Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0579

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 579/2009 tat- 2 ta' Lulju 2009 li jiffissal-kwantità komplementari ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġna fl-Istati tal-AKP u fl-Indja għall-provvista lir-raffineriji fil-perjodu mill- 1 ta’ Ottubru 2008 sat- 30 ta’ Settembru 2009

    ĠU L 173, 3.7.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/579/oj

    3.7.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 173/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 579/2009

    tat-2 ta' Lulju 2009

    li jiffissal-kwantità komplementari ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġna fl-Istati tal-AKP u fl-Indja għall-provvista lir-raffineriji fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 153(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 153(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li, matul is-snin tal-kummerċ 2008/2009, u sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji Komunitarji, id-dazji fuq l-importazzjoni fuq kwantità komplementari tal-importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat li joriġina fl-Istati msemmija fl-Anness XIX għal dak ir-Regolament għandhom ikunu sospiżi.

    (2)

    Dik il-kwantità komplementari għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u għall-irfinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali (2), abbażi ta’ previżjoni Komunitarja ta’ bilanċ ta’ provvista għaz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat. Għas-sena kummerċjali 2008/2009, il-bilanċ jindika l-ħtieġa għall-importazzjoni ta’ kwantità komplementari ta’ zokkor tal-kannamieli mhux raffinat sabiex jinqdew il-bżonnijiet ta’ provvista tar-raffineriji Komunitarji.

    (3)

    Biex ikun żgurat li r-raffineriji fi ħdan il-Komunità jkollhom provvista suffiċjenti ta’ zokkor għall-bżonnijiet ta’ provvista tradizzjonali tagħhom, il-kwantità komplementari għandha tkun allokata bejn il-pajjiżi terzi konċernati b’tali mod li tkun żgurata provvista sħiħa. Għall-Indja, jitqies xieraq li tinżamm kwantità inizjali ta’ 10 000 tunnellata. Rigward il-bqija tal-bżonn ta’ provvista, kwantità globali għandha tiġi stabbilita għall-Istati AKP, li flimkien impenjaw ruħhom li jimplimentaw huma stess proċeduri għall-allokazzjoni tal-kwanititajiet sabiex tkun żgurata provvista adegwata lir-raffineriji.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009, il-kwantità komplementari taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat lest għar-raffinar koperta bil-kodiċi NM 1701 11 10, kif imsemmija fl-Artikolu 153(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandha tkun:

    (a)

    127 547 tunnellata espressi bħala zokkor abjad li joriġina fl-Istati elenkati fl-Anness XIX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 minbarra l-Indja;

    (b)

    10 000 tunnellata espressi bħala zokkor abjad li joriġina fl-Indja.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


    Top