This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009H0531
Council Recommendation of 25 June 2009 on the 2009 update of the broad guidelines for the economic policies of the Member States and the Community and on the implementation of Member States’ employment policies
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-aġġornament tal-2009 tal-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2009 dwar l-aġġornament tal-2009 tal-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
ĠU L 183, 15.7.2009, p. 1–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ġunju 2009
dwar l-aġġornament tal-2009 tal-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
(2009/531/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 128(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fit-13 u fl-14 ta’ Marzu 2009,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tal-Impjiegi,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill adotta, fit-12 ta’ Lulju 2005, ir-Rakkomandazzjoni 2005/601 dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta’ politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Komunità (2005 sa 2008) (1) u d-Deċiżjoni 2005/600/KE dwar Linji Gwida għall-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (2), li flimkien jiffurmaw il-“Linji Gwida Integrati għat-tkabbir u l-impjiegi”. L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu l-linji gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi fil-programmi nazzjonali ta’ riforma (minn hawn ‘il quddiem “PNR”) tagħhom. |
(2) |
Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2006, l-2007 u l-2008 identifika u kkonferma erba’ oqsma ta’ prijorità (R&Ż u innovazzjoni, ambjent tan-negozju, opportunitajiet ta’ impjiegi u politika integrata tal-enerġija/l-infrastruttura) li huma l-pilastri tal-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda. F’dawn l-oqsma l-Kunsill Ewropew qabel dwar numru limitat ta’ azzjonijiet speċifiċi u ħeġġeġ lill-Istati Membri biex ilestuhom sal-iskadenzi stabbiliti. |
(3) |
Konformement mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2006, l-Istati Membri jippreżentaw rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tagħhom (minn hawn ‘il quddiem “rapporti ta’ implimentazzjoni”). |
(4) |
Abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni, inħarġu numru ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għallpajjiżi lill-Istati Membri fl-2007 u fl-2008. |
(5) |
Sabiex l-istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi tkun segwita b’mod koerenti u integrat, dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew adottati fi strument wieħed. Dan l-approċċ jirrifletti l-istruttura integrata tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u r-rapporti ta’ implimentazzjoni, kif ukoll il-konsistenza meħtieġa bejn il-linji gwida dwar l-impjiegi u l-linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika tal-Artikolu 99(2) tat-Trattat, kif enfasizzat fl-Artikolu 128(2). |
(6) |
Il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2008 nieda t-tieni fażi tal-Istrateġija ta’ Liżbona mġedda, li ser titlesta fl-2010. Il-Kunsill adotta, fl-14 ta’ Mejju 2008, ir-Rakkomandazzjoni 2008/390/KE rigward il-linji gwida ġenerali dwar il-politika ekonomika għall-Istati Membri u l-Komunità (2008 sa 2010) (3), u fil-15 ta’ Lulju 2008 adotta d-Deċiżjoni 2008/618/KE dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (4), li flimkien jiffurmaw “Il-linji gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi” attwali. |
(7) |
Wara dan, l-Istati Membri kkonfermaw, aġġornaw jew fasslu PNR ġodda, li ppreżentaw lill-Kummissjoni sa Ottubru 2008 flimkien mar-rapport ta’ implimentazzjoni. Sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni tar-riformi u jitjieb il-proċess ta’ sorveljanza multilaterali fil-Kunsill, il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2008 talab lill-Istati Membri biex jistabbilixxu azzjonijiet dettaljati u konkreti li jindirizzaw ir-rispons ta’ politika speċifika tagħhom għal-Linji Gwida Integrati, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u “punti li jeħtieġu attenzjoni” fil-PNR tagħhom u r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali sussegwenti. |
(8) |
Fil-kuntest tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali, fl-2008 l-Kunsill Ewropew qabel dwar Pjan ta’ Rilanċ (minn hawn ‘il quddiem “il-Pjan ta’ Rilanċ”), abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni (5). Dan il-pjan jipprevedi stimulu baġitarju koordinat, fi ħdan il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir sabiex jagħti spinta lid-domanda u jerġa jqajjem il-fiduċja, b’kont meħud tal-pożizzjonijiet inizjali u l-isforzi tal-Istati Membri li diġà ttieħdu bi tweġiba għall-problemi ekonomiċi. Il-Pjan ta’ Rilanċ jipprevedi li l-istimulu baġitarju jkun akkumpanjat minn aċċelerazzjoni ta’ riformi strutturali, ibbażati fuq l-Istrateġija ta’ Liżbona, sabiex jistimulaw l-ekonomija filwaqt li jagħtu spinta lill-potenzjal ta’ tkabbir għall-perijodu fit-tul, l-iktar billi tkun promossal-bidla lejn ekonomija li tuża livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u intensiva fir-rigward tal-konoxxenza. Huwa jippreżenta wkoll proposti sabiex jiġu stimulati s-swieq tax-xogħol tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta’ politika integrata ta’ “flessigurtà”, iffukati fuq miżuri ta’ attivazzjoni u ħiliet. Dawn huma essenzjali fil-promozzjoni tal-kapaċità għall-impjiegi u l-iżgurar ta’ re-integrazzjoni rapida fis-suq tax-xogħol. |
(9) |
Il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jivvalutaw il-miżuri meħudin bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Pjan ta’ Rilanċ kif ġie miftiehem fil-Kunsill Ewropew, fost oħrajn billi jieħdu kont dovut tal-ħtieġa li tiġi żgurata r-reversibbiltà tad-deterjorament fiskali, jitjieb it-tfassil tal-politika baġitarja, u tiġi żgurata s-sostenibbiltà għall-perijodu fit-tul tal-finanzi pubbliċi. |
(10) |
Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi indirizzati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2008/399/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar l-aġġornament 2008 tal-linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u l-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (6) għandhom issa jiġu aġġornati, sabiex jirriflettu l-progress li sar bl-implimentazzjoni tal-PNR u l-prinċipji tal-Pjan ta’ Rilanċ. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu implimentati malajr. Il-Kummissjoni ser tipprovdi assistenza bħala parti mis-sħubija ta’ Liżbona, timmonitorja u tirrapporta b’mod regolari dwar il-progress. |
(11) |
Sabiex l-Istrateġija ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi tiġi implimentata bis-sħiħ, huwa kunsiljabbli li din ir-Rakkomandazzjoni tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li jiffurmaw parti miż-żona tal-euro. |
(12) |
Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar din ir-Rakkomandazzjoni (7), |
B’DAN JIRRAKOMANDA li l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni fil-linji stabbiliti fl-Anness.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
L. MIKO
(1) ĠU L 205, 6.8.2005, p. 28.
(2) ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.
(3) ĠU L 137, 27.5.2008, p. 13.
(4) ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.
(5) COM(2008) 800.
(6) ĠU L 139, 29.5.2008, p. 57.
(7) L-Opinjoni tal-11 ta’ Marzu 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
IL-BELĠJU
1. |
It-tkabbir tal-PDG naqas notevolment għal 1,3 % fl-2008. Dan kien minħabba dgħjufija tad-domanda esterna u domanda domestika baxxa relatati l-iktar ma’ inflazzjoni għolja u l-impatt tal-kriżi finanzjarja. Is-sitwazzjoni ekonomika hi mistennija li tidgħajjef iktar b’mod konsiderevoli fl-2009. L-inflazzjoni fl-2008 hi stmata li kienet madwar 4,5 %, kważi d-doppju tar-rata osservata fl-2007, l-iktar minħabba prezzijiet ogħla ta’ enerġija domestika. It-tnaqqis fil-prezzijiet globali tal-enerġija għandu jnaqqas l-inflazzjoni fl-2009. Fl-2008 hu mistenni defiċit pubbliku finanzjarju ta’ madwar 0,9 % tal-PDG mill-Kummissjoni. Id-dejn gross hu mistenni li jibqa’ madwar 88 % tal-PDG fl-2008. Il-bilanċ tradizzjonalment favorevoli tal-kont kurrenti nbidel f’defiċit fl-2008 u hu mistenni jiżdied fl-2009. |
2. |
It-tkabbir fl-impjiegi kien pożittiv fl-2008 u r-rata tal-qgħad naqset għal 6,9 %. Madankollu l-prospettiva għall-2009 hi inqas pożittiva, minħabba li qed jiżdied il-qgħad. Is-setturi l-iktar affettwati mill-kriżi huma l-industriji tal-karozzi u tal-azzar kif ukoll is-settur finanzjarju. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ ikkoordinat tal-UE, il-Belġju adotta miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju sabiex jistabbilizza s-settur bankarju, li għandu wkoll jgħin biex itejjeb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk jagħti appoġġ lill-ekonomija ġenerali, u jsostni l-istabbiltà makro-ekonomika. Barra minn hekk, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-Belġju dan l-aħħar ħabbar miżuri, inkluż appoġġ finanzjarju għall-impriżi żgħar u medji. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Belġju biex iwieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Belġju kompla l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tiegħu. Ġew imħabbra miżuri bil-ħsieb li jkomplu jnaqqsu t-taxxa fuq ix-xogħol permezz ta’ żieda fl-ammont ta’ dħul eżenti mit-taxxa għall-ħaddiema bi dħul baxx jew medju, iżda jista’ jkun għad hemm bżonn ta’ passi addizzjonali. Huma meħtieġa iktar sforzi sabiex tkun imtejba l-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol, speċjalment għall-ħaddiema ikbar fl-età u gruppi żvantaġġjati, tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi għall-perijodu fit-tul, tiżdied il-kompetizzjoni fis-swieq tal-gass u tal-elettriku, u titjieb il-prestazzjoni tar-R&Ż. |
6. |
Peress li l-Belġju hu ekonomija orjentata lejn l-esportazzjoni, huwa partikolarment importanti li l-kompetittività tiegħu tkun ippreservata. F’dan il-kuntest, iżvilupp tal-kost ta’ unità lavorattiva b’konformità mal-imsieħba kummerċjali l-iktar importanti hu kruċjali. Madankollu, il-kost kompetittività ddeterjora fl-2008. Kompetizzjoni mtejba fis-swieqi tal-gass u tal-elettriku jkun ta’ benefiċċju. Investiment sostnut fir-R&Ż u fil-ħiliet hu importanti biex ikun aċċelerat it-tkabbir tal-produttività u biex tkun promossal-kompetittività. Parteċipazzjoni baxxa tas-suq tax-xogħol, nefqa relatata mal-età li qed tiżdied, u dejn pubbliku għoli jpoġġu s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi f’riskju, u jenfasizzaw l-ħtieġa għaż-żieda tal-bilanċi favorevoli primarji u l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika li jappoġġaw it-tkabbir u l-impjiegi. Approċċ integrat lejn l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali jista’ jaċċellera l-kisba ta’ riżultati fil-Belġju. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Belġju biex jissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, hu rakkomandat li l-Belġju:
|
IL-BULGARIJA
1. |
Minħabba domanda domestika qawwija, it-tkabbir tal-PDG fil-Bulgarija żdiet fir-ritmu għal 7 % għall-ewwel disa’ xhur tal-2008, filwaqt li ġab il-PDG per capita għal madwar 40 % tal-medja tal-UE. It-tkabbir hu mistenni li jimmodera b’mod konsiderevoli fl-2009 fid-dawl tal-ambjent estern li qed jiddeterjora rapidament u kundizzjonijiet ta’ self iktar stretti. L-inflazzjoni medja annwali laħqet għoli rekord ta’ 12 % fl-2008, ikkawżata minn żidiet li oriġinaw esternament fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi, mogħtija spinta mid-domanda domestika u msaħħa miż-żidiet qawwija fil-pagi li qabżu bil-kbir it-tkabbir tal-produttività. L-inflazzjoni qed tonqos iżda aktarx tibqa’ ogħla mill-medja tal-UE. Il-pożizzjoni baġitarja għadha b’saħħitha, b’bilanċ favorevoli tal-baġit iktar minn 3 % tal-PDG fl-2008, minħabba kompożizzjoni favorevoli tat-tkabbir u ġbir aħjar tat-taxxa. Madankollu, domanda domestika qawwija b’mod partikolari investiment li kkawża importazzjoni għolja ta’ prodotti ta’ investiment ikkontribwiet għad-deterjorament fid-defiċit tal-kont kurrenti. Id-defiċit tal-kont kurrenti jinsab f’livell għoli ta’ kważi 25 % tal-PDG. |
2. |
L-impjiegi żdiedu b’iktar minn 3 % fl-2008, iżda din ir-rata ta’ tkabbir ser timxi iktar bil-mod fis-sentejn li ġejjin. Il-qgħad naqas għal 6 % fl-2008, iżda hu mistenni li jiżdied kemmxejn fl-2009. Id-deterjorament reċenti tal-klima tan-negozju u t-tnaqqis tad-domanda f’diversi setturi, b’mod partikolari fil-manifattura u l-kostruzzjoni, x’aktarx ser inaqqsu l-impjiegi f’dawn is-setturi u f’setturi ekonomiċi li jakkumpanjawhom. |
3. |
Il-Bulgarija segwiet linji ta’ politika makroenomiċi u fiskali orjentati lejn l-istabbiltà, u dan l-aħħar ħabbret miżuri, inkluż it-titjib tal-kompetizzjoni fis-setturi tal-enerġija u tal-bejgħ bl-imnut. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri adottati mill-Bulgarija biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il-kuntest, il-Bulgarija għandha żżomm pożizzjoni fiskali stretta u tindirizza b’mod urġenti l-iżbilanċi makro-ekonomiċi tagħha. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Bulgarija kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Il-progress kien moderat, għalkemm fit-tieni nofs tas-sena, il-miżuri kienu mgħaġġla minħabba deċiżjonijiet intenzjonati tal-gvern. Il-Bulgarija baqgħet timplimenta l-politika fiskali prudenti tagħha minkejja li l-effiċjenza tan-nefqa pubblika għad tista’ titjieb. Ittieħdu wkoll miżuri inkoraġġanti biex jissaħħu l-organizzazzjoni u l-kwalità tal-edukazzjoni, iżda hu meħtieġ iktar modernizzar sabiex jitjiebu l-governanza u r-rizultati. Jinħtieġu iktar sforzi biex titjieb l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika u għal forniment fil-waqt tar-reviżjoni operattiva indipendenti mħabbra sabiex titjieb b’mod sinifikattiv l-implimentazzjoni tar-riformi. Għad hemm ukoll skop ewlieni għall-progress biex inaqqas il-burokrazija, jinvesti ħafna iktar fil-ħiliet u jirriforma s-sistema pubblika tar-R&Ż. |
