew id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni “Shippers Export Declaration” (SED) normalment jindikaw li l-prodotti esportati huma ta’ oriġini domestika.

    (103)

    Hija tenniet l-asserzjoni tagħha li għamlet fl-istadju provviżorju li l-volumi importati fil-Komunità “splash and dash” jirrappreżentaw iktar minn 40 % tal-prodott ikkonċernat esportat mill-Istati Uniti. B’appoġġ għall-asserzjoni tagħha, użat id-dejta tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti tal-kodiċijiet HTS 3824 90 4020 u 3824 90 4000, u prattikament saħqet li l-importazzjonijiet kollha tal-bijodiżil fl-Istati Uniti kienu riesportazzjonijiet fix-xejra “splash and dash” fil-Komunità.

    (104)

    Dwar dan, ta’ min jinnota li l-kjarifika mitluba mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti dwar il-fatt li ebda awtorità tal-Istati Uniti ma tagħmel evalwazzjoni jew determinazzjoni tal-oriġini ta’ prodott partikolari għall-esportazzjoni tista’ tiġi aċċettata.

    (105)

    L-asserzjoni li splash and dash jirrappreżenta għallinqas 40 % tal-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti lill-Komunità kienet ibbażata fuq l-assunzjoni li l-bijodiżil kollu importat fl-Istati Uniti fl-aħħar mill-aħħar jerġa’ jiġi esportat lill-Komunità bix-xejra splash and dash mingħajr ma jiġi kkunsmat xejn fl-Istati Uniti jew jitħallat iktar fl-Istati Uniti qabel l-esportazzjoni.

    (106)

    Madankollu, id-dejta ppreżentata minn din il-parti turi li fis-snin 2004 sa 2006, l-importazzjonijiet qabżu sewwa l-esportazzjonijiet u dan jissuġġerixxi li hemm domanda domestika għall-bijodiżil minn pajjiżi oħra. Barra minn hekk, din l-assunzjoni hija pjuttost simplistika billi ma tqisx il-kwantitajiet ta’ bijodiżil mħallta fl-Istati Uniti u esportati lejn il-Komunità fejn i) il-karatteristiċi tat-taħlitiet huma differenti minn dawk tal-materja prima li jagħtu oriġini Amerikana lill-prodott imħallat kollu kemm hu jew ii) taħlitiet fejn il-proporzjoni ta’ bijodiżil li toriġina mill-Istati Uniti tkun dik dominanti u tagħti oriġini Amerikana lill-prodott imħallat kollu kemm hu. Ta’ min ifakkar f’dan ir-rigward li, kif imsemmi fil-premessa (180) tar-Regolament provviżorju, il-kumpaniji tal-Istati Uniti investigati ddikjaraw li ma kienx possibbli li l-kwantitajiet esportati lill-Komunità jew mibjugħa fis-suq domestiku jiġu differenzjati bejn il-kwantitajiet prodotti minnhom stess jew li joriġinaw fl-Istati Uniti jew importati. Ta’ min jinnota wkoll li l-oriġini donna kienet iddikjarata korrettament mill-kumpaniji tal-Istati Uniti kkonċernati billi fil-każijiet kollha, it-taħlit sussegwenti ta’ bijodiżil li ma joriġinax mill-Istati Uniti kien qed iseħħ fl-Istati Uniti. Tabilħaqq, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-produtturi esportaturi investigati huma kumpaniji kbar ħafna jew gruppi ta’ kumpaniji b’kumpaniji relatati fil-Komunità u huwa diffiċli għalihom li jaċċettaw li ma kinux konxji mir-regoli eżistenti tal-Istati Uniti u tal-Komunità dwar id-determinazzjoni tal-oriġini.

    (107)

    Fuq il-bażi ta’ dan kollu, qed jiġi konkluż li ma hemmx ġustifikazzjoni biex l-importazzjonijiet lejn il-Komunità bix-xejra splash and dash għall-perjodu meqjus jiġu identifikati b’mod ċar. Qed jitqies ukoll li ma hemmx ġustifikazzjoni biex dawn l-esportazzjonijiet, jekk hemm, jiġu ttrattati bħala importazzjonijiet b’oriġini mhux Amerikana.

    5.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati u r-roħs fil-prezz

    5.3.1.   Prezz tal-bejgħ tal-unitajiet

    (108)

    It-tabella ta’ hawn taħt turi l-prezz unitarju tal-bejgħ tal-importazzjonijiet kollha fis-suq tal-Komunità li joriġinaw mill-Istati Uniti matul il-perjodu meqjus kif aċċertat fil-premessi (183) u (184) tar-Regolament provviżorju.

    Tabella 5

    L-importazzjonijiet kollha mill-Istati Uniti

    2004

    2005

    2006

    2007

    PI

    Prezzijiet f’EUR/tunnellata

    463

    575

    600

    596

    616

    Indiċi 2005=100

    81

    100

    104

    104

    107

    Sors: Statistika ta’ esportazzjoni Amerikana u tweġibiet għall-kwestjonarju tal-esportaturi Amerikani li ħadu sehem fil-kampjun

    5.3.2.   Traħħis tal-prezzijiet

    (109)

    Għall-iskop tal-analiżi tar-roħs fil-prezz, il-prezzijiet medji differenzjati tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun iċċarġjati lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal livell ta’ xogħol li joħroġ mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji differenzjati korrispondenti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti, stabbiliti fuq bażi CIF għall-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Istati Uniti li nstabu li kienu qed jagħmlu d-dumping fis-suq Komunitarju. Ġie applikat aġġustament għad-dazji doganali, l-ispejjeż post-importazzjoni u għad-differenzi fil-materja bażika użata għall-produzzjoni tal-bijodiżil, kif deskritt fil-premessa (186) tar-Regolament provviżorju.

    (110)

    Ċerti produtturi esportaturi allegaw li l-aġġustament għad-differenzi fil-materja bażika kien baxx wisq billi ma jirriflettix korrettament il-valur tas-suq tad-differenzi. Huma saħqu wkoll li d-differenzi għandhom jinkisbu fuq il-bażi tal-prezzijiet għat-tipi differenti ta’ bijodiżil fis-suq tal-Komunità u kkwantifikaw din l-asserzjoni b’referenza għall-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet, li ġew aċċettati mid-dwana ta’ Antwerp, ippubblikati minn analista tas-suq.

    (111)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-aġġustament kien ibbażat fuq id-dejta totali u vverifikata miġbura mill-produtturi esportaturi fil-kampjun għall-operazzjonijiet tagħhom fl-Istati Uniti u, għalhekk, kien ibbażat fuq is-sejbiet tal-investigazzjoni li għalihom hemm sors affidabbli ħafna ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, il-kwotazzjonijiet tal-prezz fil-livell tal-Komunità ma kienux jkunu bażi xierqa għal dan l-aġġustament billi dawn il-livelli tal-prezzijiet kienu jkun affettwati mil-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati li joriġinaw mill-Istati Uniti. Fuq din il-bażi, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    (112)

    L-istess produtturi esportaturi saħqu li l-aġġustament għad-differenzi fil-materja bażika għandu jiġi applikat biss lill-bejgħ tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u mhux lill-bejgħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun billi l-bejgħ ta’ dan tal-aħħar jikkonsisti f’taħlit kompatibbli mal-istandards Komunitarji.

