Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0121

    Direttiva tal-Kummissjoni 2009/121/KE tal- 14 ta’ Settembru 2009 li temenda, għall-fini tal-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I u V tad-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 242, 15.9.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/05/2012; Imħassar b' 32011R1007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/121/oj

    15.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 242/13


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/121/KE

    tal-14 ta’ Settembru 2009

    li temenda, għall-fini tal-addattament tagħhom għall-progress tekniku, l-Annessi I u V tad-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-ismijiet tat-tessuti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2008/121/KE tippreskrivi r-regoli dwar l-ittikkettjar jew l-immarkar tal-prodotti fir-rigward tal-kontenut tagħhom ta’ fibra tessili, biex ikun żgurat li l-interessi tal-konsumatur ikunu b’hekk imħarsa. Il-prodotti tat-tessut jistgħu biss jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità jekk ikunu jaqblu mad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

    (2)

    Fid-dawl ta’ sejbiet riċenti minn grupp ta’ ħidma tekniku, hu meħtieġ, għall-fini tal-addattament tad-Direttiva 2008/121/KE għall-progress tekniku, li l-fibra melamina tiżdied mal-lista tal-fibri stipulati fl-Annessi I u II ta’ dik id-Direttiva.

    (3)

    Id-Direttiva 2008/121/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan:

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Direttivi dwar it-Twaħħil tat-Tikketti u l-Ismijiet tat-Tessuti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2008/121/KE tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I qiegħda tiżdied ir-ringiela 48:

    “48.

    Melamina

    fibra magħmula minn massa ta’ mill-inqas 85 % makromollekuli ta’ derivattivi tal-melamina magħqudin b’nisġa għamla ta’ salib”

    (2)

    Fl-Anness V tiżdied l-annotazzjoni 48 li ġejja:

    “48.

    Melamina

    7,00 ”

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2010. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President


    (1)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.


    Top