6. |
Fl-isfond tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika, hu importanti iktar minn qatt qabel għall-Bulgarija biex titratta l-vulnerabbiltajiet makro-ekonomiċi tagħha (inflazzjoni għolja u defiċit kbir tal-kont kurrenti) billi żżomm il-politika fiskali stretta tagħha u billi tgħaġġel ir-riformi strutturali sabiex issaħħaħ il-kompetittività tagħha. Il-pass tal-implimentazzjoni jrid ikun mgħaġġel sabiex il-Bulgarija tkun tista’ tbiddel l-ekonomija tagħha, minn waħda li hi bbażata essenzjalment fuq spejjeż baxxi, f’waħda iktar produttiva u intensiva fir-rigward tal-konoxxenza. Fil-kuntest attwali ekonomiku u monetarju, dawn ir-riformi huma wkoll essenzjali biex tinżamm il-kompetittività tal-ekonomija tal-Bulgarija. L-implimentazzjoni effettiva tar-riformi meħtieġa tiddependi b’mod kritiku fuq il-kapaċità tal-Bulgarija biex ittejjeb b’mod urġenti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Bulgarija biex tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, hu rakkomandat li l-Bulgarija:
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
1. |
It-tkabbir tal-PDG hu mistenni li jkun immodera sa madwar 4 % fl-2008, bi tnaqqis ulterjuri mistenni mill-Kummissjoni fl-2009. Ir-rata medja tal-inflazzjoni, li ammontat għal 6,3 % għas-sena kollha, issa mistennija tonqos minħabba li l-effett ta’ żidiet fit-taxxi li saru qabel qiegħed jonqos u minħabba prezzijiet orħos tal-enerġija. Id-defiċit tal-baġit tnaqqas fuq diversi snin, għal 1,2 % tal-PDG fl-2008. Fl-2008 d-defiċit tal-kont kurrenti kien ta’ madwar 1 % tal-PDG u l-bilanċ kummerċjali favorevoli huwa wieħed sinifikattiv. |
2. |
Mill-2005 r-rata tal-impjiegi żdiedet b’aktar minn 1,8 punti perċentwali fis-sena, u laħqet is-66,6 % fl-2008. Ir-rata tal-qgħad naqset minn 4,3 % fit-tielet kwart tal-2008 u tinsab fl-aktar livell baxx ta’ dawn l-aħħar 12-il sena. It-tbassir kurrenti jindika tnaqqis moderat fit-tkabbir tar-rata tal-impjiegi u żieda fil-qgħad. Fid-dawl tad-domanda tal-esportazzjoni li qiegħda tonqos, il-qgħad mistenni jolqot b’mod partikolari l-ħaddiema fl-industrija tal-karozzi u f’industriji oħrajn orjentati lejn l-esportazzjoni. |
3. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mir-Repubblika Ċeka biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-paragrafu 6, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
4. |
Ir-Repubblika Ċeka ssuktat bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Saru għadd ta’ riformi biex titjieb is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, jitnaqqas il-piż amministrattiv, jiżdied l-investiment fir-R&Ż, għar-riforma tas-sistema tal-edukazzjoni, l-iżgurar ta’ tixjiħ attiv, u l-iżvilupp ta’ approċċ għar-riforma tas-suq tax-xogħol ibbażat fuq il-“flessigurtà”. Huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex jittejjeb l-aċċess għall-finanzi, jiżdied l-investiment fir-R&Ż, jissaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u għall-integrazzjoni ta’ gruppi żvantaġġjati fis-suq tax-xogħol. |
5. |
Ir-Repubblika Ċeka għandha popolazzjoni li qed tixjieħ b’mod rapidu fl-UE li ser tħalli impatt sinifikattiv fuq is-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa. Għalhekk l-isfidi strutturali ewlenin jinkludu l-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, u l-inkoraġġiment ta’ transizzjoni għal ekonomija bbażata fuq il-konoxxenza. L-indirizzar ta’ dawn l-isfidi strutturali ser itejjeb il-potenzjal tat-tkabbir, joħloq l-impjiegi, u jsaħħaħ l-ekonomija fil-konfront ta’ xokkijiet esterni. Dan kollu jeħtieġ riformi ulterjuri fl-oqsma tar-R&Ż, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, approċċ aktar integrat ta’ “flessigurtà” fir-riforma tas-suq tax-xogħol, u titjib ulterjuri tal-kundizzjonijiet tal-attività imprenditorjali. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
6. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lir-Repubblika Ċeka biex tissokta bl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li r-Repubblika Ċeka:
|
ID-DANIMARKA
1. |
It-tkabbir tal-PDG naqas sostanzjalment fl-2008. It-tnaqqis fil-prezzijiet tad-djar wassal għal anqas domanda domestika, filwaqt li dgħajjef il-konsum privat u l-attività tal-kostruzzjoni. Kundizzjonijiet aktar stretti ta’ finanzjament x’aktarx li jwasslu għal tnaqqis aktar rapidu tal-prezzijiet tad-djar, u b’hekk jiggrava r-reċessjoni globali fuq l-ekonomija. L-inflazzjoni, imsaħħa bi prezzijiet ogħla tal-enerġija u tal-ikel, laħqet medja ta’ 3,6 % fl-2008, iżda bdiet tonqos. Il-bilanċ favorevoli tal-baġit tal-gvern jista’ jeċċedi t-3 % tal-PDG fl-2008, iżda għandu jiddeterjora b’mod sinifikattiv għal livell qrib lejn bilanċ fl-2009. Fl-2008 u l-2009 d-Danimarka għandu jkollha bilanċ favorevoli żgħir tal-kont kurrenti. |
2. |
Matul l-2008 l-impjiegi żdiedu, iżda mistennija jonqsu matul l-2009. Bl-istess mod, ir-rata tal-qgħad żdiedet fl-aħħar xhur tal-2008 u mistennija tiżdied fl-2009. Filwaqt li dan jista’ jnaqqas il-pressjoni fuq is-suq tax-xogħol fil-perijodu qasir, ser ikun importanti li jiġi indirizzat it-tnaqqis fl-impjiegi u tiġi ffaċilitata ulterjorment it-transizzjoni tas-suq tax-xogħol. L-isfida tal-impjiegi fuq perijodu medju tibqa’ ż-żieda tad-daqs ġenerali u t-tqabbil tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u fil-perijodu qasir riforma tat-taxxa għandha ssostni l-isforzi f’dan ir-rigward. |
3. |
Bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ koordinat tal-UE, id-Danimarka adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandhom jgħinu fit-titjib tal-aċċess għall-finanzi u b’hekk jappoġġaw lill-ekonomija ġenerali, u jsaħħu l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn hekk, il-politika fiskali ġenerali hija espansiva b’madwar 1 fil-mija tal-PDG, u tinkludi tnaqqis fit-taxxi u żidiet fl-infiq mill-2009. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mid-Danimarka biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. |
5. |
Id-Danimarka ssuktat bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Sar progress ulterjuri fi ħdan il-qafas ta’ pjanijiet ta’ riforma li tnedew preċedentement, partikolarment fir-rigward li tiġi stimulata l-provvista tax-xogħol u inkluż it-tnaqqis ta’ taxxi marġinali mill-2009. Pjanijiet ulterjuri ta’ riforma tat-taxxi u tas-suq tax-xogħol qegħdin jiġu żviluppati fid-dawl tat-tixjiħ tal-popolazzjoni. |
6. |
Il-potenzjal ta’ tkabbir tad-Danimarka jiddependi b’mod kruċjali fuq it-tisħiħ tal-provvista tax-xogħol u l-produttività, u fuq riżultati aħjar mill-investiment fil-kapital uman, ir-riċerka u l-innovazzjoni. It-tixjiħ demografiku beda jaffettwa l-provvista tax-xogħol, u kompla jkabbar il-ħtieġa għal riformi li jħeġġu l-parteċipazzjoni u s-sigħat ta’ xogħol. Sfida oħra tikkonsisti fit-tisħiħ tal-kompetizzjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet tal-konsumatur li fid-Danimarka huwa relattivament għoli. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
IL-ĠERMANJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG tal-Ġermanja naqqas fir-ritmu għal 1,3 % fl-2008 minn 2,5 % fl-2007, hekk kif it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali wassal għal tnaqqis qawwi fiż-żieda tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, kundizzjonijiet aktar stretti tal-finanzjament u prospettivi ekonomiċi li sejrin għall-agħar x’aktarx inaqqsu l-investiment. Għalhekk fl-2009 l-attività ekonomika ser tonqos b’mod konsiderevoli. Minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-ewwel nofs tal-2008, l-inflazzjoni laħqet massimu ta’ 3,2 %, u mistennija tonqos fl-2009. Fl-2008 l-baġit tal-gvern kien kważi f’bilanċ, u fl-2009 l-Kummissjoni qed tistenna li jkun f’defiċit ta’ kważi 3 %. Il-kisbiet konsiderevoli li saru fil-kompetittività tal-prezzijiet f’dawn l-aħħar snin ikkontribwixxew biex fl-2008 kien hemm bilanċ favorevoli tal-kont kurrenti ta’ madwar 7 % tal-PDG. |
2. |
Fl-2008, ir-rata tal-impjiegi żdiedet b’1,3 % iżda t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku mistenni jolqot lis-suq tax-xogħol b’żieda fil-qgħad fl-2009. Minħabba li kull ma jmur il-forza tax-xogħol qed tiċkien u bħala konsegwenza ta’ tibdil demografiku, jista’ jkun li l-kumpanniji jippruvaw iżommu l-persunal ikkwalifikat tagħhom u għalhekk is-sensji ser jolqtu l-aktar lil ħaddiema bi ftit kwalifiki u dawk temporanji. |
3. |
Bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ koordinat tal-UE, il-Ġermanja adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll fit-titjib tal-aċċess għall-finanzi u b’hekk jgħinu lill-ekonomija ġenerali, u jsaħħu l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn hekk, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, dan l-aħħar il-Ġermanja adottat diversi miżuri, inkluż investiment fl-infrastruttura edukattiva u infrastruttura oħra, l-iżgurar tal-għoti ta’ kreditu lin-negozji, tnaqqis fit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kif ukoll miżuri biex jiġu evitati s-sensji u jitjiebu l-kwalifiki. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Ġermanja biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Ġermanja ssuktat bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Ittieħdu għadd ta’ miżuri pożittivi biex tinkiseb soċjetà bbażata fuq il-konoxxenza, għall-promozzjoni tal-innovazzjoni ekoloġika u r-riforma tas-suq tax-xogħol. Sar progress tajjeb fir-rigward tal-objettivi baġitarji fil-perijodu medju u dwar il-kwalità tal-finanzi pubbliċi. Huma meħtieġa miżuri addizzjonali għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni fis-servizzi, għat-titjib tal-ambjent kummerċjali u għat-tnaqqis tal-qgħad strutturali. |
6. |
It-titjib tat-tkabbir tal-produttività u l-indirizzar tar-rati għolja tal-qgħad fost il-ħaddiema bi ftit kwalifiki, speċjalment fil-Lvant għandhom jgħinu l-prestazzjoni ekonomika soda tal-Ġermanja fil-ġejjieni. F’dan ir-rigward, it-titjib fir-R&Ż u l-innovazzjoni għandhom jgħinu. Madanakollu, funzjonament aħjar tas-swieq tas-servizzi, partikolament tas-servizzi professjonali u s-settur tal-enerġija u s-settur ferrovjarju, u titjib fl-ambjent kummerċjali jżidu aktar il-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija Ġermaniża. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Ġermanja biex tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Ġermanja:
|
L-ESTONJA
1. |
Wara li fl-2007 esperjenzat tkabbir ta’ 6,3 % fil-PDG, l-ekonomija naqset fl-2008. Fl-2009 huwa mistenni tnaqqis ulterjuri. Dan l-iżvilupp huwa kkawżat minn tnaqqis fil-konsum privat u l-investiment fil-kuntest ta’ inflazzjoni għolja fil-passat u kundizzjonijiet aktar stretti fir-rigward tas-self. L-inflazzjoni qiegħda tonqos flimkien ma’ żidiet fis-salarji aktar baxxi kif ukoll prezzijiet aktar baxxi internazzjonali tal-prodotti bażiċi. Il-finanzi pubbliċi ddeterjoraw b’mod sinifikattiv, u minkejja qtugħ sinifikattiv fl-infiq, fl-2008 kien hemm defiċit baġitarju wara l-bilanċ favorevoli ta’ 2,7 % tal-PDG fl-2007. Fl-2008 d-defiċit tal-kont kurrenti naqas b’mod sinifikattiv għal 10 % tal-PDG, u huwa pproġettat mill-Kummissjoni li jonqos aktar. |
2. |
It-tnaqqis tal-attività ekonomika qiegħed jaffettwa s-suq tax-xogħol b’ rata tal-qgħad li qed tiżdied b’ritmu mgħaġġel. It-tbassir attwali tal-Kummissjoni jissuġġerixxi żieda fir-rata tal-qgħad fl-2009 minn madwar 5 % fl-2008. Is-setturi tal-kostruzzjoni, tad-djar u tal-bejgħ bl-imnut x’aktarx ser ikunu l-aktar milquta. Huwa mistenni tnaqqis sinifikattiv fiż-żidiet tas-salarji u possibbilment tnaqqis tas-salarji kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku. Il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol huma partikolarment diffiċli għall-ħaddiema aktar avvanzati fl-eta’ u għaż-żgħażagħ. |
3. |
Bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, dan l-aħħar l-Estonja ħabbret miżuri, inklużi dawk tal-investiment fl-infrastruttura u għat-titjib fil-ħiliet. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Estonja biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il-kuntest, l-Estonja għandha tissokta bil-konsolidazzjoni fiskali. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
L-Estonja ssuktat bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Ittieħdu għadd ta’ miżuri biex jittejbu r-R&Ż u l-prestazzjoni tal-innovazzjoni, tissaħħaħ il-kompetizzjoni u jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja. Ir-rispons ta’ politika kienet aktar imħallta fir-rigward tal-politika fiskali u f’termini ta’ riformi strutturali mmirati li jiffaċilitaw l-aġġustament tas-suq tax-xogħol (partikolarment linji ta’ politika attivi fis-suq tax-xogħol) li jgħinu fil-kontroll tal-inflazzjoni u l-inflazzjoni tas-salarji. Minħabba r-rwol kruċjali tal-Fondi Strutturali biex jiffinanzjaw il-miżuri tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma, huwa importanti li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva biex jiġu implimentati l-programmi. |
6. |