    (113)

    Din l-asserzjoni nstabet li kienet irrilevanti billi l-iskop tal-aġġustament kien li jiġu indirizzati d-differenzi tal-materja bażika u mhux kull differenza għar-rispett tal-istandards differenti applikabbli fil-livell Komunitarju. Għalhekk, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    (114)

    L-ilmentatur ikkontesta kemm huwa xieraq dan l-aġġustament billi qal li kemm il-produtturi Komunitarji u l-esportaturi tal-Istati Uniti użaw varjetà ta’ materja bażika u t-tnejn ipproduċew varjetà ta’ taħlitiet li huma pprovduti fuq iż-żewġ swieq u, għalhekk, joperaw bl-istess firxa ta’ possibilitajiet meta jiġu għall-għażla tal-materja prima.

    (115)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, filwaqt li huwa minnu li kemm il-produtturi Komunitarji kif ukoll il-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti jużaw varjetà ta’ taħlitiet ibbażati fuq materja bażika differenti, it-tqassim tal-materja bażika fit-taħlita jista’ jvarja ħafna minn produttur għall-ieħor u anki minn klijent għall-ieħor tal-istess produttur. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li tqabbil preċiż tat-taħlitiet mibjugħa mill-produtturi Komunitarji fil-kampjun u dawn mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-suq Komunitarju kien il-każ fi ftit okkażjonijiet biss. Għalhekk, sabiex il-kalkoli tar-roħs jqisu t-tipi differenti ta’ prodotti, tqies meħtieġ li jkun hemm aġġustament għad-differenzi fil-materja bażika. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi miċħuda.

    (116)

    Ċerti produtturi esportaturi saħqu li l-prezzijiet użati għall-kalkoli tal-marġini tal-ħsara kienu l-prezzijiet CIF tal-fruntiera Komunitarja u mhux il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent mhux relatat. Dawn saħqu li dawn il-kalkoli kellhom jiġu kkoreġuti sabiex iqisu l-valur u l-kwantitajiet tal-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat.

    (117)

    Din l-asserzjoni nstabet li kienet rilevanti għal żewġ produtturi esportaturi u l-kalkoli tal-ħsara ġew ikkoreġuti skont dan.

    (118)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-medja tal-marġini tar-roħs tal-prezzijiet fil-PI, espressa bħala perċentwali tal-prezzijiet tax-xogħol li ġej mill-fabbrika medji differenzjati tal-industrija tal-Komunità, nstabet li tvajra minn 18,9 % u 31.9 %, minflok firxa bejn 18,9 % sa 33,0 % fl-istadju provviżorju.

    5.4.   Qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

    (119)

    Kif imsemmi fil-premessi (209) sa (212) tar-Regolament provviżorju, instab li l-industrija Komunitarja ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku.

    (120)

    L-analiżi provviżorja wriet li r-rendiment tal-industrija Komunitarja tjieb fir-rigward ta’ xi indikaturi tal-volum, iżda li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi relatati mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija Komunitarja ddeterjoraw b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja l-abilità tal-industrija Komunitarja li tiġbor il-kapital għal investimenti, il-qligħ fuq l-investimenti naqas drammatikament fil-PI u l-profittabilità naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

    (121)

    Parti interessata waħda saħqet li l-analiżi fil-premessa (195) tar-Regolament provviżorju dwar it-tkabbir tal-industrija Komunitarja ma kinitx korretta. Partikolarment, din il-parti argumentat li r-Regolament provviżorju ssuġġerixxa li ż-żieda qawwija fid-domanda għall-bijodiżil fis-suq tal-Komunità għandu jwassal għal żieda komparabbli fis-sehem tas-suq tal-industrija Komunitarja, filwaqt li ma hemmx korrelazzjoni diretta bejn iż-żieda fid-domanda u s-sehem tas-suq.

    (122)

    L-istess parti kompliet targumenta li l-fatturi tal-ħsara msemmija fl-istess premessa (195) tar-Regolament provviżorju, jiġifieri l-produzzjoni, l-użużu tal-kapaċità tal-produzzjoni, il-produttività, il-bejgħ, il-politika dwar l-investiment, il-qligħ mill-investiment, ma jistgħux jitqiesu li huma milquta b’mod ħażin.

    (123)

    L-argument dwar il-dekorrelazzjoni bejn id-domanda u s-sehem mis-suq huwa aċċettat. Madankollu, jibqa’ li bejn l-2006 u l-PI, is-sehem tas-suq tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun ġie mmultiplikat b’1,2 filwaqt li fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet sussidjati ġie mmultiplikat b’madwar 17. Din iż-żieda komparattivament kbira fis-sehem mis-suq għall-importazzjonijiet tal-Istati Uniti hija r-riżultat ta’ prezzijiet ħafna irħas għal dawn l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti kif jidher fit-Tabella 5 u l-premessa (118) hawn fuq.

    (124)

    Rigward l-asserzjoni dwar l-evalwazzjoni globali tal-fatturi kollha tal-ħsara, huwa rikonoxxut li mhux dawn il-fatturi kollha marru lura matul il-perjodu meqjus. Madankollu, jingħad li fatturi marbuta mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija Komunitarja ntlaqtu ħażin tassew, jiġifieri ntlaqtu l-profittabilità u l-qligħ fuq l-investiment u sa ċertu punt, il-produttività. Dan jirriżulta mill-fatt li l-industrija Komunitarja kellha tadatta għall-kompetizzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati tal-Istati Uniti u għażlet li żżomm il-preżenza fis-suq għad-detriment tal-profittabilità minflok ma żammet il-profittabilità iżda tilfet is-sehem mis-suq.

    (125)

    Ċerti partijiet interessati u l-GSU saħqu li l-livelli tal-profittabilità u l-qligħ fuq l-investiment għall-produtturi tal-UE fil-kampjun għadhom tajbin fl-2007 u matul il-PI, f’valur assolut, minkejja t-tnaqqis qawwi meta mqabbel mas-snin preċedenti. Huma jargumentaw li l-livelli ta’ profittabilità u l-qligħ fuq l-investiment inkisbu mill-2004-2006 ma kinux sostenibbli u li l-industrija tal-bijodiżil tal-UE, bħal kull industrija li għadha tibda, esperjenzat fenomenu “boom and bust” normali matul il-perjodu meqjus.

    (126)

    F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li xi kumpaniji tal-Istati Uniti fil-kampjun kisbu profitabilità ħafna ogħla, iktar minn 30 %, fil-kuntest simili ta’ suq li qed jiżviluppa matul il-perjodu meqjus. Intqal ukoll li t-tnaqqis fil-profittabilità u l-qligħ mill-investiment esperjenzat mill-industrija Komunitarja kien brutali ħafna billi seħħ mill-2006 sal-2007 u jaħbat eżatt maż-żieda fl-importazzjonijiet tal-Istati Uniti tal-bijodiżil.

    (127)

    Bosta produtturi Komunitarji saħqu li s-sitwazzjoni ta’ kumpaniji Komunitarji mhux fil-kampjun għandha titqies bis-sħiħ fl-evalwazzjoni tal-ħsara, partikolarment fid-dawl tal-bosta każijiet ta’ tnaqqis, għeluq jew posponiment ta’ proġetti ġodda li ġew identifikati fost dawn il-kumpaniji matul il-perjodu meqjus.

    (128)

    Min-naħa l-oħra, parti interessata waħda saħqet li r-referenza li saret fir-Regolament provviżorju lill-produtturi fil-Komunità mhux inklużi fil-kampjun hija irrilevanti, billi d-dejta mhux verifikata mill-produtturi barra mill-kampjun ma tistax tintuża biex turi l-ħsara. Din il-parti insistiet ukoll fuq d-dejta pubblika li turi li xi wħud minn dawn il-produtturi barra mill-kampjun kienu profittabbli.

