Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0008

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2009 tas- 7 ta’ Jannar 2009 li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill- 1 ta' Jannar 2009 sat- 2 ta' Jannar 2009 skont is-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

ĠU L 4, 8.1.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/8/oj

8.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 4/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 8/2009

tas-7 ta’ Jannar 2009

li jistipula l-koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għat-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 skont is-subkwota III fil-kuntest tal-kwota tariffarja Komunitarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għall-qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 (3) fetaħ kwota tariffarja annwali globali għall-importazzjoni ta' 2 989 240 tunnellata qamħ komuni ta' kwalità għajr dik superjuri. Din il-kwota tinqasam fi tliet subkwoti.

(2)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 jaqsam is-subkwota III (numru tas-serje 09.4125) f'erba' subperjodi trimestrali u ffissa l-kwantità ta' 594 597 tunnellata għas-subperjodu nru 1, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009.

(3)

Min-notifika skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, jirriżulta li l-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta’ Brussell, skont l-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament imsemmi, jirrigwardaw kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(4)

Jeħtieġ ukoll li ma jinħarġux aktar liċenzji għall-importazzjoni skont is-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 għas-subperjodu kurrenti tal-kwota,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kull applikazzjoni għal liċenzja għall-importazzjoni fl-ambitu tas-subkwota III imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008, imressqa mill-1 ta' Jannar 2009 sat-2 ta' Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, tagħti lok għall-ħruġ ta' liċenzja għall-kwantitajiet mitluba assenjati skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 0,979772 %.

2.   Il-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba mit-2 ta' Jannar 2009 fis-13:00, ħin ta' Brussell, fl-ambitu tas-subkwota III msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1067/2008, huwa sospiż għas-subperjodu kurrenti tal-kwota.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.


Top