L-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi huwa komponent kruċjali għall-prestazzjoni ekonomika ġenerali tal-pajjiż. Huma meħtieġa riformi strutturali urġenti biex jappoġġaw ir-riallokazzjoni ta’ riżorsi lejn setturi li jiddependu mid-domanda esterna u li huma ta’ valur miżjud ogħla. Huwa meħtieġ li jissokta l-investiment fir-R&Ż, fl-innovazzjoni u l-edukazzjoni biex dawn ipattu għat-telf tal-kost kompetittività f’setturi li jirrekjedu ħafna ħaddiema u jiżguraw tkabbir fil-produttività u l-produzzjoni fuq perijodu medju u dak fit-tul. Is-suq tax-xogħol, li qed jiddeterjora, ser jeħtieġ fokus aktar qawwi fuq linji ta’ politika attivi fis-suq tax-xogħol u tagħlim tul il-ħajja bħala reazzjoni għall-ħtiġiet li qed jevolvu tas-suq tax-xogħol. Aspett importanti addizzjonali biex il-kompetittività tqum fuq saqajha huwa li jiġi żgurat li l-iżviluppi fil-pagi jkunu allinjati aktar mill-qrib mal-iżviluppi fil-produttività. Jeħtieġ monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ riforma tas-suq tax-xogħol sabiex titnaqqas ir-riġidità fis-suq tax-xogħol. Sabiex tissaħħaħ l-istabbiltà makroekonomika, huma meħtieġa politika fiskali determinata u orjentata lejn l-istabbiltà, politika tal-kompetizzjoni infurzata tajjeb u titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Estonja biex tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Estonja:
|
L-IRLANDA
1. |
Minħabba d-deterjorament fis-suq tad-djar, amplifikat mill-kriżi finanzjarja, il-PDG huwa stmat li naqas bi 2 % fl-2008 (meta mqabbel ma’ tkabbir ta’ 6 % fl-2007). Barra minn hekk, l-Irlanda hija partikolarment esposta għall-prospetti ta’ tkabbir inqas tajbin mal-imsieħba tagħha fil-kummerċ u l-PDG reali huwa mistenni li jonqos iżjed fl-2009. L-inflazzjoni, li telgħet sa viċin l-4 % f’nofs l-2008, battiet sew lejn tmiem l-2008 u l-Kummissjoni qed tistenna li fl-2009 tonqos aktar. Il-finanzi pubbliċi ddeterjoraw minħabba dħul partikolarment anqas mit-taxxa b’rabta mal-korrezzjoni fis-suq tal-proprjetà kif ukoll mar-riċessjoni aktar ġenerali. Id-defiċit tal-baġit kien ta’ 6 % tal-PDG fl-2008, li reġġa’ lura l-bilanċi baġitarji pożittivi modesti reċenti, u hemm riskju li dan id-defiċit ikompli jikber b’mod konsiderevoli sussegwentement. Il-bilanċi esterni ddgħajfu fis-snin reċenti minħabba telf fil-kost kompetittività u l-Kummissjoni qed tipproġetta defiċit tal-kont kurrenti (ta’ madwar 6 % tal-PDG) għall-2008 pjuttost inqas għall-2009. |
2. |
L-estimi kurrenti għas-suq tax-xogħol juru li għall-2008 n-numri fl-impjiegi naqsu, u ser jonqsu iżjed fl-2009. Ir-rata tal-qgħad hija stmata li żdiedet għal 6,5 % fl-2008 u mistennija tiżdied aktar fl-2009. In-numru medju ta’ nies li talbu l-benefiċċji tal-qgħad żdied b’40 % fl-2008 meta mqabbel mal-2007. Il-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni, partikolarment l-irġiel żgħażagħ, huma l-aktar li ntlaqtu mill-qgħad li qed jiżdied. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ ikkoordinat tal-UE, l-Irlanda adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll biex itejbu l-aċċess għall-finanzjament u għalhekk tiġi appoġġjata l-ekonomija ġenerali, u jsaħħu l-istabbiltà makro-ekonomika. Barra minn hekk, bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, l-Irlanda reċentement adottat miżuri, li jinkludu appoġġ għas-settur tad-djar u appoġġ għad-dħul ta’ dawk l-aktar vulnerabbli. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri li ttieħdu mill-Irlanda biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
L-Irlanda kompliet bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali dwar ir-Riforma tagħha. Ittieħdu miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà ta’ postijiet għall-indukrar tat-tfal u sabiex jitjiebu l-kapaċitajiet. Filwaqt li huma meħtieġa aktar sforzi, qed issir ħidma biex jiġi ppreżentat qafas għal politika aktar fit-tul dwar il-pensjonijiet. L-iżviluppi fis-suq tad-djar kellhom aktar effett negattiv fuq il-finanzi pubbliċi u fuq it-tkabbir tal-PDG milli kien mistenni. |
6. |
L-isfidi ewlenin li l-Irlanda qed tiffaċċja bħalissa huma riżultat tal-konsegwenzi taż-żieda fil-prezzijiet tad-djar u l-kriżi finanzjarja. Madankollu, l-ekonomija Irlandiża saret ukoll aktar vulnerabbli hekk kif il-pożizzjoni kompetittiva tagħha tnaqqret bil-mod il-mod. Issa hemm ħtieġa urġenti biex it-tkabbir jerġa’ jiġi bbilanċjat u terġa’ tinbena l-kompetittività permezz ta’ miżuri li jsaħħu t-tkabbir tal-produttività u linji ta’ politika adegwati dwar il-pagi. Hija meħtieġa riforma ulterjuri tal-pensjonijiet fil-perijodu medju biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà. Hekk kif is-sitwazzjoni baġitarja wkoll iddeterjorat b’mod sinifikattiv, il-ħidma biex is-sostenibbiltà fiskali terġa’ tqum fuq saqajha, għandha tingħata prijorità. Flimkien ma’ prijoritizzazzjoni bir-reqqa tan-nefqa pubblika u l-promozzjoni ta’ riformi li jsaħħu t-tkabbir ta’ produttività aktar għolja permezz tal-espansjoni u t-titjib tal-kapital fiżiku u uman, din ser iżżid il-kapaċità tal-ekonomija Irlandiża biex taġġusta u bil-mod il-mod terġa’ lura għal tkabbir sostenibbli fil-perijodu medju. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ tisħiħ tal-kompetizzjoni inkluż fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Irlanda taħdem biex tissokta bl-implimnetazzjoni ta’ riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rrakkomandat li l-Irlanda:
|
IL-GREĊJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG naqas xi ftit fl-2008 għal eżatt taħt it-3 %, l-aktar minħabba li d-domanda minn barra qed tiddgħajjef. Il-Kummissjoni qed tistenna li t-tkabbir ikompli jonqos fl-2009, miġbud ‘l isfel min-nixfa fis-settur tad-djar u investiment li qed ikun anqas ottimist. L-inflazzjoni, imbuttata ‘l fuq mill-prezzijiet tal-enerġija u l-ikel, telgħet għal aktar minn 4 % fl-2008, imma mistennija tbatti fl-2009. Id-defiċit baġitarju laħaq it-3,4 % tal-PDG fl-2008 minħabba dħul inqas milli mistenni u, fi grad inqas, infiq aktar minn dak ippjanat. Id-dejn gross hu mistenni li jibqa’ madwar 94 % tal-PDG fl-2008. Il-kont kurrenti ser jirreġistra defiċit ta’ 13,4 % tal-PDG fl-2008. Dan hu mistenni mill-Kummissjoni li jonqos fl-2009. |
2. |
L-impjiegi żdiedu fl-2008, għalkemm it-tkabbir fl-impjiegi mexa aktar bil-mod mis-sena ta’ qabel. It-tkabbir mistenni li jaqleb għan-negattiv fl-2009. Il-qgħad hu previst li jiżdied għal 9 % fl-2009. Il-kriżi finanzjarja mistennija tolqot lill-SMEs b’mod partikolari, permezz tal-issikkar tal-kundizzjonijiet tal-kreditu. L-effetti tagħha qed jinħassu diġà fis-setturi tal-kostruzzjoni u tat-trasport marittimu. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ ikkoordinat tal-UE, il-Greċja adottat miżuri ta’ appoġġ fis-serttur finanzjarju biex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll biex itejbu l-aċċess għall-finanzjament u hekk jappoġġaw l-ekonomija ġenerali, u tintrifed l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn dan, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-Greċja reċentement ħabbret miżuri mmirati li jinkludu appoġġ għall-SMEs u l-gruppi soċjali ekonomikament vulnerabbli. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri li ttieħdu mill-Greċja biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-Programmi ta’ Stabbiltà aġġornati mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Barra mill-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Greċja kompliet bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Ittieħdu numru ta’ miżuri biex tiġi rriformata s-sistema tal-pensjonijiet. In-nuqqas ta’ lħiq tal-miri fiskali fl-2007 ssottolinja l-ħtieġa li titkompla l-konsolidazzjoni fiskali li bdiet fl-2004. Huwa tajjeb li l-Greċja qed tiffoka l-politika tagħha fuq ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika bis-suċċess issa jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva. Hemm bżonn ta’ aktar sforz fil-qasam tal-politika, b’mod partikolari fir-rigward tal-linji ta’ politika attivi fis-suq tax-xogħol u miżuri biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux dikjarat, sabiex il-Greċja tindirizza l-isfidi tagħha fis-suq tax-xogħol. L-implimentazzjoni tar-riformi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tiġi aċċellerata. |
6. |
L-ambjent internazzjonali diffiċli jobbliga l-intensifikazzjoni tal-isforzi biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi u d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomija Griega. Sabiex jissaħħu l-kompetittività u l-potenzjal għat-tkabbir, huwa fundamentali li tkompli r-riforma strutturali. Il-Greċja għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-implimentazzjoni ta’ linji ta’ politika ta’ investiment fil-kapital uman, ir-R&Ż u l-innovazzjoni, it-titjib tal-ambjent tan-negozju, inkluż bit-twaqqif ta’ punti uniċi minn fejn wieħed jinqeda, iż-żieda fl-effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika, u l-ħidma favur ambjent makro-ekonomiku sostenibbli. Aspett importanti ieħor biex il-kompetittività tqum fuq saqajha huwa li jiġi żgurat li l-iżviluppi fil-pagi jkunu allinjati aktar mill-qrib mal-iżviluppi fil-produttività. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kunmissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Greċja tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rrakkomandat li l-Greċja:
|
SPANJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG reali ta’ Spanja batta b’mod sinifikattiv għal 1,2 % fl-2008. Aktarx li jkun hemm aktar tnaqqis fl-2009. Dan l-iżvilupp ġej min-nixfa li għaddejja fil-kostruzzjoni residenzjali, u kien aggravat bil-kriżi finanzjarja globali u l-issikkar tal-kundizzjonijiet tal-kreditu, li wasslu għal tnaqqis qawwi fid-domanda domestika. L-inflazzjoni telgħet għal 4,1 % fl-2008, imma hi mistennija li timmodera b’mod sinifikattiv. Fl-2008 l-baġit tal-gvern irreġistra defiċit ta’ 3,4 % tal-PDG, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ ‘l fuq minn 5 punti perċentwali meta mqabbel mal-2007. Id-defiċit tal-kont kurrenti laħaq kważi 9,5 % tal-PDG fl-2008, għalkemm huwa wkoll mistenni mill-Kummissjoni li jimmodera fl-2009. |
2. |
L-impjiegi naqsu fl-2008 u ser jkomplu jonqsu fl-2009, minkejja li l-parteċipazzjoni, speċjalment tan-nisa, baqgħet f’saħħitha. Dan wassal biex ir-rata tal-qgħad taqbeż il-11 % fl-2008, b’żieda addizzjonali sinifikattiva ta’ aktar minn 16 % mistennija fl-2009. L-immigranti, iż-żgħażagħ, u dawk b’ħiliet limitati, b’mod partikolari l-irġiel ta’ bejn il-25 u l-54 sena, huma l-aktar affettwati, u s-settur tal-kostruzzjoni residenzjali u dak tal-karozzi qed jiffaċċjaw riskji partikolari. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ tal-UE kkoordinat, Spanja adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll biex itejbu l-aċċess għall-finanzjament u hekk jappoġġjaw l-ekonomija ġenerali, u tintrifed l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn dan, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, Spanja reċenetement ħabbret miżuri, inkluż investiment fix-xogħlijiet pubbliċi, l-iffaċilitar tal-finanzjament għall-SMEs, u appoġġ għan-nies qiegħda. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri li ttieħdu minn Spanja bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Spanja kompliet bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Inkiseb progress taħt l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u f’termini ta’ titjib għall-aċċess għall-faċilitajiet tal-indukrar tat-tfal, fl-indirizzar tal-isfida biex jitjieb it-tħaddim tas-settur tal-enerġija, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-interkonnessjoni mal-pajjiżi ġirien. |
6. |
L-isfida ewlenija fil-perijodu medju hija li jitkomplew ir-riformi strutturali biex jiġi sostnut it-tkabbir potenzjali, jiġi kkoreġut id-defiċit kbir fil-kont kurrenti u jiġi ffaċilitat ir-ristrutturar tas-settur tad-djar. L-aktar sfida importanti f’dan ir-rigward hija t-titjib fil-kompetittività. Għal dan il-għan, prijoritajiet importanti jinkludu t-tkabbir fl-innovazzjoni, it-tisħiħ tal-kompetizzjoni, speċjalment fis-servizzi, titjib fir-regolamentazzjoni tas-suq tal-kera, u żieda fil-kwalità tal-kapital uman permezz tat-tagħlim tul il-ħajja u l-implimentazzjoni tar-riforma fl-edukazzjoni. Aspett ieħor importanti biex titjieb il-kompetittività huwa li jiġi żgurat li l-iżviluppi fil-pagi jkunu allinjati aktar mill-qrib mal-iżviluppi fil-produttività fil-livell ta’ kumpanija, fil-kuntest ta’ djalogu soċjali. Il-kontinwazzjoni tar-ristrutturazzjoni tan-nefqa pubblika lejn elementi li jsaħħu l-produttività, bħar-R&Ż u l-innovazzjoni, jgħinu biex jiġu sostnuti l-impjiegi u l-attività ekonomika. Żieda fil-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi tgħin biex l-inflazzjoni tinżamm baxxa u tiżdied il-kompetittività bbażata fuq il-prezz tal-esportazzjoni. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda li Spanja tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li Spanja:
|
FRANZA
1. |
It-tkabbir tal-PDG fi Franza batta notevolment għal 0,7 % fl-2008, l-aktar minħabba domanda domestika dgħajfa. It-tkabbir tal-investiment fil-kapital u dak residenzjali qed jieqaf minħabba li l-previżjonijiet ekonomiċi sejrin għall-agħar u l-kundizzjonijiet tal-kreditu qed ikunu dejjem aktar issikkati. Il-prestazzjoni dgħajfa tat-tkabbir mistennija tkompli fl-2009. L-inflazzjoni żdiedet fl-2008 għal rata ta’ 3,2 %, imma ser tonqos fl-2009. Id-defiċit pubbliku kien ta’ 3,2 % tal-PDG fl-2008. Ir-riċessjoni mondjali qed tolqot ħażin l-esportazzjoni u b’hekk qed tikkontribwixxi għal twessigħ mistenni tad-defiċit tal-kont kurrenti għal madwar 3,8 % tal-PDG fl-2008, li hu mistenni mill-Kummissjoni li jippersisti. |
2. |