    (129)

    Fir-rigward taż-żewġ asserzjonijiet hawn fuq, ta’ min ifakkar li r-Regolament provviżorju fil-premessi (205) sa (208) jirreferi għas-sitwazzjoni tal-produtturi barra mill-kampjun fil-Komunità bħala indikazzjoni supplimentari ta’ ħsara, mingħajr impatti fuq il-kalkoli tal-indikaturi tal-ħsara u l-marġini tal-ħsara li għalihom intużat informazzjoni ivverifikata. Għalhekk, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx. Min-naħa l-oħra, fin-nuqqas ta’ statistika vverifikata jew informazzjoni individwali disponibbli dwar is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-UE kollha barra mill-kampjun, mhuwiex possibbli li ssir determinazzjoni preċiża għall-produtturi Komunitarji kollha kif issuġġerit mill-produtturi Komunitarji. Għalhekk din l-asserzjoni ma nlaqgħetx lanqas.

    (130)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tas-sejbiet provviżorji dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja, il-premessi (188) sa (194) u (196) sa (208) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    (131)

    Il-konklużjoni li l-industrija Komunitarja ġarrbet danni materjali, kif spjegat fil-premessi (209) sa (212) tar-Regolament provviżorju, hija kkonfermata wkoll.

    6.   KAWŻA TAD-DANNI

    6.1.   Effett tal-importazzjonijiet sussidjati

    (132)

    Ta’ min ifakkar li l-volumi tal-importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti żdiedu sewwa fil-perjodu analizzat. Kien hemm ukoll koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda tal-importazzjonijiet sussidjati u d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità. Dik l-industrija ma kinitx kapaċi tiffissa l-prezzijiet tagħha f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq u ż-żidiet tal-ispejjeż, billi l-prezzijiet tagħha kienu ogħla fil-PI minn dawk tal-importazzjonijiet sussidjati.

    (133)

    Huwa għalhekk ikkonfermat li ż-żieda ta’ importazzjonijiet sussidjati mill-Istati Uniti kellha impatt negattiv kbir fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija Komunitarja matul il-PI.

    6.2.   Effett ta’ fatturi oħra

    6.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    (134)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti li jiġġustifikaw bdil fis-sejbiet provviżorji qed jiġi kkonfermat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma setgħu kienu xejn aktar għajr kontribut negliġibbli għad-dannu mġarrab mill-industrija Komunitarja.

    6.2.2.   L-iżvilupp tad-domanda

    (135)

    Parti interessata waħda saħqet li t-tnaqqis fid-domanda bejn l-2007 u l-PI avolja kien negliġibbli (0,5 %) xorta waħda kien jikkawża ħsara lill-industrija Komunitarja billi allega li żieda ipotetika ta’ 10 % fid-domanda kienet twassal għal volum addizzjonali ta’ bejgħ ta’ 205 733 tunnellati jekk l-industrija Komunitarja tkun żammet l-istess sehem mis-suq ta’ 29,8 % li kellha fil-PI.

    (136)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-asserzjonijiet li għamlet din il-parti kienu bbażati fuq assunzjonijiet wiesa’ u mhux sostanzjati. Barra minn hekk, minħabba li bejn l-2007 u l-PI, is-sehem mis-suq tal-industrija Komunitarja żdied b’2,8 % punti perċentwali, dan tabilħaqq jappoġġa l-konklużjoni fil-premessa (223) tar-Regolament provviżorju li l-ħsara li ġarrbet l-industrija Komunitarja ma tistax tiġi attribwita għal dan it-tnaqqis żgħir fid-domanda bejn l-2007 u l-PI. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward l-iżvilupp tad-domanda fis-suq tal-Komunità, il-premessa (223) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

    6.2.3.   Deċiżjonijiet tal-Politika Pubblika

    (137)

    Parti waħda interessata tenniet l-asserzjoni tagħha li l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ taxxi fuq l-enerġija fil-Ġermanja, għandha mnejn influwenzat b’mod negattiv il-qagħda ekonomika tal-produtturi Komunitarji li jfornu is-suq billi minħabba dawn il-miżuri d-domanda għall-bijodiżil B100 li jirrappreżenta għallinqas 1,5 miljun tunnellati kien jikkollassa. Saħqet ukoll, bi tweġiba għas-sejbiet tal-investigazzjoni stipulati fil-premessa (225) tar-Regolament provviżorju, li anki jekk l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ taħlit ta’ 4,4 % għad-diżil imqiegħed fis-suq Ġermaniżi għal skopijiet ta’ trasport (B5) kien jikkompensa għat-telf allegat fil-bejgħ ta’ B100, il-livelli tal-prezzijiet ta’ B100 kienu differenti minn dawk tal-bijodiżil maħsub għat-taħlitiet B5. Hija allegat li B100 kien prodott biss mill-materja bażika taż-żerriegħa tal-kolza l-iktar għoli, filwaqt li l-bijodiżil B5 minn varjetà ta’ materja bażika, u għalhekk kellu influwenza negattiva fuq il-prezz medju tal-produtturi Komunitarji.

    (138)

    F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li, bil-maqlub għall-allegazzjonijiet li għamlet din il-parti, l-investigazzjoni wriet li l-volumi tal-bejgħ tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun li jfornu s-suq Ġermaniż żdiedu b’68 % bejn l-2006 u l-PI, li tabilħaqq jikkonferma s-sejba provviżorja li kull telf fuq il-bejgħ tal-B100 ġew ikkumpensati mir-rekwiżit mandatorju tat-taħlit. Innutat ukoll li l-introduzzjoni tal-EUR 0,09 kull litru ta’ bijodiżil mill-1 ta’ Awwissu 2006 ma wassalx għall-kollass tas-suq kif allegat din il-parti, iżda tabilħaqq, il-bejgħ ta’ B100 naqsu sewwa fl-aħħar kwart tal-PI meta din it-taxxa kompliet tiżdied għal Euro 0,15 kull litru mill-1 ta’ Jannar 2008. Fir-rigward tal-effett fuq il-prezzijiet, l-allegazzjonijiet li għamlet din il-parti ma kinux ġustifikati billi l-bijodiżil użat għaż-żewġ tipi ta’ prodotti kellu jikkonforma mal-istess standards li jfisser li kemm fiż-żewġ fjuwils tal-bijodiżil, setgħet tintuża l-istess taħlita ta’ materja prima li jfisser li ma kienx hemm differenzjazzjoni ppruvata fil-prezz bejn iż-żewġ tipi ta’ bijodiżil. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    (139)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar id-deċiżjonijiet tal-politika pubblika, il-premessa (226) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

    6.2.4.   Kapaċità ta’ produzzjoni wieqfa tal-produtturi Komunitarji

    (140)

    Parti interessati waħda, filwaqt li aċċettat li r-rati tal-użu tal-kapaċità baqgħu pjuttost għoljin għall-produtturi Komunitarji fil-kampjun, saħqet li l-kapaċità żejda tal-produtturi Komunitarji fil-kampjun xorta tkun kawża ta’ ħsara minħabba li tirriżulta fi spejjeż fissi ogħla li jkollhom effett negattiv fuq il-profittabilità. Hija saħqet ukoll li ż-żieda fil-valur nett tal-assi tal-produtturi msemmija kienet tirriżulta f’żidiet fl-ispejjeż fissi billi d-deprezzament u l-ispejjeż finanzjarji kienu jkun ogħla.

