Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0122

    Direttiva tal-Kummissjoni 2009/122/KE tal- 14 ta’ Settembru 2009 li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 242, 15.9.2009, p. 14–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/05/2012; Imħassar b' 32011R1007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/122/oj

    15.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 242/14


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/122/KE

    tal-14 ta’ Settembru 2009

    li temenda, għall-għanijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, l-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-ismijiet tat-tessuti (2) titlob li l-ittikkettjar ikun jindika l-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessut, filwaqt li jsiru kontrolli b’analiżi dwar il-konformità ta’ dawn il-prodotti mal-indikazzjonijiet mogħtija fuq it-tikketta.

    (2)

    Metodi uniformi għal analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta’ żewġ fibri tat-tessut huma previsti fid-Direttiva 96/73/KE.

    (3)

    Fuq il-bażi ta’ sejbiet riċenti minn grupp ta’ ħidma tekniku, id-Direttiva 2008/121/KE ġiet adattata għall-progress tekniku biż-żieda tal-fibra melamina mal-lista ta’ fibri mniżżla fl-Annessi I u V ta’ din id-Direttiva.

    (4)

    Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu mfissra metodi uniformi ta’ ttestjar għall-melamina.

    (5)

    Id-Direttiva 96/73/KE, għaldaqstant, għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għal Direttivi dwar l-Ismijiet u l-Ittikkettjar tat-Tessuti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2010. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President


    (1)  ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

    (2)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.


    ANNESS

    Il-Kapitolu 2 tal-Anness II għad-Direttiva 96/73/KE huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Metodi Speċjali – It-Tabella Sommarja tinbidel kif ġej:

    “TABELLA SOMMARJA

    Il-metodu

    Kamp ta’ applikazzjoni

    Reaġent

    Komponent li jinħall

    Komponent li ma jinħallx

    1.

    Aċetat

    Ċerti fibri oħra

    Aċetun

    2.

    Ċerti fibri tal-proteina

    Ċerti fibri oħra

    Hypochlorite

    3.

    Viscose, cupro jew ċerti tipi ta’ modal

    Qoton, elastolefin jew melamina

    Aċtu formiku u klorur taż-żingu

    4.

    Polyamide jew nylon

    Ċerti fibri oħra

    Aċtu formiku, 80 % m/m

    5.

    Aċetat

    Triaċetat, elastolefin jew melamina

    Benzyl alcohol

    6.

    Triaċetat jew polylactide

    Ċerti fibri oħra

    Dichloromethane

    7.

    Ċerti fibri taċ-ċelluloża

    Polyester, elastomultiester jew elastolefin

    Aċtu sulfuriku, 75 % m/m

    8.

    Acrylics, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri

    Ċerti fibri oħra

    Dimethylformamide

    9.

    Ċerti klorofibri

    Ċerti fibri oħra

    Carbon disulphide/aċetun, 55,5/44,5 v/v

    10.

    Aċetat

    Ċerti klorofibri, elastolefin jew melamina

    Aċidu aċetiku glaċjali

    11.

    Ħarir

    Suf, xagħar, elastolefin jew melamina

    Aċtu sulfuriku, 75 % m/m

    12.

    Guta

    Ċerti fibri tal-annimali

    Metodu ta’ kontenut ta’ nitroġenu

    13.

    Polypropylene

    Ċerti fibri oħra

    Xylene

    14.

    Ċerti fibri oħra

    Klorofibri (homopolymers tal-vinyl chloride), elastolefin jew melamina

    Metodu ta’ aċtu sulfuriku kkonċentrat

    15.

    Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastani, aċetati, triaċetati

    Ċerti fibri oħra

    Cyclohexanone

    16.

    Melamina

    Qoton jew aramid

    Aċtu formiku jaħraq 90 % m/m”

    (b)

    Il-metodu Nru 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb veru (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), broom (13), ramie (14), sisal (15), cupro (21), modal (22), proteina (23), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (35), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

    Dan il-metodu fl-ebda ċirkustanza ma hu applikabbli għal fibri aċetati li ġew deaċetilati fil-wiċċ.”

    (ii)

    Il-punt 5 jinbidel kif ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina fejn id-‘d’ hija 1,01”

    (c)

    Il-metodu Nru 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    qoton (5), cupro (21), viscose (25), akriliku (26), klorofibri (27), polyamide jew nylon (30), polyester (35), polypropylene (37), elastane (43), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

    F’każ li jkun hemm preżenti fibri ta’ proteini differenti, il-metodu jagħti t-total tal-ammonti tagħhom iżda mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-qoton, il-viscose, il-modal u l-melamina, li għalihom ‘d’ hija 1,01, u l-qoton mhux ibbliċjat li għalih ‘d’ hija 1,03.”