It-tkabbir fl-impjiegi kien kważi staġnat fl-2008 u hu mistenni li jaqleb għan-negattiv fl-2009. Il-qgħad baqa’ fil-livell ta’ madwar 8 % fl-2008 imma għandu jiżdied fl-2009. It-tnaqqis tal-attività ekonomika attwali beda jaffettwa b’mod sinifikattiv is-suq tax-xogħol bis-settur tal-industrija; bl-industrija tal-karozzi b’mod partikolari ssofri telf ta’ impjiegi. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ ikkoordinat tal-UE, Franza adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll biex itejbu l-aċċess għall-finanzjament u għalhekk tiġi sostnuta l-ekonomija ġenerali, u tintrifed l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn dan, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, Franza reċenetement ħabbret miżuri li jinkludu investiment fl-infrastruttura, fl-effiċjenza tal-enerġija u l-produzzjoni, u l-appoġġ għall-SMEs u s-settur tal-kostruzzjoni. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda minn Franza biex tirrispondi għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Franza kompliet bl-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Bħala parti minn programm ta’ riforma komprensiv, ittieħdu diversi miżuri, l-aktar fl-oqsma tal-appoġġ għall-SMEs, l-użu tal-ICT, il-prestazzjoni tar-R&Ż, il-linji ta’ politika ambjentali, is-settur tal-bejgħ bl-imnut u r-riformi tas-suq tax-xogħol, it-titjib tad-djalogu soċjali u l-ippjanar ta’ politika fiskali fil-perijodu medju. Hemm bżonn ta’ aktar sforzi biex titjieb il-konsolidazzjoni baġitarja fil-perijodu medju, il-kompetizzjoni fis-setturi tal-enerġija u tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, u fil-professjonijiet irregolati, biex tiġi mmodernizzata aktar il-liġi dwar ix-xogħol, u jitjiebu l-opportunitajiet fit-taħriġ vokazzjonali. |
6. |
L-isfidi ewlenin ta’ Franza fil-perijodu medju ser ikunu t-tkomplija tal-immodernizzar tas-suq tax-xogħol biex jiffunzjona aħjar u li tindirizza s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, u li tkompli ttejjeb il-qafas kompetittiv ġenerali fis-settur tas-servizzi inkluż is-settur tal-bejgħ bl-imnut. Dawn hemm bżonn li jiġu indirizzati waqt li tinżamm strettament il-mira dwar l-infiq imħabbra mill-gvern ta’ volum ta’ tkabbir żero għall-Istat. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda li Franza taħdem biex timplimenta r-riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rrakkomandat li Franza:
|
L-ITALJA
1. |
Fl-2008 l-ekonomija Taljana huwa stmat li naqset b’0,6 %. Inflazzjoni għolja, effetti negattivi ta’ ġid, u aktar inċertezza żammew lura l-konsum privat, waqt li tnaqqis fid-domanda u kundizzjonijiet finanzjarji aktar stretti wasslu għal investiment aktar baxx. Kost kompetittività ta’ infiq li sejra lura u domanda globali aktar dgħajfa laqtu wkoll l-esportazzjoni. Il-PDG hu mistenni mill-Kummissjoni li jonqos aktar bi 2 % fl-2009. L-inflazzjoni laħqet quċċata fit-tielet kwart tal-2008, u hi mistennija li tonqos. Wara li naqas għal 1,6 % tal-PDG fl-2007, id-defiċit baġitarju qiegħed jiżdied mill-ġdid. Id-dejn gross hu mistenni li jkun tela’ ‘l fuq minn 105 % tal-PDG fl-2008 u li jiżdied aktar fl-2009 u fl-2010. Id-defiċit tal-kont kurrenti hu mistenni mill-Kummissjoni li jkun aktar minn 2 % tal-PDG fl-2008, iżda li jibqà mrażżan fl-2009 u fl-2010. |
2. |
Waqt li t-tkabbir fl-impjiegi huwa stmat li jkun baqà kemmxejn pożittiv fl-2008, dan hu mistenni li jaqleb għan-negattiv fl-2009. Peress li t-tkabbir tal-għadd tal-ħaddiema jisboq it-tkabbir fl-impjiegi, ir-rata tal-qgħad żdiedet fl-2008 għall-ewwel darba f’għaxar snin u din it-tendenza negattiva hija mistennija li tkompli fl-2009. Il-ħaddiema b’ħiliet limitati u dawk fuq kuntratti mhux tipiċi huma fost il-gruppi li l-aktar għandhom ċans li jintlaqtu minn din il-kriżi. |
3. |
Bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ tal-UE kkoordinat, l-Italja adottat miżuri ta’ għajnuna għas-settur finanzjarju sabiex tistabilizza s-settur bankarju, u dawn għandhom ukoll itejbu l-aċċess għall-finanzi u b’hekk jgħinu l-ekonomija aktar wiesgħa, u jssaħħu l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn dan, bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, l-Italja adottat miżuri bil-għan li jsostnu l-konsum privat, b’mod partikolari bħala appoġġ għall-familji bi dħul baxx, u għall-investiment. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Italja sabiex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
L-Italja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Il-progress huwa l-aktar viżibbli fil-qasam tal-korrezzjoni fiskali. Ġew introdotti xi miżuri biex jitjieb l-ambjent tan-negozju b’mod partikolari bit-tneħħija ta’ numru ta’ liġijiet żejda u b’titjib fl-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika. Ġiet stabbilita mira għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq in-negozjanti b’25 % sal-2012 u qed jitlesta proġett li jkejjel dan il-piż. Ittieħdu passi inizjali lejn approċċ ibbażat fuq il-“flessigurtà”, u għad irid ikun magħruf x’ser ikun l-impatt tal-miżuri l-ġodda fuq il-qasam tal-edukazzjoni u riċerka. Huma meħtieġa aktar sforzi sabiex tkompli tittejjeb il-kompetizzjoni. |
6. |
L-ekonomija tal-Italja nżammet lura għal diversi snin minn tkabbir dgħajjef fil-produttività u livell ta’ dejn pubbliku ‘l fuq mill-PDG b’mod persistenti, għalkemm id-dejn fis-settur korporattiv u dak tad-djar huwa relattivament baxx. Id-dejn pubbliku jitfa’ piż fuq is-sostenibbiltà fiskali. Il-linji ta’ politika ewlenin li huma meħtieġa sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-produttività jinvolvu riformi strutturali ta’ importanza kbira, inkluż it-tisħiħ tal-qafas tal-kompetizzjoni, aktar titjib fl-ambjent kummerċjali billi tinqatà l-burokrazija f’kull livell governattiv, titjib fil-funzjonament tas-suq tax-xogħol, u l-promozzjoni tar-R&Ż. Aktar attenzjoni għandha tingħata lill-formazzjoni tal-kapital uman, u l-potenzjal mhux użat tax-xogħol għandu jiġi sfruttat aħjar, partikolarment fin-Nofsinhar. Aspett ieħor importanti sabiex tiġi restawrata l-kompetitività huwa li jiġi assigurat li l-iżviluppi fil-pagi jiġu allinjati mal-iżvilluppi fil-produttività, permezz ta’ aktar deċentralizzazzjoni tal-mekkaniżmu tal-iffissar tal-paga. Sabiex wieħed ikompli fuq ir-riformi baġitarji li ttieħdu f’Lulju 2008, huwa importanti li fil-perijodu medju l-finanzi pubbliċi jinżammu fit-triq permanenti u sostenibbli sabiex jinħolqu kondizzjonijiet aktar favorevoli għall-investiment, u jinħoloq spazju għal aktar infiq fuq il-kapital uman u l-infrastruttura. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Italja biex tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Italja:
|
ĊIPRU
1. |
It-tkabbir reali tal-PDG naqas biss moderatament għal 3,6 % fl-2008, hekk kif domanda domestika, u speċjalment il-konsum privat, komplew jiżdiedu bis-saħħa. It-tkabbir huwa pproġettat mill-Kummissjoni li jkompli jimmodera fl-2009 għal madwar 1 %, l-aktar minħabba l-impatt li attività ekonomika aktar baxxa bejn l-imsieħba prinċipali tal-kummerċ f’Ċipru se jkollu fuq it-turiżmu u d-domanda barranija għad-djar. Il-piż tad-dejn tal-familji li qed jiżdied u ambjent inċert aktarx li ser idgħajfu wkoll il-konsum privat. Ir-rata tal-inflazzjoni ta’ 4,4 % fl-2008 kienet id-doppju tar-rata tagħha fl-2007, prinċipalment minħabba prezzijiet ogħla ta’ żejt u ikel importat. Dan hu mistenni mill-Kummissjoni li jinżel għal 2 % fl-2009. Il-baġit tal-gvern huwa mistenni li jkun 1 % tal-PDG f’bilanċ favorevoli fl-2008. Tnaqqis fid-domanda esterna, tnaqqis fid-dħul mit-turiżmu, prezzijiet konsiderevolment ogħla taż-żejt u l-prodotti bażiċi u żidiet nominali fil-pagi affettwaw il-kompetittività tal-ekonomija Ċiprijotta u wessgħu d-defiċit tal-kont kurrenti għal aktar minn 13 % tal-PDG fl-2008. Dan hu mistenni li jinżel għal 12 % fl-2009. Hemm il-ħtieġa li terġa’ tinbena l-kompetittività permezz ta’ miżuri li jsaħħu t-tkabbir tal-produttività u żviluppi adegwati fil-kost ta’ unità lavorattiva. |
2. |
Stimi tas-suq tax-xogħol attwali juru li t-tkabbir fl-impjiegi kien bejn wieħed u ieħor 2 % fl-2008 bir-rata tal-qgħad tibqa’ madwar 4 %. It-tkabbir fl-impjiegi mistenni li jonqos matul l-2009, u b’hekk iwassal għal żieda fil-qgħad ta’ madwar 5 %. Żvilluppi attwali fis-suq tax-xogħol jindikaw li s-setturi tat-turiżmu u tal-kostruzzjoni flimkien mal-ħaddiema barranin li ġeneralment huma mhux ta’ ħiliet limitati impjegati f’dawn is-setturi aktarx li ser ikunu dawk li l-aktar ser jintlaqtu mill-impatt tal-kriżi. |
3. |
Bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, Ċipru reċentement ħabbar miżuri, inkluż appoġġ għal familji bi dħul baxx u self b’rata baxxa għad-djar. Kienu mħabbra wkoll miżuri oħra li jipprovdu appoġġ għas-setturi tal-kostruzzjoni u t-turiżmu, inklużi passi biex iħaffu l-proċeduri sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda minn Ċipru sabiex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Ċipru kompla l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Il-linji ta’ politika mikroekonomiċi li huma mmirati li jiżviluppaw is-soċjetà tal-informazzjoni u joħolqu l-kondizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli, flimkien ma’ linji ta’ politika komprensivi ta’ inklużjoni soċjali, ikkontribwixxew għal prestazzjoni qawwija ta’ Ċipru fl-2008. Ġew ippreżentati miżuri lill-Kamra tar-Rapprezentanti għall-approvazzjoni, li għandhom jgħinu sabiex tkun żgurata s-sostenibbiltà fiskali għal perijodu fit-tul, speċjalment fil-qasam tal-pensjonijiet. Biex jikkumplimentaw lil dan, huma meħtieġa aktar miżuri biex tiġi riformata s-sistema tal-kura tas-saħħa. F’Ċipru qed issir promozzjoni għal aktar miżuri biex itejbu l-innovazzjoni aktar milli r-R&Ż, minħabba l-orjentament tal-ekonomija lejn is-servizzi u d-daqs żgħir ħafna tal-parti l-kbira tal-kumpanniji. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija għat-Tagħlim Tul il-Ħajja bdiet, waqt li għandhom ikunu segwiti aktar azzjonijiet għar-riforma tal-edukazzjoni sekondarja teknika u vokazzjonali u s-sistema ta’ apprendistat. Fil-qasam mikroekonomiku xi miżuri ġodda għenu biex tingħeleb kompetizzjoni insuffiċjenti fis-servizzi professjonali. |
6. |
L-ekonomija Ċiprijotta għandha grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni fil-kummerċ, li flimkien mal-ftuħ tal-pajjiż, iżid l-espożizzjoni tagħha għal xokkijiet esterni. It-trażizzjoni kontinwa lejn ekonomija aktar iddiversifikata u mmexxija mill-innovazzjoni hija importanti sabiex tissaħħaħ fil-konfront tal-kompetizzjoni li ġejja mill-ekonomiji ta’ spiża aktar baxxa. Huma meħtieġa sforzi sabiex tiżdied il-produttività tax-xogħol permezz ta’ investimenti fil-konoxxenza, teknoloġiji ġodda, ħiliet, l-ambjent kummerċjali, u l-innovazzjoni. Sfida importanti ta’ politika ser tkun biex isir titjib fil-kompetittività tal-pajjiż. Minħabba l-iżbilanċi esterni relattivament għolja, ikun importanti li jiġu intensifikati r-riformi strutturali li jżidu t-tkabbir tal-produttività u jallinjaw il-pagi mal-produttività. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lil Ċipru biex jissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li Ċipru:
|
IL-LATVJA
1. |
Skont il-Kummissjoni t-tkabbir tal-PDG tal-Latvja ddeterjora drastikament fl-2008, minn aktar minn 10 % fl-2007 għal tnaqqis mistenni ta’ madwar 2 %. Is-sitwazzjoni ekonomika dgħajfa u l-kriżi finanzjarja naqqsu d-disponibbiltà tal-kreditu, li wasslu għal anqas konsum mill-privat u fis-suq tad-djar. L-investiment ġie affettwat b’mod partikolari u mistenni li jkun naqqas bejn wieħed u ieħor 9 % fl-2008. Il-PDG aktarx li jkompli jonqos b’mod sinifikattiv għal xi żmien. L-inflazzjoni telgħet għal 15,3 % fl-2008, iżda ser tonqos fl-2009. Ir-riċessjoni profonda ser jkollha effett negattiv fuq il-bilanċ tal-gvern, li hu mistenni mill-Kummissjoni li jkun laħaq defiċit ta’ madwar 3,5 % tal-PDG fl-2008. Tnaqqis fid-domanda domestika kkontribwixxa għal rimedju ta’ żbilanċi esterni kbar. L-importazzjoni naqset b’mod sinifikattiv fl-2008, li b’hekk naqqset id-defiċit tal-kont kurrenti għal madwar 15 % tal-PDG. |
2. |
L-impjiegi ser jonqsu konsiderevolment fl-2009. Il-qgħad issa qiegħed jiżdied u hu mistenni li jiżdied b’mod sostanzjali minn madwar 6,5 % fl-2008. S’issa t-telf tal-impjiegi l-aktar li affettwa kien lill-ħaddiema b’ħiliet limitati mis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-bejgħ bl-imnut iżda gruppi oħra qed jiġu dejjem aktar affettwati. Firxa ta’ gruppi żvantaġġati u ż-żgħażagħ probabbilment ser ibatu, b’hekk jitfgħu lura l-progress fl-impjiegi li kien hemm fl-imgħoddi reċenti fost dawn il-gruppi. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja, u f’assoċjazzjoni mal-għajnuna finanzjarja internazzjonali maqbula f’Diċembru 2008, il-Latvja adottat miżuri ta’ appoġġ għas-settur finanzjarju sabiex tistabbilizza s-settur bankarju, li għandu jgħin ukoll biex itejjeb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk jgħinu l-ekonomija aktar wiesgħa, u jirfdu l-istabbiltà makroekonomika. Matul l-2008 rriżulta li l-Latvja ser tesperjenza tnaqqis fir-ritmu qawwi u fit-tul. Minħabba pressjonijiet li akkumulaw fuq is-swieq kapitali u finanzjarji Latvjani u fis-sistema bankarja tagħha, li wasslu għall-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-ħtieġa urġenti għal għajnuna finanzjarja internazzjonali. F’dan il-kuntest, fit-12 ta’ Diċembru 2008, il-Parlament Latvjan adotta Programm ta’ Stabbilizzazzjoni Ekonomika u Rilanċ tat-Tkabbir, li għandu jgħin għaż-żamma tal-fiduċja domestika u internazzjonali fis-sistema finanzjarja, jikkontribwixxi direttament u indirettament għall-waqfien u l-irriversjar tat-tendenza negattiva fil-kost kompetittività u l-pressjonijiet mill-inflazzjoni permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-pagi fis-settur pubbliku bħala ċ-ċentru ta’ pożizzjoni fiskali aktar ħarxa, u t-tisħiħ tal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija permezz ta’ firxa ta’ riformi strutturali. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Latvja sabiex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbilit fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il-kuntest, il-Latvja għandha tirrispetta l-miri tal-finanzi pubbliċi stabbiliti fil-Programm Ekonomiku ta’ Stabilizzazzjoni tagħha, tindirizza b’mod urġenti l-iżbilanċi makroekonomiċi tagħha, u timplimenta b’mod sħiħ il-memorandum tal-bilanċ ta’ pagamenti tagħha. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Latvja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Il-gvern naqqas mill-infiq ippjanat u ppropona miżuri sabiex jillimita t-tkabbir fil-paga fis-settur pubbliku. Ittieħdu miżuri sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tar-R&Ż. Ittieħdu azzjonjiet notevoli sabiex jiżdiedu l-ħaddiema disponnibbli għax-xogħol fil-perijodu medju, iżda huwa meħtieġ li jsir aktar sabiex tiġi żviluppata strateġija ta’ tagħlim tul il-ħajja. L-ambjent regolatorju ġie mtejjeb aktar. Sar xi progress ukoll fl-aċċess għall-kura tat-tfal. |