    (141)

    F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li mill-analiżi dettaljata tat-tqassim tal-ispejjeż varjabbli u fissi fl-istruttura tal-ispejjeż tal-industrija Komunitarja, ġie stabbilit li s-sehem tal-ispejjeż fissi jirrappreżenta biss 6 % tal-ispejjeż globali (il-premessa 228 tar-Regolament provviżorju). Barra minn hekk, ta’ min jinnota li din l-analiżi wriet flussi mhux sinifikanti f’dan il-perċentwali fil-perjodu analizzat. Fir-rigward tal-asserzjoni dwar l-effett fuq il-profittabilità kkawżat miż-żieda tal-valur nett tal-assi, ta’ min jinnota li ż-żieda fl-ispejjeż f’termini assoluti, ma twassalx awtomatikament għal żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni unitarja billi din tiddependi fuq il-volum tal-produzzjoni li, kif muri fit-Tabella 4 tar-Regolament provviżorju, żdiedet kostantament fil-perjodu analizzat. Għalhekk, spejjeż fissi ogħla f’termini assoluti ġew attribwiti lil volum ogħla ta’ produzzjoni li rriżulta fit-tqassim imsemmi fuq tal-ispejjeż fissi f’rabta mal-ispejjeż globali. Abbażi ta’ dan, l-asserzjoni ta’ din il-parti interessata ma setgħetx tintlaqa’.

    (142)

    L-istess parti allegat li l-kapaċità żejda totali tal-produtturi Komunitarji għandha impatt dirett fuq il-prezzijiet billi jkun hemm ġlieda ħarxa bejn il-produtturi biex jirbħu l-kuntratti sal-ispejjeż marġinali u għalhekk, il-produtturi b’rati għoljin ta’ użu kellhom ikunu l-aktar aggressivi fil-bejgħ tagħhom biex ibiegħu taħt il-prezz tal-kompetituri tagħhom. B’appoġġ għal din l-asserzjoni, bagħtet stqarrija ta’ kumpanija waħda fil-kampjun lid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha tas-sena 2007.

    (143)

    L-allegazzjonijiet, madankollu, ta’ din il-parti ma kinux appoġġati b’evidenza billi ma saret ebda referenza lill-ġlieda allegata tal-prezzijiet minħabba l-kapaċità żejda f’din id-dikjarazzjoni. Din l-istqarrija minflok irreferiet għaż-żieda mill-gvern Ġermaniż tat-taxxa tal-enerġija fuq il-bijodiżil B100 mill-1 ta’ Jannar 2008 li stimulat il-kompetizzjoni mis-suq tal-bijodiżil B5. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, it-talba kellha tiġi rrifjutata.

    (144)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward kapaċità mhux użata tal-produtturi tal-Komunità, il-premessi (227) sa (230) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    6.2.5.   Domanda akbar għall-materja bażika agrikola u l-prezzijiet li qegħdin jiżdiedu

    (145)

    Parti interessata waħda u l-gvern tal-Istati Uniti saħqu li ebda wieħed mill-argumenti fil-premessi (231) sa (235) tar-Regolament provviżorju ma jindirizza l-kwistjoni li l-prezzijiet taż-żejt tas-sojja, iż-żejt tal-palm u l-kanola fl-Istati Uniti mill-2004 dejjem baqgħu orħos mill-prezzijiet għaż-żerriegħa tal-kolza fil-Komunità li jagħti vantaġġ kompetittiv kbir lill-bijodiżil impurtat mill-Istati Uniti.

    (146)

    Wieħed irid jiftakar li l-investigazzjoni trid tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet sussidjati (fir-rigward tal-prezzijiet u l-volum) ikkawżawx ħsara materjali lill-industrija Komunitarja jew jekk dik il-ħsara materjali kinetx dovuta għal fatturi oħra. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku jiddikjara li jeħtieġ li jintwera li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati jikkawża dannu. Għalhekk sempliċement jirreferi għal differenza bejn il-livelli tal-prezzijiet, u b’hekk mhemm l-ebda rekwiżit li jiġu analizzati l-fatturi li jaffettwaw il-livell ta’ dawk il-prezzijiet.

    (147)

    Fil-prattika, l-effett ta-importazzjonijiet sussidjati fuq il-prezzijiet tal-industrija Komunitarja essenzjalment ġie eżaminat billi ġie stabbilit it-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali, id-depressjoni tal-prezzijiet u s-sopressjoni tal-prezzijiet. Għal dan l-għan, jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni sussidjati u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni li ntużaw għall-kalkoli tad-dannu f’ċerti każi jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jiġu aġġustati sabiex ikun hemm bażi komparabbli. Konsegwentement, l-użu ta’ aġġustamenti f’dan il-kuntest jiżgura biss li d-differenza fil-prezzijiet tiġi stabbilita fuq bażi paragunabbli. Minn dan, joħroġ ċar li l-prezzijiet tal-materja prima fil-pajjiż esportatur ma jistgħux fil-prinċipji jkunu fattur ieħor tal-ħsara.

    (148)

    Dak li ngħad hawn fuq ġie kkonfermat ukoll mill-kliem tal-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku, li jirreferi għal fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet sussidjati. Il-lista tal-fatturi l-oħra magħrufa f’dan l-Artikolu ma tagħmel referenza għall-ebda fattur li jaffettwa l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati. Fi ftit kliem, jekk l-importazzjonijiet sussidjati, u anki jekk ibbenefikaw minn żvilupp favorevoli fil-prezzijiet tal-materja prima, ma jitqiesx li dan l-iżvilupp jista’ jkun fattur ieħor li jikkawża dannu.

    (149)

    B’hekk, l-analiżi tal-fatturi li jaffettwaw il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati, bħall-vantaġġ kompetittiv allegat minħabba l-prezzijiet orħos tal-materja prima, ma tistax tkun konklużiva u tali analiżi tmur lilhinn mir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku.

    (150)

    Madankollu, u mingħajr ħsara għal li ntqal hawn fuq, ta’ min ifakkar li ż-żieda ġenerali fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli madwar id-dinja seħħet fil-PI u li ż-żieda fil-prezz taż-żejt tas-sojja (is-sustanza ewlenija użata mill-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat) kienet ikbar miż-żieda taż-żejt tal-kolza fl-istess perjodu. Madankollu, dawn iż-żidiet fl-ispejjeż fl-Istati Uniti ma ġewx riflessi fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet sussidjati fis-suq Komunitarju b’riżultat li l-prezzijiet tagħhom kienu ħafna orħos minn tal-industrija Komunitarja.

    (151)

    Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    (152)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward iż-żieda fid-domanda għall-materja bażika u ż-żieda fil-prezzijiet, il-premessi (231) sa (238) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    6.2.6.   Żvilupp fil-prezz tad-diżil minerali

    (153)

    Parti interessata waħda tenniet l-asserzjoni tagħha (ara l-premessa 236 tar-Regolament provviżorju) u kompliet targumenta li l-prezzijiet tad-diżil minerali jagħmel limitu sa liema l-produtturi tal-bijodiżil ma jkunux jistgħu jżidu l-prezzijiet tagħhom f’konformità maż-żidiet fil-materja bażika

    (154)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-produtturi Komunitarji kollha kienu qed ifornu swieq fejn jeżistu limiti mandatorji ta’ taħlit. Barra minn hekk, il-bijodiżil kien soġġett għat-tnexxija tat-taxxi f’ħafna mill-Istati Membri li jfisser li l-prezz tiegħu huwa komparabbli mal-prezz tad-diżil minerali b’żieda ta’ fattur biex titqies it-taxxa fuq l-enerġija li dan tal-aħħar huwa soġġett għaliha. Dan ifisser li filwaqt li wieħed jista’ jaċċetta ċerta korrelazzjoni bejn il-prezzijiet taż-żejt, l-investigazzjoni stabbiliet li għar-raġunijiet imsemmija fuq, il-bijodiżil jista’ tabilħaqq jinbiegħ bi prezzijiet ogħla mid-diżil minerali. Barra minn hekk, din il-parti ma bagħtitx evidenza konvinċenti li wriet li l-prezzijiet tad-diżil minerali li kienu f’livelli għolja ħafna fit-tieni nofs tal-PI tefgħu pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bijodiżil tal-produtturi Komunitarji fil-PI.