    (d)

    Il-metodu Nru 3 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    qoton (5), elastolefin (47) u melamina (48).

    Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminarju biex wieħed jara jekk din iddubx fir-reaġent.

    Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom il-qoton ikun ġarrab degradazzjoni kimika estensiva, u lanqas meta l-viscose jew il-cupro jispiċċa ma jdubx għal kollox bil-preżenza ta’ ċerti żebgħat jew finituri li ma jistgħux jitneħħew għal kollox.”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ “d” huwa 1,02 għall-qoton, 1,01 għall-melamina u 1,00 għall-elastolefin”

    (e)

    Il-metodu Nru 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), klorofibra (27), polyester (35), polypropylene (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

    Kif imsemmi hawn fuq, dan il-metodu huwa wkoll applikabbli għal taħlitiet bis-suf, iżda meta l-kontenut tas-suf jaqbeż il-25 % għandu jiġi applikat il-metodu Nru 2 (it-tidwib tas-suf f’soluzzjoni ta’ alkaline sodium hypochlorite).”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel kif ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina fejn id-‘d’ hija 1,01”

    (f)

    Il-metodu Nru 5 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1 jinbidel kif ġej:

    “1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija ta’ materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

    1.

    aċetat (19)

    ma’

    2.

    triaċetat (24), elastolefin (47) u melamina (48).”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel kif ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina fejn id-‘d’ hija 1,01”

    (g)

    Il-metodu Nru 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

    Nota Il-fibri tat-triaċetat li jkunu għaddew minn fażi finali li twassal għall-idroliżi parzjali ma jibqgħux idubu għall-kollox fir-reaġent. F’każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli”.

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief fil-każ tal-poliester, l-elastomultiester, l-elastolefin u l-melamina, li għalihom il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,01.”

    (h)

    Il-metodu Nru 8 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), polyamide jew nylon (30), polyester (35), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

    Huwa applikabbli bl-istess mod għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħat premetallizzati, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel kif ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief fil-każ tas-suf, il-qoton, il-cupro, il-modal, il-polyester, l-elastomultiester, u l-melamina, li għalihom il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,01.”

    (i)

    Il-metodu Nru 9 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46) u melamina (48).

    Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

    Meta l-kontenut tal-polyamide jew tan-nylon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel kif ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina fejn id-‘d’ hija 1,01”

    (j)

    Il-punt 1.2 tal-metodu Nruo10 qed jinbidel kif ġej:

    “2.

    ċerti klorofibri (27), primarjament il-fibri tal-klorur tal-polyvinyl, kemm jekk wara li ġew ikklorinati kif ukoll jekk le, l-elastolefin (47) u l-melamina (48).”

    (k)

    Il-metodu Nru 11 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), elastolefin (47), u melamina (48).”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 0,985 għall-qoton, 1,00 għall-elastolefin u 1,01 għall-melamina.”

    (l)

    Il-metodu Nru 13 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1.2 jinbidel kif ġej:

    “2.

    suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3) ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), cupro (21), modal (22), triaċetat (24), viscose (25), akriliku (26), polyamide jew nylon (30), polyester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46) u melamina (48).”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina fejn id-‘d’ hija 1,01.”

    (m)

    Il-metodu Nru 14 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1 jinbidel kif ġej:

    “1.   QASAM TAL-APPLIKAZZJONI

    Il-metodu japplika, wara t-tneħħija ta’ materjal mhux fibruż, għal taħlitiet bi tnejn ta’:

    1.

    qoton (5), aċetat (19) cupro (21), modal (22), triaċetat (24), viscose (25), ċerti akriliki (26), ċerti modakriliki (29), polyamide jew nylon (30), polyester (35) u elastomultiester (46).

    ma’

    2.

    klorofibri (27) ibbażati fuq omopolimeri tal-kloridu tal-vinyl, sew jekk ġew klorinati wara u sew jekk le, elastolefin (47) u melamina (48)

    Il-modakriliki kkonċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċtu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f’20 °C).

    Dan il-metodu jista’ jintuża minflok il-metodi Nri 8 u 9”

    (ii)

    Il-punt 2 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “2.   PRINĊIPJU

    Il-kostitwent, għajr għall-klorofibra, l-elastolefin jew il-melamina (jiġifieri l-fibri li jissemmew fil-paragrafu 1.1) jiġi maħlul minn massa xotta magħrufa tat-taħlita, u dan permezz tal-aċtu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva ta’ 1,84 f’temperatura ta’ 20 °C). Ir-residwu, magħmul mill-klorofibra, l-elastolefin u l-melamina jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-massa tar-residwu, ikkoreġuta skont il-bżonn, tiġi espressa bħala persentaġġ tal-massa xotta tat-taħlita. Il-persentaġġ tat-tieni kostitwent tinkiseb bid-differenza.”