6. |
L-isfida ta’ politika ekonomika immedjata għal-Latvja hi li tiżgura stabbiltà makrofinanzjarja minħabba li hemm riskju ta’ tnaqqis fir-ritmu qawwi u fit-tul. Fil-perijodu medju, produttività li twassal għal investiment fir-R&Ż, innovazzjoni u edukazzjoni għandhom jiffaċilitaw ċaqlieqa mis-setturi mmexxija mid-domanda domestika għal affarijiet negozjabbli. Huma meħtieġa riformi strutturali b’mod urġenti sabiex tiżdied il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol u jingħata appoġġ għat-transizzjoni, primarjament permezz ta’ attivazzjoni u taħriġ aktar effiċjenti. Politika ta’ pagi pubbliki għandha tagħti s-sinjal it-tajjeb għall-moderazzjoni fil-pagi fis-settur privat, li twassal biex tgħin fil-kontroll tal-inflazzjoni, u sabiex tmanti l-kost kompetittività tal-esportazzjoni. Implimentazzjoni f’waqtha u b’mod determinat tal-programmi ta’ Fondi Strutturali ser ikollha effett pożittiv fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tad-disponibbiltà tal-ekonomija, tappoġġa l-impjiegi u tissalvagwardja l-aċċess għall-finanzi għan-negozji. Huwa essernzjali li tinżamm il-kapaċità amministrattiva sabiex timplimenta l-programmi. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Latvja tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Latvja:
|
IL-LITWANJA
1. |
Il-PDG hu mistenni mill-Kummissjoni li jkun kiber bi 3,4 % fl-2008, ħafna anqas mill-2007 (8,9 %). Bil-korrezzjoni fis-suq tad-djar, l-investiment naqas. Restrizzjonijiet ta’ kreditu stretti, li jnaqqsu d-dħul reali, u t-tnaqqis tal-kunfidenza fil-kummerċ u fost il-konsumaturi huma mistennija li naqqsu d-domanda domestika għall-2009. L-inflazzjoni telgħat għal 11,1 % fl-2008, minħabba prezzijiet għolja tal-prodotti bażiċi u pressjonijiet ta’ pagi domestiċi. Minħabba d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika globali u nfiq addizzjonali, id-defiċit tal-gvern żdied. Hu mistenni mill-Kummissjoni li kellu jkun qrib ta’ 3 % tal-PDG fl-2008, u anke fl-2009 peress li kienu adottati numru ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Żidiet sinifikattivi fil-pagi jista’ jkun li għamlu ħsara lill-kompetittività esterna, li flimkien ma’ domanda esterna dgħajfa għandhom iwasslu għal anqas tkabbir fl-esportazzjoni fl-2009. Madankollu, fis-snin li ġejjin hu mistenni tnaqqis fit-tkabbir tal-paga nominali. Barra minn dan, domanda interna mrażżna probabbilment ser iddgħajjef it-tkabbir fl-importazzjoni, li jwassal għal defiċit tal-kont kurrenti aktar baxx minn dak ipproġettat ta’ 12,6 % tal-PDG fl-2008. ‘Il quddiem, hemm il-ħtieġa ta’ tħejjija għall-impatt tal-għeluq maqbul tal-impjant nukleari ta’ Ignalina fl-2010 fuq il-PDG potenzjali u l-prezzijiet tal-enerġija domestiċi. |
2. |
Il-figuri tas-suq tax-xogħol attwali jissuġġerixxu li fl-2008 it-tkabbir fl-impjiegi qaleb għan-negattiv u l-qgħad hu mistenni li jiżdied għal aktar minn 5 %. Tkeċċija ta’ impjegati fuq skala kbira diġà qed tiżdied, u qed teffettwa b’mod partikolari lil dawk li huma ta’ ħiliet limitati, żgħażagħ bi ftit kwalifiki, residenti rurali u ħaddiema akbar fl-età. Differenzi reġjonali fil-qgħad jistgħu jsiru aktar qawwija. |
3. |
Fid-9 ta’ Diċembru 2008 il-gvern il-ġdid elett adotta programm tal-gvern kontra l-kriżijiet li ħabbar numru ta’ miżuri fiskali sabiex jindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi tal-pajjiż u sabiex inaqqas id-defiċit ġenerali tal-gvern mill-2009 ‘l quddiem. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mil-Litwanja sabiex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il-kuntest, il-Litwanja għandha tirrispetta l-miri ta’ finanzi pubbliċi kif stabbiliti fil-programm tagħha kontra l-kriżi. Minbarra l-implimentazzjoni rapida tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Litwanja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Numru ta’ miżuri ġew implimentati sabiex itejbu l-impjegabbiltà fost iż-żgħażagħ u jipprovdu taħriġ imprenditorjali. Huma meħtieġa aktar sforzi sabiex jindirizzaw l-oqsma ta’ politika prinċipali li jtejbu l-istabbiltà makrofinanzjarja u jnaqqsu l-inflazzjoni. Barra minn dan, ser ikun meħtieġ aktar appoġġ sabiex ikun inkoraġġit investiment dirett barrani, isir titjib fir-R&Ż u l-prestazzjoni tal-innovazzjoni, l-ambjent regolatorju, żieda fil-kura tat-tfal u titjib fis-saħħa u s-sigurtà. |
6. |
It-tkabbir ekonomiku għoli u l-emigrazzjoni ssikkaw is-suq tax-xogħol u żiedu fl-ispejjeż tiegħu, u b’hekk affettwaw negattivament il-kompetittività tal-Litwanja. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku attwali mandankollu ser iwassal għal żieda fil-qgħad u għalhekk politika attiva tas-suq tax-xogħol issir ta’ importanza vitali. Madankollu, l-isfida l-aktar urġenti tibqa’ t-tnaqqis tal-iżbilanċi makroekonomiċi mdaqqsa. Sabiex l-inflazzjoni tkun ikkontrollata u titwaqqaf id-deterjorazzjoni fil-kompetittività, żviluppi fil-pagi għandhom ikunu allinjati mal-produttività. Ċerti miżuri li jinkludu tkabbir fil-pagi fis-settur pubbliku diġà ġew implimentati f’konformità mal-politika ta’ tfaddil ġenerali fuq in-naħa tan-nefqa. L-ambjent tan-negozju għandu jittejjeb u l-kapaċità amministrattiva għandha tissaħħaħ. Barra minn dan, tkabbir fil-produttività trid tissaħħaħ billi jittejbu l-ħiliet u tiżdied il-prestazzjoni tal-innovazzjoni, inkluż billi jkun attirat investiment dirett minn barra. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Litwanja biex tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Litwanja:
|
IL-LUSSEMBURGU
1. |
It-tkabbir tal-PDG naqas fl-2008 għal madwar 1 %, ħafna anqas mill-pass tal-2007 (5,2 %), hekk kif it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku internazzjonali beda jħalli l-impatt tiegħu. Dan in-nuqqas fir-ritmu mistenni li jkompli fl-2009. Dan l-iżvilupp qiegħed jitmexxa minn domanda esterna baxxa u investiment privat baxx. L-inflazzjoni żdiedet għal aktar minn 4 % fl-2008 fuq żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, iżda hi mistennija li tonqos fl-2009. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku probabbilment naqqas il-bilanċ favorevoli tal-baġit għal 3,0 % tal-PDG fl-2008. Skont il-Kummissjoni, il-Lussemburgu għandu jkollu bilanċ favorevoli fil-kont kurrenti ta’ aktar minn 8 % tal-PDG għall-2008, li probabilment jonqos xi ftit fl-2009. |
2. |
L-impjiegi komplew jiżdiedu fl-2008 u r-rata tal-qgħad baqgħet 4,1 %. Is-sitwazzjoni fl-2009 hi mistennija li tkun anqas pożittiva, bit-tnaqqis fit-tkabbir tal-impjiegi u żieda fil-qgħad. Il-Lussemburgu ser iħabbat wiċċu ma’ sfidi kkaġunati mill-kriżi kurrenti li probabbilment ser jaffettwaw is-setturi tal-finanzi, t-trasport u l-azzar kif ukoll intrapriżi relatati mal-industrija tal-karozzi. |
3. |
Bħala tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ tal-UE kkoordinat, il-Lussermburgu adottat miżuri ta’ għajnuna għas-settur finanzjarju sabiex tistabbilizza s-settur bankarju, u dawn għandhom ukoll itejbu l-aċċess għall-finanzi u b’hekk jgħinu l-ekonomija aktar wiesgħa, u jssaħħu l-istabbilità makroekonomika. Barra minn hekk, bħala tweġiba għat-tnaqqis ekonomiku, il-Lussemburgu dan l-aħħar ħabbret miżuri, inkluż anqas taxxi fuq negozji u għajnuna għal familji bi dħul aktar baxx. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Lussemburgu sabiex iwieġeb għat-tnaqqis ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. B’rabta mal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. |
5. |
Il-Lussemburgu kompla l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tiegħu. Il-Lussemburgu għamel xi progress sabiex iżid ir-rata ta’ impjiegi ta’ ħaddiema aktar avvanzati fl-età, inaqqas in-numru ta’ dawk li jitilqu mill-iskola f’età bikrija u jneħħi ostakoli artifiċjali fis-sistema edukattiva, u jagħmel l-ambjent ekonomiku aktar attraenti. Huma meħtieġa aktar miżuri sabiex ikunu indirizzati dawn l-isfidi tal-bażi. |
6. |
Minħabba li s-settur finanzjarju jgħodd għal aktar minn kwart tal-PDG, il-kriżi finanzjarja attwali tista’ taffettwa profondement il-pajjiż. Barra minn dan, iż-żieda ta’ malajr b’paragun fil-kost ta’ unità lavorattiva probabbilment ser jaffettwa b’mod negattiv il-kompetittività. Dan id-deterjorament aktarx li ser jkompli fis-snin li ġejjin minħabba li l-produttività hija mistennija li tonqos fl-2008 u fl-2009. F’perspettiva aktar fit-tul, is-sistema tal-pensjoni għandha bżonn tiġi rriformata sabiex tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tagħha. Ir-rata ta’ impjiegi tal-populazzjoni residenti tibqà taħt il-medja Ewropea b’dik tal-ħaddiema aktar avvanzati fl-età partikolarment baxxa. Il-Lussemburgu jrid ukoll jaħdem biex l-ambjent tal-kummerċ ikun aktar attraenti. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
L-UNGERIJA
1. |
Wara li fl-2007 waqà drastikament għal 1,1 % (prinċipalment minħabba l-programm fiskali ta’ aġġustament li beda fin-nofs tal-2006), it-tkabbir tal-PDG niżel għal 0,9 % fl-2008 minkejja produzzjoni agrikola sinifikattiva. Jekk wieħed iħares ‘il quddiem, tnaqqis ekonomiku qawwi hu mistenni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-ambjent estern li qed tiddeterjorja b’mod mgħaġġel. Il-kriżi finanzjarja kellha effetti partikolarment ħżiena u qawwija fuq is-swieq ta’ kambju Ungeriżi finanzjarji u barranin, li wasslu għall-iffriżar temporanju tas-suq tal-gvern tal-bonds tal-gvern, niżla qawwija fis-suq tal-istokks, u żvalutar qawwi tal-valuta. L-inflazzjoni kienet aktar minn 6 % fl-2008, iżda t-tendenza min-nofs l-2007 kienet dejjem ‘l isfel u għandha tkompli tonqos. Minkejja t-tnaqqis, id-defiċit tal-baġit hu mistenni mill-Kummissjoni li jkun naqas għal 3,3 % tal-PDG fl-2008 b’aktar aġġustamenti ppjanati mill-awtoritajiet. Fl-2008, id-defiċit tal-kont kurrenti b’xi mod żdied għal bejn wieħed u ieħor 7 % tal-PDG. |
2. |
L-impjiegi naqqsu fl-2008 b’madwar 1 % u din it-tendenza ser tkompli fl-2009. Ir-rata tal-qgħad għandha tkompli tiżdied mir-rata ta’ madwar 7,7 % fl-2008. Skont l-intensità tan-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-qgħad jistà ma jkunx ristrett biss għall-ħaddiema b’ħiliet limitati u għall-gruppi u ż-żoni ġeografiċi żvantaġġati. |
3. |
Fil-kuntest ta’ self Komunitarju ta’ bilanċ ta’ pagamenti bħala appoġġ għat-tweġiba tal-Ungerija għat-turbolenzi tas-suq finanzjarju, l-awtoritajiet iffirmaw memorandum ta’ ftehim fid-19 ta’ Novembru 2008, fejn elenkaw kondizzjonijiet ta’ politika ekonomika mehmuża mal-iżburżar tagħha, partikolarment fir-rigward ta’ konsolidazzjoni fiskali u riforma fiskali ta’ kontroll. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħuda mill-Ungerija sabiex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il-kuntest, l-Ungerija għandha timplimenta kompletament il-memorandum ta’ bilanċ ta’ pagamenti tagħha. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
L-Ungerija kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Il-politika fiskali aktarx li ser terġa’ tirriżulta f’livell ta’ konsolidazzjoni fl-2008 li hu aħjar minn kif kien immirat. Sforzi addizzjonali huma meħtieġa fir-riformi tas-suq strutturali u tax-xogħol. Il-Fondi Strutturali jilagħbu rwol importanti fl-implimentazzjonni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u l-eżekuzzjoni tiegħu hija bejn wieħed u ieħor fi triqitha. Wara t-taqlib fis-suq finanzjarju l-awtoritajiet Ungeriżi adottaw serje ta’ miżuri sabiex isaħħu l-fiduċja fis-suq, inkluż tnaqqis b’ritmu mgħaġġel tad-defiċit, aktar kontroll fiskali u settur finanzjarju ta’ regolamenti u superviżjoni aktar b’saħħtu. |
6. |
L-isfida politika għall-Ungerija hi li tnaqqas l-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja waqt li żżomm stabbiltà fiskali u ttejjeb il-kredibbiltà tal-politika ekonomika. Għal dan il-għan, aktar deterjorazzjoni fil-kompetittività esterna għandha titwaqqaf billi jkun żgurat li żidiet fil-pagi jkunu konformi mal-produttività. Fil-perijodu medju sforzi għal titjib fl-istabbilt makroekonomika u fiskali huma tal-akbar importanza. Dan jirrikjedi żieda fl-effettività tas-settur pubbliku u tal-kura tas-saħħa u titjib tal-funzjonament tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari t-tkomplija tar-riforma tas-sistema tal-protezzjoni soċjali sabiex ix-xogħol ikun irendi. Minkejja l-progress li sar min-nofs l-2006, jista’ jkun hemm aktar tfaddil effiċjenti fis-settur pubbliku. Ir-rata ġenerali ta’ impjiegi fl-Ungerija (57,3 %) kienet it-tielet l-inqas fl-UE fl-2007, b’rata ta’ partiċipazzjoni partikolarment baxxa ta’ persuni żgħażagħ u nies aktar avvanzati fl-età u gruppi żvantaġġati oħra. L-abbiltà tas-sistema edukattiva u tat-taħriġ li twieġeb għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol trid tkun żviluppata aktar sabiex tnaqqas b’mod effettiv il-problema ta’ nuqqas ta’ ħiliet meta mqabbla mal-ħtiġijiet. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li twettaq, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Ungerija biex tissokta bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rrakkomandat li l-Ungerija:
|
MALTA
1. |
Il-PDG huwa mistenni mill-Kummissjoni li jkun kiber bi 2,1 % fl-2008, ‘l isfel mit-3,9 % tal-2007. It-tkabbir tal-PDG huwa mistenni li jiddgħajjef fl-2009. L-inflazzjoni żdiedet għal 5,7 % f’Ottubru 2008, minħabba prezzijiet internazzjonali ogħla tal-ikel u taż-żejt, u possibbilment raffurzata minn kompetizzjoni domestika dgħajfa u dipendenza għolja fuq l-importazzjoni tal-enerġija. Il-pożizzjoni fiskali ddeterjorat fl-2008, bid-defiċit baġitarju jitla’ għal 3,5 % tal-PDG. Domanda globali iktar dgħajfa wasslet għat-twessiegħ tad-defiċit tal-kont kurrenti. |
2. |
It-tkabbir tal-impjiegi naqas fl-2008 u dan jidher li ser jkompli fl-2009 hekk kif jonqos ir-ritmu tal-attività ekonomika. L-impjieg femminili żdied bi ftit fl-2007, iżda b’36,9 % jibqa’ l-iktar wieħed baxx fl-UE. Ir-rata ta’ impjiegi fost il-ħaddiema iktar avvanzati fl-età fil-verità naqqset (għal 28,3 %) fl-2007. Il-qgħad probabbilment ser jiżdied minn 6,5 % fl-2008, u prinċipalment ser jaffettwa lill-ħaddiema b’ħiliet limitati mis-setturi tal-manifattura u t-turiżmu, għalkemm setturi oħra jistgħu jkunu dejjem aktar f’riskju. |
3. |
Dan l-aħħar Malta ħabbret miżuri, inkluż investiment avvanzat fl-infrastruttura, l-ambjent u t-turiżmu, u tnaqqis fit-tassazzjoni għall-familji, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-miżuri meħuda minn Malta bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Malta kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Sar progress fl-indirizzar tal-kompetizzjoni u r-riforma fis-suq tax-xogħol. L-inizjattivi pożittiv fl-2008 jinkludu passi importanti lejn il-privatizzazzjoni tat-tarzni, it-twaqqif ta’ passaġġ għall-flessigurità integrata u l-iffissar ta’ mira għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Hemm bżonn ta’ miżuri addizzjonali biex titjieb is-sostenibbiltà tas-sistema tal-kura tas-saħħa, l-ambjent tan-negozju, u d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija. Il-progress f’termini tal-insegwiment tal-konsolidazzjoni tal-baġit naqas fl-2008. |
6. |
Malta tiddependi ħafna fuq enerġija impurtata, riżorsi naturali, materjal għall-produzzjoni u prodotti għall-konsumatur impurtati. Is-sinsla tal-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta huwa fir-riżorsi umani tagħha, fejn hemm bżonn ta’ titjib qawwi fir-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja fost il-ħaddiema b’ħiliet limitati u aktar tnaqqis fir-rata tal-istudenti li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien. Id-daqs ċkejken tal-ekonomija jrendi l-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni partikolarment rilevanti u jitlob titjib fl-ambjent tan-negozju. Użu aktar effiċjent tal-finanzi pubbliċi jeħtieġ riforma ulterjuri fis-sistema tal-kura tas-saħħa. Għalkemm Malta qiegħda tiddiversifika l-bażi ekonomika tagħha, għad hemm bżonn progress ulterjuri biex tkun indirizzata d-dipendenza qawwija attwali fuq it-turiżmu u l-manifattura tal-elettronika. L-isfida biex tiġi żgurata l-kompetittività titlob riformi strutturali ulterjuri li ser itejbu l-produttività u t-tkabbir tal-paga allinjata maż-żieda fil-produttività. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li Malta tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rakkomandat li Malta:
|
L-OLANDA
1. |
It-tkabbir reali tal-PDG fl-Olanda naqas għal 1,9 % fl-2008 minn 3,5 % fl-2007. Fl-2009 t-tkabbir huwa mistenni li jonqos b’riżultat tar-riċessjoni mondjali, inqas investiment u tnaqqis sostanzjali fil-konsum privat. Imsaħħa biż-żieda tal-prezzijiet tal-ikel u l-enerġija iktar kmieni, l-inflazzjoni għoliet għal 2,2 % fl-2008. Il-bilanċ baġitarju pożittiv żdied fl-2008 għal 1,1 % tal-PDG. Madankollu, il-Kummissjoni tistenna li l-bilanċ pożittiv isir defiċit baġitarju ta’ 1,4 % tal-PDG fl-2009 u 2.7 % fl-2010. Minkejja r-riċessjoni mondjali, l-Olanda hija mistennija li jkollha bilanċ favorevoli tal-kont kurrenti ta’ iktar minn 8 % tal-PDG fl-2008, li probabilment jonqos għal 6,5 % tal-PDG fl-2009. |
2. |
It-tkabbir fl-impjiegi, li huwa viċin it-2 %, kompla fl-2008, iżda huwa mistenni li jsir negattiv fl-2009. B’riżultat ta’ dan, il-qgħad naqas fl-2008, iżda huwa mistenni li jiżdied fl-2009. Min iħaddem s’issa qed jibqa’ lura milli jirrikorri għat-tkeċċija tal-persunal billi jibża’ li ma jkunx jista’ jsib persunal kwalifikat la darba l-ekonomija tirkupra. Is-settur industrijali u s-settur finanzjarju probabbilment huma l-iktar li ser jintlaqtu ħażin. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ koordinat tal-UE, l-Olanda adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabilizza s-settur bankarju, li għandu wkoll jgħin li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjamenti u b’hekk jagħti appoġġ lill-ekonomija usa’, u jsostni l-istabbilità makro-ekonomika. Barra minn hekk, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, riċentement l-Olanda ħabbret miżuri, inkluż it-tnaqqis tat-tassazzjoni korporattiva għall-SMEs, kontribuzzjonijiet imnaqqsa tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema, tnaqqis tal-ħinijiet tax-xogħol u ħadet miżuri addizzjonali biex ittejjeb l-aċċess għall-finanzi kemm għall-SMEs kif ukoll għal kumpanniji ikbar. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-miżuri meħuda mill-Olanda bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkunu inkoraġġita. |
5. |
L-Olanda kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Ittieħdu miżuri biex tiżdied il-provista tax-xogħol iżda hemm bżonn li jsir iktar biex jiżdiedu n-numru ta’ sigħat globali maħduma. Minkejja li l-ispejjeż fir-R&Ż qed jistaġnaw, sar progress fiż-żieda tal-koerenza bejn il-linja ta’ politika, permezz tal-introduzzjoni ta’ strutturi ta’ governanza ġodda, bit-tħejjija ta’ strateġija koerenti għar-R&Ż u l-innovazzjoni, kif ukoll is-simplifikazzjoni tat-taħlita ta’ politika dwar l-innovazzjoni. |
6. |
Iż-żieda fin-numru ta’ sigħat ta’ xogħol kumplessivi u t-titjib fir-R&Ż u r-rendiment tal-innovazzjoni ser jgħinu biex isostnu r-rendiment ekonomiku b’saħħtu fil-futur. L-isfida hija biex l-istrateġija għal żmien twil tar-R&Ż u tal-innovazzjoni tkun tradotta f’sett ta’ miżuri politiċi koerenti u effettivi biex jistimulaw b’mod partikolari l-infiq privat fir-R&Ż. Minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni u għalhekk it-tnaqqis fil-provvista tax-xogħol, hemm bżonn tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser jirrikjedi attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Olanda tkompli twettaq l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rakkomandat li l-Olanda:
|
L-AWSTRIJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG naqas fl-2008 minn 3,1 % fl-2007 għal 1.7 %. It-tkabbir huwa mistenni li jonqos b’iktar minn 1 % minħabba t-tnaqqis fl-esportazzjoni u n-nuqqas ta’ investiment. L-inflazzjoni headline laħqet kwazi l-4 % f’nofs l-2008, iżda issa qegħda ttaffi b’mod mgħaġġel. Skont il-Kummissjoni, l-Awstrija rreġistrat defiċit żgħir fil-baġit ta’ 0,6 % tal-PDG fl-2008 li hu mistenni li jiżdied sew fl-2009. B’bilanċ favorevoli tal-kont kurrenti mistenni ta’ iktar minn 3 % tal-PDG fl-2008 li hu mistenni li jibqa’ qrib dak il-livell matul l-2009 u l-2010, il-bilanċi esterni huma b’saħħithom. |
2. |
L-impjieg żdied b’rata ta’ 1,6 % fl-2008, iżda huma mistenni li jonqos fl-2009, u huwa mistenni li jerġa’ jiżdied il-qgħad, wara kważi tliet snin ta’ tnaqqis. Dawk il-gruppi fis-suq tax-xogħol li tradizzjonalment għandhom perspettiva ta’ impjieg limitat, b’mod partikolari ħaddiema iktar avvanzati fl-età u dawk bi ftit kwalifiki, probabbilment ser isofru l-iktar. L-impjiegi għall-ħaddiema temporanji kwalifikati fis-settur industrijali tnaqqsu l-ewwel. Bħalissa, il-parti tal-ekonomija l-aktar milquta huwa s-settur tal-karozzi. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ koordinat tal-UE, l-Awstrija adottat miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabilizza s-settur bankarju, li għandu wkoll jgħin li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjamenti u b’hekk jappoġġa lill-ekonomija usa’, u jsostni l-istabbiltà makro-ekonomika. Barra min hekk, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, l-Awstrija dan l-aħħar ħabbret miżuri, inklużi t-tnaqqis tat-tassazzjoni u appoġġ finanzjarju ulterjuri għall-familji, aċċess aktar faċli għall-SMEs għall-finanzjament u investiment avvanzat fl-infrastruttura, l-effiċjenza tal-enerġija u r-R&Ż. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-miżuri meħuda mill-Awstrija bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Fir-rigward tal-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
L-Awstrija kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Saru xi sforżi biex tiżdied ir-rata ta’ impjieg tal-ħaddiema iktar avvanzati fl-età, ir-riżultati edukattivi taż-żgħażagħ żvantaġġati, l-indirizzar tas-segregazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol u t-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-intraprenditorija. Hemm bżonn miżuri addizzjonali biex tissaħħaħ il-konsolidazzjoni fiskali fiż-żmien medju u biex tiżdied il-kompetizzjoni. |
6. |
L-isfida prinċipali fi żmien medju tal-Awstrija hija li tinbidel f’ekonomija msejsa iktar fuq il-konoxxenza. L-Awstrija żiedet b’mod sinifikattiv l-infiq fuq ir-R&Ż. Għandha tingħata aktar attenzjoni mhux biss biex tiżdied in-nefqa fuq ir-riċerka iżda wkoll lit-taħriġ tal-kapital uman. Il-moderazzjoni kontinwa fil-pagi saħħet il-pożizzjoni kompetittiva globali tal-Awstrija, u wasslet għall-ħolqien tal-impjiegi għall-forza tax-xogħol li qiegħda tikber. Sfida għall-Awstrija hija li tiżgura użu aħjar tar-riżorsi tax-xogħol, notament ta’ ħaddiema iktar avvanzati fl-età, u li ttejjeb l-integrazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-impjieg ta’ gruppi żvantaġġati. L-iżgurar tas-sostenibbiltà tas-sistema tal-welfare soċjali jiddependi fuq riformi u konsolidazzjoni fiskali dejjiema, li teħtieġ li tkun maqgħuda ma’ nefqa pubblika msaħħa f’oqsma li huma kruċjali għat-tkabbir fuq żmien medju. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Awstrija tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rakkomandat li l-Awstrija:
|
IL-POLONJA
1. |
Skont il-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG tal-Polonja naqas għal 5 % fl-2008, wara li kien żdied b’6,7 % fl-2007. Dan it-tkabbir qawwi kien prinċipalment grazzi għall-konsum privat u l-investiment qawwi. It-tkabbir tal-PDG ser jonqos iktar fl-2009 minħabba nuqqas fl-esportazzjoni u fl-investiment. L-inflazzjoni laħqet l-ogħla tagħha ta’ 4,25 % fl-2008, iżda għandha tonqos fl-2009. Id-defiċit baġitarju huwa mistenni li jiżdied bi ftit għal 2,5 % tal-PDG fl-2008 u dan huwa previst mill-Kummissjoni li ser jiddeterjora iktar b’madwar punt perċentwali fl-2009. Id-defiċit tal-kont kurrenti, ta’ 5,6 % tal-PDG fl-2008, huwa mistenni li jibqa’ f’dak il-livell fl-2009. |
2. |
L-impjieg żdied bi 3 % fl-2008 u l-qgħad kompla jonqos għal 7,4 %. Madanakollu, it-tkabbir fl-impjieg ser jonqos b’mod sinifikattiv matul l-2009, bil-qgħad mistenni li jiżdied għal 8,4 %. L-iżviluppi attwali fis-suq tax-xogħol juru li s-setturi tal-esportazzjoni, il-manifattura, il-kostruzzjoni u t-trasport huma l-iktar milquta mit-tnaqqis fir-ritmu tal-attività ekonomika. Ser issir iktar pressjoni fuq iż-żieda fl-attività tax-xogħol u t-titjib tal-mobbiltà fix-xogħol bejn is-setturi u l-industriji, b’hekk tingħata għajnuna biex tinġieb lura l-kost kompetittività fil-prezzijiet tal-ekonomija wara l-perjodu ta’ impjieg b’rata mgħaġġla u tkabbir fil-pagi. |
3. |
Il-Polonja dan l-aħħar ħabbret miżuri, inkluż l-appoġġ għall-SMEs u l-familji bi dħul baxx, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, iżda għadha qed tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq it-tnaqqis tan-nefqa u l-iżgurar tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliki. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-miżuri meħuda mill-Polonja bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Polonja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Ittieħdu numru ta’ miżuri biex titjieb il-kompetizzjoni fl-industriji netwerk, ikunu msaħħa l-linji ta’ politika tas-suq tax-xogħol attiv, jitjieb l-ambjent legali għan-negozjanti u jkun hemm rabta bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u s-suq tax-xogħol. Hemm bżonn sforzi ulterjuri biex jitjieb il-kontroll fuq in-nefqa, biex jissaħħaħ ir-rendiment tar-riċerka u l-iżvilupp, biex issir reviżjoni tas-sistemi ta’ benefiċċji u biex tiżdied il-parteċipazzjoni fit-tagħlim matul il-ħajja. |
6. |
Ir-rendiment ekonomiku tal-Polonja qed jibqa’ lura minħabba numru ta’ problemi strutturali interkonnessi, produttività tax-xogħol baxxa u użu baxx tal-forza tax-xogħol. Jekk jingħaqdu l-isforzi biex titlesta r-riforma tas-sistemi tas-sigurtà soċjali maż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema iktar avvanzati fl-età ikun possibbli li tissaħħaħ il-provista tax-xogħol u titjieb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fl-istess ħin. It-tkabbir u l-impjiegi jibbenefikaw minn aktar titjib tal-ambjent tan-negozju, tkun żviluppata l-infrastruttura u t-titjib tal-kwalità tal-kapital uman. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser jirrikjedi attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Polonja tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rakkomandat li l-Polonja:
|
IL-PORTUGALL
1. |