    (155)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-iżvilupp tal-prezz tad-diżil minerali, qed jiġi konkluż li dan il-fattur ma kkawżax ħsara lill-industrija Komunitarja.

    6.2.7.   L-importazzjoni tal-lok tal-impjanti tal-bijodiżil fil-Komunità

    (156)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward fejn jinsabu l-impjanti tal-bijodiżil fil-Komunità, il-premessi (239) sa (241) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    6.2.8.   Produtturi relatati mal-esportaturi tal-Istati Uniti

    (157)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward l-impatt tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti mill-produtturi marbuta mal-esportaturi tal-Istati Uniti, il-premessa (242) tar-Regolament provviżorju hija kkonfermata.

    6.2.9.   Il-konklużjoni dwar il-kawża tad-danni

    (158)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi (243) sa (245) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    7.   INTERESS KOMUNITARJU

    7.1.   Industrija Komunitarja

    (159)

    Wara l-iżvelar provviżorju, il-produtturi tal-industrija Komunitarja approvaw is-sejbiet tal-Kummissjoni u kkonfermaw li l-miżuri jkunu fl-interess tagħhom.

    (160)

    Parti interessata waħda saħqet li l-miżuri ma jkunux fl-interess tal-industrija tal-Komunità billi l-miżuri se jirriżultaw f’bidla fil-flussi kummerċjali, jiġifieri qalba lejn importazzjonijiet minn pajjiżi mhux koperti mill-miżuri, billi i) l-operaturi tas-suq Komunitarju se jkomplu jeħtieġu bijodiżil orħos abbażi taż-żejt tas-sojja u tal-palm sabiex jikkomplementawha bil-bijodiżil iktar għoli taż-żerriegħa tal-kolza li hija prodotta mill-industrija Komunitarja u ii) billi l-bijodiżil taż-żejt tal-kolza mhux se jkun biżżejjed biex ikopri d-domanda.

    (161)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li filwaqt li l-materja bażika ewlenija użata mill-produtturi tal-industrija Komunitarja hija ż-żerriegħa tal-kolza, l-istess produtturi ma jserrħux biss fuq din il-materja bażika għall-produzzjoni tal-bijodiżil iżda wkoll fuq materja bażika oħra bħaż-żejt tas-sojja u tal-palm. Madankollu, minħabba li ħafna drabi l-prezz ta’ materja bażika oħra jkun ogħla mill-prezz tal-importazzjonijiet sussidjati tal-bijodiżil abbażi ta’ din il-materja bażika, il-produtturi tal-industrija Komunitarji tneħħitilhom il-possibilità li jużaw iż-żejt tas-sojja u tal-palm fuq skala ikbar. Għalhekk, huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri tirrestawra l-kundizzjonijiet normali tas-suq f’dan ir-rigward u l-produtturi tal-industrija Komunitarja jkunu jistgħu jadattaw b’mod iktar effiċjenti l-produzzjoni tagħhom għat-tipi differenti ta’ bijodiżil meħtieġ fis-suq Komunitarju. Fuq din il-bażi, l-asserzjoni ma ntlaqgħetx.

    (162)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward l-interess tal-industrija tal-Komunità, il-premessi (247) sa (249) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

    7.2.   Importaturi/kummerċjanti indipendenti fil-Komunità

    (163)

    Fin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-importaturi wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, qed jiġi konklużi li l-effett tal-miżuri aktarx ma jkollux impatt materjali fuq l-importaturi/ il-kummerċjanti.

    7.3.   Utenti fil-Komunità

    (164)

    Fin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-utenti wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, qed jiġi konklużi li d-dazji kumpensatorji aktarx ma jkollhomx impatt materjali fuq l-utenti.

    7.4.   Fornituri ta’ materja prima fil-Komunità

    (165)

    Fin-nuqqas ta’ reazzjoni mill-fornituri wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, il-premessi (256) sa (258) tar-Regolament provviżorju huma ikkonfermati.

    7.5.   Interessi oħrajn

    (166)

    Wara l-iżvelar provviżorju, parti interessata waħda stqarret li l-manifatturi tal-karozzi li investew fil-produzzjoni ta’ vetturi aġġustati għall-użu tal-bijodiżil jistgħu ma jkunux jistgħu japprofittaw mill-investimenti tagħhom billi jbiegħu dawn il-vetturi jekk il-prezzijiet tal-bijodiżil fil-Komunità jogħlew minħabba l-miżuri għal livelli li ma jkunux kompetittivi ma’ dawk tad-diżil minerali.

    (167)

    F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-possibilità allegata minn din il-parti setgħet isseħħ anki mingħajr il-miżuri, jiġifieri l-prezzijiet tad-diżil minerali (li jiddependu fuq il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat) jistgħu jonqsu għal livelli li jagħmluhom ħafna iktar kompetittivi mill-bijodiżil. Għalhekk, jidher mhux raġonevoli li wieħed jissuġġerixxi li l-industrija tal-karozzi għamlet investimenti mingħajr ma qieset dan il-parametru. Għalhekk, din il-klejm ġiet irrifjutata.

    (168)

    Wara l-iżvelar provviżorju, assoċjazzjoni waħda tal-bdiewa tal-UE esprimiet l-appoġġ tagħha u indikat li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil tal-Istati Uniti telfu lill-produtturi tal-UE taż-żerriegħa taż-żejt minn madwar 6 miljun tunnellata ta’ żerriegħa taż-żejt jew madwar 11 % tal-produzzjoni tal-UE fl-2007 u l-2008 taż-żerriegħa taż-żejt, u waslu għal tnaqqis ta’ 90 EUR għal kull tunnellata fil-valur potenzjali taż-żerriegħa tal-kolza użata għal skopijiet mhux gastronomiċi. Dawn l-aħħar kummenti, madankollu, ma setgħu jiġu vverifikati.

    7.6.   Effetti li jfixklu l-kompetizzjoni u l-kummerċ

    (169)

    Parti interessata waħda tenniet il-kummenti tagħha dwar l-inkoerenza tal-miżuri kumpensatorji mal-politika tal-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-użu tal-bijofjuwils. Hija żiedet li l-Unjoni Ewropea ma tistax biss tiddependi fuq il-bijodiżil ibbażat fuq iż-żerriegħa tal-kolza prodott fil-Komunità biex tiżviluppa s-suq tal-bijodiżil tagħha.

    (170)

    Filwaqt li dan il-kumment ġie indirizzat fit-taqsima 7.6 tar-Regolament provviżorju, għall-kwistjoni tal-bijodiżil taż-żerriegħa tal-kolza imqajma minn din il-parti, issir referenza wkoll għall-premessa (161) hawn fuq.

    (171)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward effetti ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-premessi (259) sa (261) tar-Regolament provviżorju huma kkonfermati.

    7.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

    (172)

    Meta jitqies dak li ngħad aktar ‘il fuq, qed jiġi konkluż li f’dan il-każ m’hemm l-ebda raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji.

    8.   MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

    8.1.   Livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara

    (173)

    Kumpanija waħda saħqet li, fir-rigward tal-iffissar tal-marġini tad-dannu tagħha fil-livell tal-ogħla marġini tad-dannu misjub għall-kumpaniji fil-kampjun (ara l-premessi (268) sa (270) tar-Regolament provviżorju), hija offriet li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi kkalkulat il-marġini tagħha stess. Barra minn hekk, il-kumpanija kienet lesta tippermetti żjara fuq il-post tas-sussidjarja tal-kumpanija. IL-kumpanija bagħtet tgħid li din l-istedina għadha miftuħa.

