EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0184

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 184/2009 tas- 6 ta' Marzu 2009 li jemenda għall-104 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

ĠU L 63, 7.3.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/184/oj

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 184/2009

tas-6 ta' Marzu 2009

li jemenda għall-104 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan, (1) u b’ mod partikolari fl-ewwel inċiż tiegħu tal-Artikolu 7(1),

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' Diċembru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni naturali u legali, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu erba' persuni mal-lista fid-dawl tal-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet dwar l-emendi ġew ipprovduti lill-Kummissjoni.

(3)

L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(5)

Ladarba l-lista tan-NU ma tipprovdix l-indirizzi kurrenti għal xi wħud mill-persuni naturali kkonċernati, għandu jiġi ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u l-Kummissjoni tkun tista' sussegwentement tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament lill-persuni naturali kkonċernati, tipprovdihom bl-opportunità li jikkummentaw dwar dawn ir-raġunijiet u tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u tal-informazzjoni addizzjonali li tista' tingħata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(1)

Haji Muhammad Ashraf (alias Haji M. Ashraf). Data tat-twelid: 1.3.1965. Ċittadinanza: Pakistan. Numru tal-passaport: A-374184 (Pakistan). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 10.12.2008.

(2)

Mahmoud Mohammad Ahmed Bahaziq (alias (a) Bahaziq Mahmoud, (b) Abu Abd al-‘Aziz, (ċ) Abu Abdul Aziz, (d) Shaykh Sahib). Data tat-twelid: (a) 17.8.1943, (b) 1943, (c) 1944. Post tat-twelid: Indja. Ċittadinanza: Arabja Sawdija. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 4-6032-0048-1 (Arabja Sawdija). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 10.12.2008.

(3)

Zaki-ur-Rehman Lakhvi (alias (a) Zakir Rehman Lakvi, (b) Zaki Ur-Rehman Lakvi, (ċ) Kaki Ur-Rehman, (d) Zakir Rehman, (e) Abu Waheed Irshad Ahmad Arshad, (f) Chachajee). Indirizz: (a) Barahkoh, P.O. DO, Tehsil and District Islamabad, Pakistan (indirizz f'Mejju 2008), (b) Chak No. 18/IL, Rinala Khurd, Tehsil Rinala Khurd, District Okara, Pakistan (indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 30.12.1960. Post tat-twelid: Okara, Pakistan. Ċittadinanza: Pakistan. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 61101-9618232-1 (Pakistan). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 10.12.2008.

(4)

Muhammad Saeed (alias (a) Hafiz Muhammad, (b) Hafiz Saeed, (ċ) Hafiz Mohammad Sahib, (d) Hafez Mohammad Saeed, (e) Hafiz Mohammad Sayeed, (f) Hafiz Mohammad Sayid, (g) Tata Mohammad Syeed, (h) Mohammad Sayed, (i) Hafiz Ji). Indirizz: House No 116E, Mohalla Johar, Lahore, Tehsil, Lahore City, Lahore District, Pakistan (Mejju 2008). Data tat-twelid: 5.6.1950. Post tat-twelid: Sargodha, Punjab, Pakistan. Ċittadinanza: Pakistan. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 3520025509842-7 (Pakistan). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 10.12.2008.


Top