    (iii)

    Il-punt 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, ħlief għall-melamina fejn id-‘d’ hija 1,01”

    (n)

    Il-metodu Nru 15 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    Il-punt 1 qed jinbidel kif ġej:

    “1.   QASAM TAL-APPLIKAZZJONI

    Dan il-metodu japplika, wara t-tneħħija ta’ materjal mhux fibruż, għal taħlitiet bi tnejn ta’:

    1.

    aċetat (19), triaċetat (24), klorofibra (27), ċerti modakriliki (29), ċerti elasteni (43)

    ma’

    2.

    suf (1), suf tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viscose (25), polyamide jew nylon (30) akriliku (26), fibra tal-ħġieġ (44) u melamina (48).

    Jekk jinstab li jkunu preżenti modakriliki jew elasteni, għandu jsir test preliminarju biex wieħed jara jekk il-fibra ddubx fir-reaġent.

    Huwa possibbli wkoll li wieħed janalizza taħlitiet li jinkludu l-klorofibri permezz tal-metodu Nru 9 jew 14.”

    (ii)

    Il-punt 5 qed jinbidel kif ġej:

    “5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    ħarir u melamina

    1,01;

    akriliku

    0,98.”

    (o)

    Il-metodu Nru 16 jiddaħħal wara l-metodu Nru 15:

    METODU Nru 16

    IL-MELAMINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

    (Metodu li juża l-aċtu formiku jaħraq)

    1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

    Dan il-metodu huwa applikabbli, wara t-tneħħija ta’ materja mhux fibruża, għal taħlitiet ta’ żewġ fibri ta’:

    1.

    il-melamina (48)

    ma’

    2.

    qoton (5) u aramid (31).

    2.   IL-PRINĊIPJU

    Il-melamina tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita bil-aċtu formiku jaħraq (b’90 % f’massa).

    Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu, li jiġi korrett jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti tinkiseb mid-differenza.

    Nota: Imxi strettament mal-firxa tat-tempertaura rrakkomandata minħabba li t-tidwib tal-melamina tiddependi bil-kbir fuq it-temperatura.

    3.   APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

    3.1.   Apparat

    (i)

    Flask konikali b’tapp tal-ħġieġ ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml.

    (ii)

    Banju tal-ilma jew xi apparat ieħor biex tħawwad u żżomm il-flask f’temperatura ta’ 90 ± 2 °C.

    3.2.   Reaġenti

    (i)

    Aċtu formiku (90 % m/m, densità relattiva f’20 °C: 1,204 g/ml). Ħallat 890 ml ta’ 98 sa 100 % m/m aċtu formiku (densità relattiva f’20 °C: 1,220 g/ml) għal litru bl-ilma.

    L-aċtu formiku jaħraq huwa ferm korrużiv u jrid jiġi mmaniġġjat b’attenzjoni.

    (ii)

    Ammonja, soluzzjoni mħallta: ħallat 80 ml ta’ soluzzjoni ta’ ammonja kkonċentrata (densità relattiva f’20 °C: 0,880) għal litru bl-ilma.

    4.   PROĊEDURA TAT-TEST

    Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u pproċedi kif ġej:

    Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta’ kapaċità ta’ mill-inqas 200 ml, żid 100 ml aċtu formiku għal kull gramma tal-kampjun. Poġġi t-tapp u ħawwad il-flask biex jixxarrab il-kampjun. Żomm il-flask f’shaking water bath f’temperatura ta’ 90 ± 2 °C għal siegħa filwaqt li tħawdu bis-saħħa. Berred il-flask sa ma jiġi għat-temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 50 ml ta’ aċti formiku fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b’mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi li jista’ jifdal għall-griġjol billi taħsel il-flask bi ftit iktar reaġent ta’ aċtu formiku. Qattar il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal bir-reaġent tal-aċtu formiku, misħun, soluzzjoni ta’ ammonja mħallta, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tqattar il-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull żieda. Tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt il-gravità. Finalment, qattar il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

    Nota: It-temperatura hi ta’ influwenza kbira fuq il-proprjetajiet ta’ tidwib tal-melamina u għandha tiġi kkontrollata b’attenzjoni.

    5.   IL-KALKOLU U T-TIFSIRA TAR-RIŻULTATI

    Ikkalkula r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ għall-qoton u l-aramid huwa 1,02.

    6.   PREĊIŻJONI

    Fuq taħlita omoġenja ta’ materjali tat-tessuti, il-gradi ta’ fiduċja tar-riżultati miksuba b’dan il-metodu mhumiex ikbar minn 2 għal grad ta’ fiduċja ta’ 95 %.”


    Top