    (174)

    Wara li rċeviet it-tweġiba ta’ din il-kumpanija għar-rispons fuq il-kwestjonarju wara l-bidu tal-proċediment, ġie nnutat li kien hemm ċerti nuqqasijiet fl-informazzjoni fir-rigward tal-bejgħ tal-esportazzjoni lill-Komunità u l-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat tagħha fil-Komunità. Il-kumpanija ntalbet tipprovdi l-informazzjoni kkonċernata fi skadenza speċifikata iżda l-kumpanija ma weġbitx għat-talba. Il-kumpanija mbagħad ġiet mgħarrfa li, skont kif imniżżel fil-premessa (268) tar-Regolament provviżorju, jekk it-tagħrif mitlub ma jingħatax, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, it-tagħrif nieqes ipprovdut fir-rispons tal-kwestjonarju tagħha jista’ ma jitqiesx. Il-kumpanija għarrfet dwar il-konsegwenzi tal-kooperazzjoni parzjali tagħha u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Il-kumpanija wieġbet kważi ġimagħtejn wara l-iskadenza preskritta billi qalet, fost oħrajn, li l-kumpanija “se tibgħat urġentement l-informazzjoni mitluba”. Madankollu, l-informazzjoni mitluba qatt ma ngħatat mill-kumpanija.

    (175)

    Fid-dawl ta’ hawn fuq, huwa kkonfermat li l-livell ta’ eliminazzjoni ta’ dannu għal din il-kumpanija jiġi stipulat fil-livell tal-ogħla marġini ta’ dannu li nstab għall-kumpaniji fil-kampjun.

    (176)

    Għadd ta’ partijiet interessati u l-GSU kkuntestaw id-determinazzjoni provviżorja li marġini ta’ profitt ta’ 15 % ikun il-marġini ta’ profitt li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

    (177)

    Parti interessata waħda qalet li l-marġini ta’ profitt għall-industrija tal-Komunità użat għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara għandu jkun stabbilit fil-livell ta’ profitt imwettaq mill-industrija tal-Komunità matul il-PI, jiġifieri, 5,7 % billi dan il-marġini ta’ profitt ikun fil-firxa ta’ profitti miksuba għall-prodotti bħall-bijodiżil. B’appoġġ għal din il-klejm, qed issir referenza għall-profitti miksuba mill-produtturi tal-Istati Uniti għall-etanol, żjut veġetali u raffinerji petrolifiċi.

    (178)

    Ta’ min jinnota li l-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-profitt li l-industrija tista’ tistenna li tikseb b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fuq is-suq tal-Komunità. F’investigazzjoni partikolari, il-profitt miksub fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat jista’ jiġi raġonevolment ikkunsidrat bħala l-profitt miksub fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati. Tabilħaqq, f’dan il-każ speċifiku, fis-snin bikrija tal-perjodu kkunsidrat (2004-2006) l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti qatt ma kellhom sehem mis-suq ikbar minn 1 % u għalhekk jista’ jiġi raġonevolment konkluż li dawn il-perjodi kienu kkaratterizzati min-nuqqas ta’ importazzjonijiet sussidjati. Għalhekk, il-profitt medju miksub f’dawn il-perjodi mill-industrija Komunitarja tqiesu bħala bażi raġonevoli għad-determinazzjoni tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara filwaqt li tqies ukoll il-bżonn li jiġi ggarantit l-investiment fil-produzzjoni ta’ din l-industrija ġdida. Barra minn hekk, u b’rabta mal-klejm li għamlet il-parti interessata, l-investigazzjoni wriet li l-profitti miksuba mill-ikbar produtturi esportaturi tal-Istati Uniti għall-operazzjonijiet domestiċi tagħhom tal-bijodiżil kienu ’l fuq sewwa mill-profitt użat għad-determinazzjoni tal-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, it-talba kellha tiġi rrifjutata.

    (179)

    Ċerti klejms minn kumpaniji tal-Istati Uniti dwar il-konverżjoni tad-dazji ad valorem f’dazji ta’ ammonti fissi, deskritti fil-premessa (185) hawn taħt, żvelaw li l-ammont ad valorem tar-roħs fil-prezz ġie kkalkulat bħala l-proporzjon bejn it-total tar-roħs u l-prezz CIF aġġustat (ara l-aġġustament imsemmi fil-premessa (109)), filwaqt li l-prezz CIF mhux aġġustat kellu jintuża kif sar biex jiġi kkalkulat il-marġini tad-dumping ad valorem. Għalhekk, il-livelli kollha ad valorem tal-eliminazzjoni tal-ħsara ġew ikkalkulati mill-ġdid għall-kumpaniji tal-Istati Uniti.

    (180)

    Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra wara l-iżvelar provviżorju, l-istess metodoloġija msemmija fil-premessi (266) u (267) tar-Regolament provviżorju ntużat biex ikunu kkalkolati l-prezzijiet li ma jikkawżawx ħsara. Il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara ġiet ikkalkulata bħala perċentwali tal-valur totali CIF tal-importazzjoni mhux aġġustat.

    8.2.   Forma u livell ta’ dazji

    (181)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq u skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju definittiv kumpensatorju f’livell għoli biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet sussidjati mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ sussidjar misjub.

    (182)

    Fid-dawl tal-kummenti li waslu minn ċerti partijiet interessati wara l-iżvelar provviżorju u fid-dawl tar-reviżjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, ċerti marġini ġew emendati.

    (183)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju kumpensatorju ġew stabbiliti permezz ta’ qbil bejn il-marġini ta’ eliminazzjoni ta’ dannu u l-marġini ta’ sussidju. Għaldaqstant, id-dazju kumpensatorju propost huwa kif ġej:

    Kumpanija

    Marġini ta’ dannu

    Marġini ta’ sussidju

    Rata tad-dazju kumpensatorju

    Archer Daniels Midland Company

    54,5  %

    35,1  %

    35,1  %

    Cargill Inc.

    64,4  %

    34,5  %

    34,5  %

    Green Earth Fuels of Houston LLC

    51,3  %

    39,0  %

    39,0  %

    Imperium Renewables Inc.

    41,6  %

    29,1  %

    29,1  %

    Peter Cremer North America LP

    77,2  %

    41,0  %

    41,0  %

    Vinmar Overseas Limited

    76,4  %

    41,1  %

    41,1  %

    World Energy Alternatives LLC

    46,1  %

    37,6  %

    37,6  %

    Kumpaniji li kkooperaw iżda mhux fil-kampjun

    56,2  %

    36,0  %

    36,0  %

    (184)

    Fid-dawl tal-fatt li d-dazju kumpensatorju għandu japplika għal taħlitiet li fihom bil-piż aktar minn 20 % ta’ bijodiżil, fi proporzjon mal-kontenut tagħhom ta’ bijodiżil, qed jitqies meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jiddeterminaw id-dazji bħala ammonti fissi fuq il-bażi tal-kontenut tal-bijodiżil.

    (185)

    Ċerti partijiet ikkuntestaw il-metodoloġija użata biex ir-rati tad-dazju ad valorem jiġu kkonvertiti f’dazji fl-għamla ta’ ammonti fissi. Huma saħqu li l-valuri CIF li kellhom jintużaw għall-konverżjoni ta’ dazju ad valorem f’ammont fiss kellhom ikunu l-valuri CIF effettivi u mhux dawk aġġustati biex jitqiesu d-differenzi tal-materja bażika deskritti fil-premessi (185) u (186) tar-Regolament provviżorju.

    (186)

    Din il-klejm ġiet eżaminata u tabilħaqq instab li l-valuri CIF aġġustati ntużaw għall-konverżjoni tad-dazji ad valorem f’dazji ta’ ammonti fissi. Madankollu, instab ukoll li ntużaw l-istess valuri bħala l-bażi għall-espressjoni tal-ammont tar-roħs fil-prezz bħala dazju ad valorem. Għalhekk, kellha ssir korrezzjoni waħda biex l-ammont tar-roħs fil-prezz jiġi espress bħala perċentwali tal-totali effettiv tal-valur CIF tal-importazzjoni. Fuq din i-bażi, il-marġinijiet tad-dannu ġew riveduti skont dan. Il-kalkolu sussegwenti tar-rati tad-dazju b’ammont fiss, madankollu, ma weriex differenza mir-rati tad-dazju li jidhru fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament provviżorju billi d-dazju ad valorem ogħla kien kumpensat eżattament mit-tnaqqis tal-prezzijiet CIF (minn aġġustati għal effettivi) użati għall-konverżjoni tal-espressjoni tal-aħħar f’dazji fissi.

    (187)

    Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet waqt l-investigazzjoni rigward dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju nazzjonali applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u magħmula mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifikati msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    (188)

    Kwalunkwe talba gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju kumpensatorju gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem tal-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (11) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak tal-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u ta’ bejgћ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi mbagħad emendat skont dan billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

    (189)

    Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti essenzali u konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li tirrakkomanda l-impożizzjoni ta’ taxxi kompensatorji definittivi. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu appelli wara dan l-iżvelar. Il-kummenti mressqa mill-partijiet tqiesu sewwa, u, fejn xieraq, is-sejbiet inbidlu skont dan.

    8.3.   Impenji

    (190)

    Ċerti produtturi esportaturi tal-Istati Uniti li kkooperaw offrew impenji tal-prezz skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Ġie nnutat li fid-dawl tal-varjazzjonijiet sinifikanti tal-prezz tal-materja prima, il-prodott ma jitqiesx li huwa adatt għall-impenn ta’ prezz fiss. F’dan il-kuntest, il-kumpaniji pproponew li l-prezzijiet minimi tal-importazzjoni (PIMs) jiġu indiċjati regolarment b’relazzjoni mal-varjazzjonijiet tal-prezzijiet taż-żejt taż-żerriegħa tal-kolza. Barra minn hemm, offrew PIMs għal tliet tipi biex titqies il-varjetà tal-prodott fl-importazzjoni (bijodiżil mis-sojja, il-palma jew il-kanola) fuq il-bażi tal-koeffiċjenti tal-materja bażika stabbiliti fil-PI.

    (191)

    Fir-rigward tal-offerti tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, qed jiġi nnutat li l-bażi biex fuqha jiġi stabbilit PIM indiċjat kien f’medja ta’ bejn 7-8 % inqas mill-prezz mhux dannuż stabbilit matul il-PI. Barra minn hekk, il-koeffiċjenti proposti biex wieħed jasal għal PIMs aġġustati għat-tipi msemmija hawn fuq ma kinux rilevanti għax kienu jikkonċernaw il-PI. Tabilħaqq, fid-dawl tal-fatt li dawn il-koeffiċjenti, li jiddependu fuq id-differenza fil-prezz bejn il-materja bażika, ivarjaw kontinwament, dawn il-koeffiċjenti jistgħu jkunu nbidlu sewwa meta mqabbel mas-sitwazzjoni osservata matul il-PI. Għalhekk, l-indiċjar propost ta’ PIMs għall-bijodiżil tas-sojja jew iż-żejt tal-palma fuq il-bażi tal-varjazzjonijiet fil-prezz taż-żejt taż-żerriegħa tal-kolza ma tqiesx wieħed xieraq billi dan ikun ibbażat fuq l-evoluzzjoni tal-prezzijiet ta’ materja prima differenti minn dik użata għall-produzzjoni tal-prodott esportat ikkonċernat.

    (192)

    Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u mingħajr referenza għal ebda kwistjoni prattika oħra speċifika għall-kumpaniji dwar l-aċċettanza tagħhom, tqies li l-impenji ma setgħux jintlaqgħu billi l-metodu biex il-PIMs jiġu ddeterminati ma kienx adatt u l-PIMs offruti ma kinux f’livelli li jeliminaw is-sussidji dannużi.

    8.4.   Il-ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji u s-sorveljanza speċjali

    (193)

    Wara l-iżvelar tas-sejbiet finali, l-ilmentatur talab miżuri speċjali biex il-miżuri ma jiġux evitati fid-dawl tal-fatt li s-suq ikkonċernat huwa suq tal-prodotti globali bi prodott funġibbli li jinbiegħ b’diversi modi differenti ta’ bejgħ.

    (194)

    Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, tabilħaqq jitqies xieraq li l-importazzjonijiet tal-bijodiżil jiġu ssorveljati mill-qrib mid-destinazzjonijiet kollha, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-azzjoni rapida jekk is-sitwazzjoni tkun tirrikjediha.

    (195)

    Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ sussidji li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara ikkaġunata lill-industrija tal-Komunità, jitqies meħtieġ li l-ammonti li nġabru permezz tad-dazju kumpensatorju provviżorju, impost bir-Regolament provviżorju, għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti miġbura b’mod provviżorju li jkunu ogħla mir-rata definittiva ta’ dazji kumpensatorji għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti assigurati fil-livell ta’ dazji provviżorji biss għandhom jinġabru b’mod definittiv,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan qed jiġi impost dazju definittiv kumpensatorju fuq l-importazzjoniet ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew ta’ nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, magħrufa b’mod komuni bħala “bijodiżil”, f’forma pura jew f’taħlita li jkun fih bil-piż aktar minn 20 % ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u/jew ta’ nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew permezz ta’ trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili, li bħalissa jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209820), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009120), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009920), ex 2710 19 41 (kodiċi TARIC 2710194120), 3824 90 91, ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 3824909787), li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika.

    2.   Ir-rata ta’ dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji t’hawn taħt għandha tkun:

    Kumpanija

    Rata tad-dazju kumpensatorju - Euro għal kull tunnellata metrika netta

    Kodiċi addizjonali TARIC

    Archer Daniels Midland Company, Decatur

    237,0

    A933

    Cargill Inc., Wayzata

    213,8

    A934

    Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

    213,4

    A935

    Imperium Renewables Inc., Seattle

    216,8

    A936

    Peter Cremer North America LP, Cincinnati

    211,2

    A937

    Vinmar Overseas Limited, Houston

    211,2

    A938

    World Energy Alternatives LLC, Boston

    211,2

    A939

    Kumpaniji elenkati fl-Anness

    219,4

    Ara l-Anness

    Il-kumpaniji l-oħra kolla

    237,0

    A999

    Id-dazju kumpensatorju fuq it-taħlitiet għandu jkun applikabbli bħala proporzjon fit-taħlita, bil-piż, tal-kontenut totali ta’ esteri monoalkilitiċi aċidi xaħmija u nafta paraffinika miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta’ oriġini mhux mill-fossili (il-kontenut ta’ bijodiżil).

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    L-ammonti assigurati permezz ta’ dazji kumpensatorji provviżorji skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/2009 fuq importazzjonijiet ta’ bijodiżil bil-kodiċijijet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209820), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009120), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009920), ex 2710 19 41 (kodiċi TARIC 2710194120), 3824 90 91, ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 3824909787), L-ammonti assigurati li jaqbżu l-ammont tad-dazju kumpensatorju definittiv għandhom jiġu rilaxxati. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti assigurati fil-livell ta’ dazji provviżorji biss għandhom jinġabru b’mod definittiv.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. BORG


    (1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1

    (2)  ĠU L 67, 12.3.2009, p. 50.

    (3)  ĠU L 67, 12.3.2009, p. 22.

    (4)  L-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku jiddikjara li: “F’każijiet fejn kwalunkwe parti interessata tirrifjuta aċċess għal, jew inkella ma tagħtix, informazzjoni neċessarja fi żmien il-limiti ta’ żmien mogħtija f’dan ir-Regolament, jew timpedixxi l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet provviżjonali jew finali, affirmattivi jew negattivi, jistgħu jiġu magħmula fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. […]

    (5)  Mhux bħal dawk il-kumpaniji li rċevew formola tal-kampjun u ma rritornawhiex.

    (6)  Intestatura bin-numru 3826 00 biex tkopri “bijodiżil u taħlitiet tiegħu, li ma fihomx jew fihom inqas minn 70 % tal-piż taż-żjut tal-petroljum jew żjut miksuba minn minerali bituminużi”.

    (7)  “Taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jistgħux ikunu klassifikati b’referenza għal 3(a), għandhom ikunu kklassifikati daqslikieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli.”

    (8)  Kodiċijiet HTS 38 24 90 40 00 u 38 24 90 40 20

    (9)  Il-Każ T-348/05: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat v Council, l-10 ta’ Settembru 2008, paragrafi 61-63.

    (10)  Il-Każ T-348/05: JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat v Council, l-10 ta’ Settembru 2008, paragrafi 61-63.

    (11)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 04/092, 1049 Brussels, Belgium


    ANNESS

    Produtturi esportaturi tal-Istati Uniti li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun

    Isem il-Kumpanija

    Belt

    Kodiċi addizjonali TARIC

    AC & S Inc.

    Nitro

    A941

    Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

    Birmingham

    A940

    American Made Fuels, Inc.

    Canton

    A940

    Arkansas SoyEnergy Group

    DeWitt

    A940

    Arlington Energy, LLC

    Mansfield

    A940

    Athens Biodiesel, LLC

    Athens

    A940

    Beacon Energy

    Cleburne

    A940

    Biodiesel of Texas, Inc.

    Denton

    A940

    BioDiesel One Ltd

    Southington

    A940

    BioPur Inc.

    Bethlehem

    A941

    Buffalo Biodiesel, Inc

    Tonawanda

    A940

    BullDog BioDiesel

    Ellenwood

    A940

    Carbon Neutral Solutions, LLC

    Mauldin

    A940

    Central Iowa Energy LLC

    Newton

    A940

    Chesapeake Custom Chemical Corp.

    Ridgeway

    A940

    Community Fuels

    Stockton

    A940

    Delta BioFuels Inc.

    Natchez

    A940

    Diamond Biofuels

    Mazon

    A940

    Direct Fuels

    Euless

    A940

    Eagle Creek Fuel Services, LLC

    Baltimore

    A940

    Earl Fisher Bio Fuels

    Chester

    A940

    East Fork Biodiesel LLC

    Algona

    A940

    ECO Solutions, LLC

    Chatsworth

    A940

    Ecogy Biofuels LLC

    Tulsa

    A940

    ED&F Man Biofuels Inc.

    New Orleans

    A940

    Freedom Biofuels Inc.

    Madison

    A940

    Freedom Fuels LLC

    Mason City

    A941

    Fuel & Lube, LLC

    Richmond

    A940

    Fuel Bio

    Elizabeth

    A940

    FUMPA Bio Fuels

    Redwood Falls

    A940

    Galveston Bay Biodiesel LP (BioSelect Fuels)

    Houston

    A940

    GeoGreen Fuels LLC

    Houston

    A940

    Georgia Biofuels Corp.

    Loganville

    A940

    Green River Biodiesel, Inc.

    Moundville

    A940

    Griffin Industries Inc.

    Cold Spring

    A940

    High Plains Bioenergy

    Guymon

    A940

    Huish Detergents Inc.

    Salt Lake City

    A940

    Incobrasa Industries Ltd.

    Gilman

    A940

    Independence Renewable Energy Corp.

    Perdue Hill

    A940

    Indiana Flex Fuels

    LaPorte

    A940

    Innovation Fuels Inc.

    Newark

    A940

    Integrity Biofuels

    Morristown

    A941

    Iowa Renewable Energy LLC

    Washington

    A940

    Johann Haltermann Ltd.

    Houston

    A940

    Lake Erie Biofuels LLC

    Erie

    A940

    Leland Organic Corporation

    Leland

    A940

    Louis Dreyfus Agricultural Industries LLC

    Claypool

    A940

    Louis Dreyfus Claypool Holdings LLC

    Claypool

    A940

    Middle Georgia Biofuels

    East Dublin

    A940

    Middletown Biofuels LLC

    Blairsville

    A940

    Musket Corporation

    Oklahoma City

    A940

    Natural Biodiesel Plant LLC

    Hayti

    A941

    New Fuel Company

    Dallas

    A940

    North Mississippi Biodiesel

    New Albany

    A940

    Northern Biodiesel, Inc.

    Ontario

    A940

    Northwest Missouri Biofuels, LLC

    St. Joseph

    A940

    Nova Biofuels Clinton County LLC

    Clinton

    A940

    Nova Biosource

    Senaca

    A940

    Organic Fuels Ltd.

    Houston

    A940

    Owensboro Grain Company LLC

    Owensboro

    A940

    Paseo Cargill Energy, LLC

    Kansas City

    A940

    Peach State Labs Inc.

    Rome

    A940

    Perihelion Global, Inc.

    Opp

    A940

    Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

    Philadelphia

    A940

    Piedmont Biofuels Industrial LLC

    Pittsboro

    A941

    Pinnacle Biofuels, Inc.

    Crossett

    A940

    PK Biodiesel

    Woodstock

    A940

    Pleasant Valley Biofuels, LLC

    American Falls

    A940

    Prairie Pride

    Deerfield

    A941

    RBF Port Neches LLC

    Houston

    A940

    Red Birch Energy, Inc.

    Bassett

    A940

    Red River Biodiesel Ltd.

    New Boston

    A940

    REG Ralston LLC

    Ralston

    A940

    Renewable Energy Products, LLC

    Santa Fe Springs

    A940

    Riksch BioFuels LLC

    Crawfordsville

    A940

    Safe Renewable Corp.

    Conroe

    A940

    Sanimax Energy Inc.

    DeForest

    A940

    Seminole Biodiesel

    Bainbridge

    A940

    Southeast BioDiesel LLC

    Charlotte

    A941

    Soy Solutions

    Milford

    A940

    SoyMor Biodiesel LLC

    Albert Lea

    A940

    Stepan Company

    Northfield

    A941

    Sunshine BioFuels, LLC

    Camilla

    A940

    TPA Inc.

    Warren

    A940

    Trafigura AG

    Stamford

    A940

    U.S. Biofuels Inc.

    Rome

    A940

    United Oil Company

    Pittsburgh

    A940

    Valco Bioenergy

    Harlingen

    A940

    Vanguard Synfuels, LLC

    Pollock

    A940

    Vitol Inc.

    Houston

    A940

    Walsh Bio Diesel, LLC

    Mauston

    A940

    Western Dubque Biodiesel LLC

    Farley

    A940

    Western Iowa Energy LLC

    Wall Lake

    A940

    Western Petroleum Company

    Eden Prairie

    A940

    Yokaya Biofuels Inc.

    Ukiah

    A941


    Top