Skont il-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG tal-Portugall naqas għall-0,2 % fl-2008, minn kważi 2 % fl-2007. Dan it-tnaqqis kien dovut għal nuqqas ta’ investiment u rendiment tal-esportazzjoni iktar dgħajjef, assoċjati mat-tnaqqis tad-domanda esterna. Fl-2009, it-talba domestika hija mistennija li tiddgħajjef iktar, u b’hekk it-tkabbir ser jkun iktar bil-mod. L-inflazzjoni aċċellerat għal 2,7 % fl-2008, iżda baqgħet taħt il-medja għaż-żona tal-euro u qegħda tonqos minħabba x-xejra fit-tnaqqis tal-prezzijiet globali ta’ dan l-aħħar u n-nuqqas ta’ domanda. Ix-xejra ta’ tnaqqis f’dawn l-aħħar snin kompliet, id-defiċit tal-baġit tal-Portugall kien ftit iktar minn 2 % tal-PDG fl-2008. Id-defiċit tal-kont kurrenti żdied għal 11,8 % tal-PDG fl-2008 minħabba t-tkabbir inqas mgħaġġel fl-esportazzjoni u prezzijiet tal-prodotti bażiċi għolja. Id-defiċit tal-kont kurrenti għandu jitjieb fl-2009. |
2. |
L-impjieg fil-Portugall żdied xi ftit fl-2007, bir-rata ta’ impjieg stabbli madwar 68 %. Il-qgħad kien fl-ogħla tiegħu ta’ 8,1 % fl-2007, iżda naqas xi ftit fl-2008. It-talba barranija dgħajfa qed tibda’ taffettwa l-impjieg fis-settur wiesa’ tal-esportazzjoni. Filwaqt li l-ekonomija tkompli għaddejja minn transizzjoni ulterjuri, il-qgħad strutturali ser ikompli jiżdied u jaffettwa b’mod partikolari l-gruppi b’ħiliet limitati u żvantaġġati. |
3. |
Bi tweġiba għall-kriżi finanzjarja u bħala parti minn approċċ koordinat tal-UE, il-Portugall adotta miżuri ta’ appoġġ fis-settur finanzjarju biex tistabilizza s-settur bankarju, li għandu wkoll jgħin li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjamenti u b’hekk jagħti appoġġ lill-ekonomija usa’, u jsostni l-istabbiltà makro-ekonomika. Barra minn hekk, bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u fil-kuntest tal-Pjan ta’ Rilanċ, il-Portugall riċentement approva programm baġitarju ġdid biex jiffinanzja Inizjattiva komprensiva (Inizjattiva tal-Investiment u l-Impjiegi) biex isaħħaħ l-investiment pubbliku mmirat u jappoġġa l-investiment u l-impjiegi privati. Dan iżid ma’ deċiżjonijiet preċedenti biex titnaqqas it-tassazzjoni fuq in-negozju u biex jiżdied l-appoġġ finanzjarju għal familji bi dħul baxx. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-miżuri meħuda mill-Portugall bi tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Il-Portugall kompla l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tiegħu. Saru passi importanti lejn it-tnaqqis sostenibbli tad-defiċit tal-gvern, biex issir ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u jitjiebu s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Ittieħdu miżuri biex tintlaħaq il-mira tar-R&Ż pubbliku u ttieħdu xi passi biex jiżdied l-investiment privat, u biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet fis-sistema tal-innovazzjoni. Is-sistema edukattiva saret iktar effiċjenti, u ntlaħaq ftehim mal-isħab soċjali, diġà approvat mill-Parlament, biex jiġi rivedut il-kodiċi tax-xogħol.Hemm bżonn iktar sforzi biex l-infiq pubbliku jkompli jiġi indirizzat mill-ġdid lejn użi ta’ iktar appoġġ għat-tkabbir potenzjali, biex ikunu monitorati r-riżultati u biex tiżdied il-kompetittività effettiva fis-swieq tal-enerġija. |
6. |
B’riżultat ta’ tnaqqis sinifikattiv fid-defiċit tal-baġit u progress fil-konsolidazzjoni fiskali u r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, il-finanzi pubbliċi saru iktar b’saħħithom. L-ambjent tan-negozju, l-edukazzjoni u t-taħriġ tjiebu. Mandakollu, il-Portugall għadu qed jiffaċċja numru ta’ sfidi sinifikattivi biex jiżgura żieda fit-tkabbir tal-produttività u pożizzjoni esterna iktar bilanċjata. F’dan l-isfond, il-Portugall jibbenefika jekk ikompli jimplimenta u jwettaq monitoraġġ ta’ approċċ ta’ politika iktar integrata bbażat fuq is-sinerġiji fost il-linji politiċi, li tindirizza l-kwalità tal-infiq pubbliku, ittejjeb il-mod kif jaħdmu s-swieq, iżżid l-effiċjenza fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u tindirizza l-kompetittività. Aspett importanti addizzjonali biex il-kompetittività tqum fuq saqajha huwa li jiġi żgurat li l-iżviluppi fil-pagi jkunu allineati aktar mill-qrib mal-iżviluppi fil-produttività. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. Il-miżuri implimentati fis-snin riċenti relatati mal-enerġiji rinnovabbli u dawk li diġa’ ġew deċiżi fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-Investiment u l-Impjiegi huma passi importanti ‘l quddiem. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li l-Portugall ikompli jaħdem fuq l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rakkomandat li l-Portugall:
|
IR-RUMANIJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG tar-Rumanija aċċellera għal stima ta’ 7,8 % fl-2008, prinċipalment minħabba żieda qawwija fil-konsum privat u fl-investiment. Madanakollu, jidher li dan ser jonqos konsiderevolment fl-2009, wara kondizzjonijiet ta’ self sinifikattivament iktar stretti, tnaqqis fil-kunfidenza tal-konsumatur u tal-investitur u talba esterna iktar dgħajfa. Waqt li l-inflazzjoni telgħet għal kważi 8 % fl-2008, hija pproġġettata mill-Kummissjoni li tonqos fl-2009. Id-defiċit tal-gvern laħaq stima ta’ 5,2 % tal-PDG fl-2008 u mingħajr tibdil fil-politika huwa mistenni li jiżdied iktar fl-2009. Minkejja xi tnaqqis wara talba domestika iktar dgħajfa, id-defiċit tal-kont kurrenti huwa mistenni mill-Kummissjoni li jibqa’ għoli, kważi 13 % tal-PDG fl-2008 u jibqa’ fuq livell ta’ żewġ numri fl-2009. |
2. |
Ir-rata ta’ impjieg hija mistennija li tibqa’ taħt is-60 % fl-2009 u l-qgħad huwa mistenni li jiżdied xi ftit. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa wieħed mill-iktar għoli fl-UE, b’iktar minn 20 %. It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku huwa mistenni li jirriżulta f’iktar qgħad, b’mod partikolari f’xi setturi ekonomiċi, inklużi dawk li ffaċċjaw nuqqas ta’ xogħol (l-industriji tal-karozzi, tat-tessuti, petrokimiċi u l-kostruzzjoni). Ser jaffettwa, b’mod partikolari, l-persuni bi ftit kwalifiki u ż-żgħażagħ. |
3. |
Il-Kummissjoni ser tevalwa l-miżuri meħuda mir-Rumanija biex tiżgura l-konsolidazzjoni fiskali u twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il-kuntest, ir-Rumanija għandha tintensifika l-passi biex tkompli l-konsolidazzjoni fiskali u tindirizza b’urġenza l-iżbilanċi makroekonomiċi tagħha. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-paragrafu 6, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
4. |
Ir-Rumanija kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha, għalkemm il-progress kien limitat. Ir-Rumanija kompliet b’politika fiskali laxka, li kkontribwiet għal żbilanċi makroekonomiċi u fiskali. Hija implimentat diversi miżuri biex ittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni, iżda jeħtieġ li jsir iktar. Ir-Rumanija kompliet ukoll bl-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħha tar-R&Ż. Hemm bżonn iktar sforzi biex titjieb l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika. Għad hemm ħafna lok għall-progress biex titnaqqas il-burokrazija u tinvesti ħafna iktar fil-ħiliet. |
5. |
Fil-kuntest ekonomiku attwali, l-ewwel prijorità tar-Rumanija għandha tkun biex tindirizza l-iżbilanċi makroekonomiċi u fiskali li joħolqu riskji għas-sostenibbiltà tat-triq tat-tkabbir tagħha fuq terminu medju sa dak twil. Fl-istess ħin, billi l-vantaġġi tal-prezzijiet tagħha qegħdin jintilfu bil-mod il-mod, ir-Rumanija għandha tgħaġġel ir-riformi strutturali biex tittrasforma l-ekonomija minn waħda bbażata fuq il-vantaġġi tal-prezzijiet għal waħda bbażata iktar fuq il-produttività, l-innovazzjoni u l-konoxxenza, bl-użu ta’ sorsi ġodda ta’ tkabbir. L-implimentazzjoni effettiva tar-riformi meħtieġa jiddependu b’mod kritiku fuq il-kapaċità tar-Rumanija biex ittejjeb urġentement l-effiċjenza u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
6. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li r-Rumanija tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, huwa rakkomandat li r-Rumanija:
|
IS-SLOVENJA
1. |
Skont il-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG tas-Slovenja naqas għal 4 % fl-2008 minn 6,8 % fl-2007, u huwa maħsub li ser jonqos iktar fl-2009. L-inflazzjoni żdiedet b’mod sinifikattiv fl-2007 minħabba l-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, u minħabba l-pressjonijiet kbar tad-domanda, iżda naqset mill-quċċata tagħha ta’ 6,5 % għal 1,8 % fit-tmiem tal-2008. Fl-2008, id-defiċit tal-kont kurrenti huwa mistenni li jkun laħaq is-6 % tal-PDG. Huwa mistenni mill-Kummissjoni li jitjieb ftit biss fl-2009. Huwa mistenni li l-finanzi pubbliċi, li rreġistraw eċċess fl-2007, ser jkunu waqgħu f’defiċit fl-2008. |
2. |
F’konformità mal-attività ekonomika, it-tkabbir fl-impjiegi beda jitlef il-momentum tiegħu fit-tieni nofs tal-2008 wara dinamika b’saħħitha u huwa mistenni li jiddgħajjef iktar fl-2009. Fl-2008 huwa mistenni li r-rata tal-qgħad tkun niżlet għal-4,5 %, u li tiżdied fl-2009. L-indikazzjonjiet preżenti juru żieda fil-qgħad fis-servizzi orjentati lejn l-esportazzjoni u servizzi li jirrikjedu ħidma intensiva, u li ser jolqot l-iktar ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ xogħol definit (prinċipalment ħaddiema żgħażagħ u barranin) u dawk bi ftit kwalifiki. |
3. |
B’risposta għall-kriżi finanzjarja u bħala parti mill-istrateġija koordinata tal-UE, is-Slovenja adottat miżuri ta’ sostenn għas-settur finanzjarju sabiex jiġi stabbilizzat is-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk tissostna l-ekonomija usa’, u l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn hekk, bi tweġba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, f’Diċembru 2008 l-gvern adotta miżuri ta’ stimolu baġitarji. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħudin mis-Slovenja biex twieġeb għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Is-Slovenja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma tagħha. Ittieħdu miżuri importanti sabiex tissaħħaħ il-konnessjoni bejn is-sistemà edukattiva u s-suq tax-xogħol. Jinħtieġu sforzi addizzjonali sabiex titjieb is-sostenibbiltà fiskali ta’ terminu twil, sabiex tiġi żviluppata aktar il-“flessigurtà”, il-prestazzjoni tar-R&Ż, titjieb tal-kompetizzjoni, u sabiex jiġu implimentati ulterjorment miżuri li jirrigwardaw l-effiċjenza fl-enerġija. Kien hemm ukoll xi progress f’dak rigward il-ftuħ tal-potenzjal tan-negozji. |
6. |
Is-Slovenja qed tiffaċċja sfidi fil-qasam tar-riforma tal-pensjonjiet u tat-tixjiħ attiv bl-iskop li tindirizza l-implikazzjonjiet baġitarji tat-tixjiħ tal-popolazzjoni. It-tneħħija tar-riġidità strutturali fis-swieq tax-xogħol u tal-prodotti tista’ tgħin sabiex jiġu assorbiti skossi li huma speċifiċi għall-pajjiż u tissaħħaħ il-kapaċità ta’ aġġustament tas-Slovenja fi ħdan iż-żona tal-euro. It-trażżin taż-żieda fil-pagi li hija iktar mit-titjib fil-produttività huwa essenzjali wkoll biex jigu garantiti tkabbir u kompetittività sostenibbli. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda lis-Slovenja sabiex tkompli bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rakkomandat illi s-Slovenja:
|
IS-SLOVAKKJA
1. |
Skont il-Kummissjoni, it-tkabbir tal-PDG tas-Slovakkja niżel għal 7,1 % fl-2008, minn 10,4 % fl-2007, prinċipalment minħabba nuqqas fid-domanda esterna. It-tkabbir ġie sostnut minn domanda domestika ta’ suċċess, li tinkludi konsum pubbliku u privat b’saħħtu u b’investiment kbir fis-settur tal-bini. Fl-2009 l-ekonomija Slovakka ser tikber aktar bil-mod. L-inflazzjoni żdiedet għal 4 % fl-2008, iżda ser tonqos fl-2009. Fl-2008, id-defiċit tal-baġit tal-Gvern huwa mistenni mill-Kummissjoni li jkun laħaq it-2,2 % tal-PDG. Huwa stmat illi fl-2008 id-defiċit tal-kont kurrenti kien 6 % tal-PDG, u huwa mistenni li jibqa’ f’dak il-livell fl-2009. |
2. |
L-impjiegi żdiedu bi 2,3 % fl-2008, iżda huma mistennija li jonqsu fl-2009. Il-qgħad hu mistenni li jibqa’ għoli, ‘il fuq minn 10 % fl-2009. Il-kumpanniji li huma orjentati lejn l-esportazzjoni, b’mod partikolari fis-settur awtomobilistiku, u impjegati b’kuntratti atipiċi huma probabbilment l-aktar illi ser jintlaqtu mit-tnaqqis fl-attività ekonomika. |
3. |
Is-Slovakkja riċentement adottat miżuri, li jinkludu sostenn għall-SMEs, b’reazzjoni għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħudin mis-Slovakkja bħala risposta għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji mniżżla fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ser jivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Is-Slovakkja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Ittieħdu xi passi sabiex jiġi mtejjeb l-ambjent tan-negozju, u sabiex tiġi rriformata s-sistema ta’ edukazzjoni u taħriġ. Miżuri addizzjonali huma meħtieġa sabiex jitjieb l-ambitu imprenditorjali, biex titjieb il-kompetizzjoni fil-provvista tal-enerġija, biex tiġi żviluppata strateġija ta’ xjuħija attiva u sabiex jiġi indirizzat il-qasam tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ. |
6. |
L-isfidi prinċipali għal terminu medju għas-Slovakkja huma li tkompli tnaqqas il-qgħad, b’mod partikolari qgħad għal terminu twil, sabiex titjieb il-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ, sabiex titjieb l-opportunità ta’ xogħol għal ċerti gruppi, u biex tnaqqas gradwalment id-differenzi reġjonali kemm f’dak li jirrigwarda d-dħul kif ukoll fl-impjiegi. Fil-qasam tar-R&Ż u l-innovazzjoni ser ikun importanti li tiżdied il-kwalità tal-produzzjoni u tal-involviment tas-settur privat. Minħabba d-dħul riċenti tagħha fiż-żona tal-euro, is-Slovakkja hija meħtieġa wkoll tiffoka iktar fuq id-dixxiplina fiskali sabiex tiggarantixxi stabbiltà makroekonomika u ttejjeb il-kapaċità ta’ aġġustament tal-ekonomija. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser jeħtieġ attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda lis-Slovenja sabiex tkompli bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rrakkomandat illi s-Slovakkja:
|
IL-FINLANDJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG tal-Finlandja naqas għal 1,5 % fl-2008, minħabba domanda u investiment esterni aktar dgħajfa. L-attività ekonomika hija mistennija li tiddgħajjef iktar fl-2009. L-inflazzjoni żdiedet f’daqqa għal 3,9 % fl-2008, riflessjoni taż-żieda globali fil-prezzijiet tal-ikel u tal-fjuwil u ta’ żieda relattivamet għolja fil-pagi. Madanakollu, it-tnaqqis globali fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi għandu jwassal għal tnaqqis nett fl-2009. Il-bilanċ baġitarju pożittiv tal-Finlandja kellu xorta waħda jilħaq l-4,5 % tal-PDG fl-2008. Il-bilanċ favorevoli tal-kont kurrenti preżenti huwa ta’ 4,2 % tal-PDG u mistenni li jonqos. |
2. |
L-impjiegi żdiedu fl-2008, minkejja li b’pass aktar bil-mod mill-2007. Dan it-tkabbir huwa mistenni li jiġi invertit fl-2009. Il-kondizzjonjiet diffiċli riċenti tas-suq tax-xogħol huma mistennija li jattenwaw l-impatt immedjat tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fuq il-qgħad, li hu mistenni li jiżdied fl-industriji li jesportaw u fost il-ħaddiema l-aktar anzjani u ż-żgħażagħ. |
3. |
B’risposta għall-kriżi finanzjarja u bħala parti mill-approċċ koordinat tal-UE, il-Finlandja adottat miżuri ta’ sostenn għas-settur finanzjarju sabiex jiġi stabillizzat is-settur bankarju, u għandhom jgħinu wkoll sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk tiġi sostnuta l-ekonomija ġenerali, u tissaħħaħ l-istabbiltà makroekonomika. Minbarra dan, b’risposta għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku l-Finlandja riċentement ħabbret miżuri, inkluż sostenn finanzjarju għall-SMEs u biex tippromwovi s-settur tal-bini. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħudin mill-Finlandja bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji mniżżla fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Stabbiltà mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. |
5. |
Il-Finlandja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Saru sforzi fil-qafas tal-pjani ta’ riforma li kienu ġew mnedija preċedentement, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Att dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi. Madankollu, it-titjieb fl-infurzar tal-kompetizzjoni għad irid jiġi implimentat. Numru ta’ riformi għadhom għaddejin sabiex jindirizzaw l-ostakoli fis-swieq tax-xogħol, iżda hemm bżonn ta’ implimentazzjoni rinforzata ta’ miżuri sabiex jiġu ffaċjati l-inadegwatezzi persistenti tas-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, qed titlesta reviżjoni tas-sistema tal-benefiċċji soċjali u Strateġija ġdida dwar il-Klima u l-Enerġija ġiet mnedija sabiex tiggarantixxi żvilupp ekonomiku aktar sostenibbli. |
6. |
L-ekonomija orjentata lejn l-esportazzjoni tal-Finlandja tat prestazzjoni tajba ħafna f’dawn l-aħħar ftit snin. Madanakollu, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività huma ostakolati min-nuqqas ta’ ħaddiema li għandhom jiżdiedu fit-terminu medju taż-żmien minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ malajr. Peress li diġà hemm livell ta’ impjiegi għoli, l-isfidi prinċipali ser ikunu li jiżdiedu aktar ir-rati ta’ parteċipazzjoni u jiġi mnaqqas il-qgħad strutturali li ġej minn inadegwatezzi reġjonali, settorjali u ta’ kompetenzi. L-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ġdida ta’ innovazzjoni tista’ tikkontribwixxi wkoll sabiex tiggarantixxi tkabbir sostenibbli fit-tul. Peress illi l-ekonomija Finlandiża tikkonsma ħafna enerġija, il-potenzjal tat-tkabbir u l-produttività jibbenefika minn titjieb tal-effiċjenza fl-enerġija. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
L-IŻVEZJA
1. |
It-tkabbir tal-PDG fl-Isvezja niżel minn 2,5 % fl-2007 għal madwar 0,5 % fl-2008, bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ domanda esterna, il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji li qed tonqos malajr, it-tnaqqis fis-swieq tal-ishma u suq immobiljari li qed ibatti. Fl-2009 huwa mistenni rallentament ulterjuri. L-inflazzjoni kienet 3,3 % fl-2008, iżda għandha tonqos fl-2009. L-Isvezja kellha bilanċ baġitarju pożittiv ta’ 2,3 % tal-PDG fl-2008. L-Isvezja baqgħet tgawdi minn bilanċ pożittiv tal-kont kurrenti mdaqqas (6,2 % tal-PDG) fl-2008. |
2. |
Hekk kif l-ekonomija tonqos, hekk ukoll r-rata tal-impjiegi tonqos. Il-qgħad jidher li ser jogħla b’mod sinifikattiv mil-livell preżenti tiegħu ta’ madwar 6 %. Is-setturi l-aktar milquta mill-kriżi x’aktarx ikunu tal-manifattura u tal-bini, kif ukoll servizzi privati u tal-bejgħ bl-imnut. |
3. |
B’risposta għall-kriżi finanzjarja u bħala parti mill-approċċ koordinat tal-UE, l-Isvezja adottat miżuri ta’ sostenn għas-settur finanzjarju sabiex jiġi stabillizzat is-settur bankarju, li għandhom jgħinu wkoll sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk tissostna l-ekonomija ġenerali, u l-istabbiltà makroekonomika. Minbarra dan, b’risposta għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, l-Isvezja riċentement ħabbret miżuri, inkluż sostenn għas-settur awtomobilistiku u dak tal-bini, diferiment tat-tassazzjoni għan-negozji u sussidji għal servizzi tad-dar. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħudin mill-Isvezja bħala risposta għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. |
5. |
L-Isvezja kompliet l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Bi tweġiba għall-ħtieġa li jkun hemm fok fuq il-kompetizzjoni, il-Gvern kkummissjona studju fil-fond dwar il-kawżi tan-nuqqas ta’ kompetizzjoni. Bi sforz sabiex jiżdied n-numru ta’ ħaddiema, ġew mħabbra miżuri għal aktar tnaqqis ta’ taxxi u kontribuzzjonjiet ta’ min jimpjega, u sabiex tiżdied il-produttività u l-kapaċità għall-impjieg tal-persuni. |
6. |
Filwaqt illi l-ekonomija Svediża hija f’saħħitha u r-riforma ekonomika qed timxi ‘il quddiem, jista’ jsir iktar progress fit-tisħiħ tal-kompetizzjoni u fiż-żieda tar-rati tal-impjiegi fost gruppi partikolari. Kompetizzjoni mtejba tista’ żżid il-produttività, it-tkabbir u tnaqqas id-diskrepanza fil-prezzijiet bejn l-Isvezja u l-bqija tal-UE. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol minn dawk li ilhom qiegħda, nies li daħlu lura għax-xogħol wara marda, iż-żgħażagħ u n-nies illi ġejjin minn kuntest ta’ imigrazzjoni jistgħu wkoll iżiedu t-tkabbir u jistgħu jtejbu ulterjorment is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
IR-RENJU UNIT
1. |
L-ekonomija tar-Renju Unit irralentat b’mod sinifikattiv, billi naqset minn tkabbir ta’ 3 % tal-PDG fl-2007, għal 0,7 % fl-2008, u ser tkompli tonqos fl-2009. It-tnaqqis ekonomiku jirrifletti l-impatt tal-kriżi finanzjarja preżenti u tnaqqis drastiku fis-suq immobiljari, li wasslu biex dagħjfu d-domanda domestika b’tnaqqis tal-konsum u tal-investiment privati. L-inflazzjoni telgħet għal kważi 4 % fl-2008, iżda hija mistennija tinżel għal livell baxx ħafna fl-2009. Il-finanzi pubbliċi qegħdin jiddeterjoraw rapidament taħt l-impatt tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u rilassament fiskali diskrezzjonali. Id-defiċit tal-Gvern huwa mistenni li jitla’ għal 5,7 % tal-PDG fis-sena finanzjarja 2008/2009 u jitwessa’ aktar fis-sena finanzjarja li jmiss. Minn nofs l-2007, seħħ żvalutar kbir fir-rata tal-kambju. Id-defiċit tal-kont kurrenti ta’ madwar 2,3 % tal-PDG fl-2008 huwa mistenni mill-Kummissjoni li jiżdied b’mod sinifikattiv fl-2009. |
2. |
Il-kalkolu tal-Kummissjoni jissuġġerixxi li r-rata tal-impjiegi żdiedet bi ftit fl-2008, iżda hija mistennija li tinżel hekk kif l-ekonomija tiċkien fl-2009. Il-qgħad żdied għal madwar 6 % matul l-2008, u jidher li ser jkompli jiżdied fl-2009. Is-setturi l-aktar milquta inizjalment minn telf ta’ impjiegi kienu s-servizzi finanzjarji u l-kostruzzjoni iżda l-effetti fuq l-impjiegi huma usa’ peress li t-tnaqqis tad-domanda għax-xogħol huwa mifrux. Il-qgħad s’issa affettwa b’mod partikolari lill-irġiel u lil xi reġjuni waqt li l-impatt fuq gruppi tal-età differenti kien pjuttost ugwali. |
3. |
B’risposta għall-kriżi finanzjarja u bħala parti mill-approċċ koordinat tal-UE, ir-Renju Unit adotta miżuri ta’ sostenn għas-settur finanzjarju sabiex jiġi stabillizzat is-settur bankarju, u għandhom jgħinu wkoll sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk tissostna l-ekonomija sħiħa, u l-istabbiltà makroekonomika. Barra minn dan, bħala tweġiba għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, ir-Renju Unit riċentement ħabbar miżuri, li jinkludu tnaqqis temporanju tal-VAT, £3 biljun ta’ investiment pubbliku qabel iż-żmien previst, żieda fil-kwoti tat-taxxa fuq id-dħul personali, żidiet ippjanati fil-benefiċċji tat-tfal u l-krediti tat-taxxa għat-tfal (Child Benefit and Child Tax Credits) qabel iż-żmien previst, sostenn għall-pensjonanti, sostenn finanzjarju għall-SMEs, sostenn ta’ self għas-settur awtomobilistiku, u żieda tal-opportunitajiet ta’ taħriġ u sostenn ieħor għan-nies qiedgħa u avvanzar tal-investiment. |
4. |
Il-Kummissjoni ser tivvaluta l-miżuri meħudin mir-Renju Unit bħala risposta għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Pjan ta’ Rilanċ kif adottat mill-Kunsill Ewropew. Rigward il-finanzi pubbliċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill ivvalutaw il-kompatibbiltà tal-verżjoni aġġornata tal-Programm ta’ Konverġenza mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
Ir-Renju Unit kompla l-implimentazzjoni tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Ittieħdu numru ta’ miżuri sabiex jiżdiedu l-livelli ta’ kompetenza u sabiex jitjiebu l-prospetti ta’ impjiegi għal dawk l-aktar żvantaġġjati. Miżuri għal tul ta’ żmien qasir ġew mħabbra sabiex isostnu individwi u dawk li jimpjegaw sabiex jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom waqt it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Barra minn hekk, kien hemm progress tajjeb fl-implimentazzjoni tar-R&Ż u fil-politika ta’ innovazzjoni. Filwaqt illi ttieħdu xi miżuri sabiex tiżdied il-provvista ta’ djar għall-abitazzjoni għal terminu medju, huwa diffiċli li tiġġuddika jekk dawn ikunux effettivi fl-ambiti tal-kondizzjonijiet preżenti tas-suq. |
6. |
Peress li hemm dejn għoli fost il-familji fir-Renju Unit, l-importanza tas-settur finanzjarju għall-ekonomija u l-aġġustament kbir u kontinwu fis-suq immobiljari, ir-Renju Unit huwa partikolarment espost għal deterjorament drastiku fil-kondizzjonjiet tas-swieq finanzjarji globali. Probabbilment saret ħsara lill-potenzjal ta’ tkabbir minħabba l-kriżi finanzjarja. Ir-riformi strutturali ffaċilitaw l-irkupru riċenti fil-produttività, iżda r-Renju Unit għadu qed jiffaċċja sfida tal-produttività. Biex jissaħħaħ il-potenzjal ta’ tkabbir u tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rkupru tal-ekonomija tar-Renju Unit mill-iskossi fil-ġejjieni, hija essenzjali t-tkomplija tal-isforzi ta’ riforma, inkluża l-implimentazzjoni tal-linji ta’ politika sabiex jitjiebu l-ħiliet, ir-R&Ż u l-innovazzjoni, flimkien mat-tqegħid tal-pożizzjoni fiskali tar-Renju Unit fi triq ta’ titjib sostenibbli fit-tul medju taż-żmien. L-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, miftiehem fil-Kunsill Ewropew, ser titlob attenzjoni mill-qrib. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar, il-Kunsill jirrakkomanda li r-Renju Unit sabiex ikompli bl-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rakkomandat illi r-Renju Unit:
|
L-ISTATI MEMBRI TAŻ-ŻONA TAL-EURO
1. |
Il-kriżi finanzjarja globali laqtet iż-żona tal-Euro bis-saħħa u bħalissa qed isseħħ riċessjoni. X’aktarx li l-kondizzjonijiet fis-swieq finanzjarji jibqgħu ristretti għal perjodu itwal milli mistenni; Il-fiduċja fost il-familji u l-impriżi ddeterjorat b’mod konsiderevoli u l-firxa tal-kriżi qed ikollha effetti negattivi fuq l-esportazzjoni tal-pajjiżi taż-żona tal-Euro. L-inflazzjoni naqset drastikament fit-tieni nofs tal-2008 u hija mistennija li tkompli tonqos sa madwar 1 % matul l-2009. Sar progress fil-konsolidament tal-finanzi pubbliċi fl-aħħar ftit snin. Madankollu, id-defiċits tal-baġit u d-dejn issa huma maħsuba li ser jiżdiedu bħala riflessjoni tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, miżuri ta’ stimolu fil-Pjan ta’ Rilanċ u l-impatt fuq il-finanzi pubbliċi tal-miżuri ta’ appoġġ għas-settur finanzjarju. |
2. |
L-iżviluppi tas-suq tax-xogħol irreżistew it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku b’mod relattivament tajjeb sa ftit żmien ilu, bħala riżultat ukoll tar-riformi tas-suq tax-xogħol tal-imgħoddi, iżda ser jiġu affettwati aktar fil-futur qarib bil-previżjoni tal-qgħad li mistennija titla’ b’mod sostanzjali. Filwaqt li xi pajjiżi qegħdin jiġu milqutin iktar minn oħrajn, l-ebda Stat Membru taż-żona tal-Euro mhu mistenni joħroġ mingħajr ħsara. |
3. |
B’risposta għall-kriżi finanzjarja u bħala parti mill-approċċ komuni u koordinat tal-UE, ħafna Stati Membri taż-żona tal-Euro adottaw miżuri ta’ sostenn għas-settur finanzjarju sabiex jiġi stabillizzat is-settur bankarju tagħhom, u għandhom jgħinu sabiex jitjieb l-aċċess għall-finanzi u b’hekk tissostna l-ekonomija sħiħa, u l-istabbiltà makroekonomika. L-implimentazzjoni deċiża ta’ tali skemi nazzjonali għandhom jgħinu biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja, jiġi ristabbilit il-funzjonament normali tas-swieq tal-kreditu u jsostnu l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi u l-familji waqt li jinżammu kondizzjonijiet ugwali fis-suq intern. Barra minn hekk, meta tiġi kkunsidrata n-natura tal-iskossi ekonomiċi, ir-riskji sinifikattivi assoċjati ma’ tnaqqis akbar tal-attività ekonomika u l-inflazzjoni dejjem nieżla, il-linji ta’ politika makroekonomiċi ġew irrilassati. Fil-kuntest tal-Pjan ta’ Rilanċ, ħafna Stati Membri taż-żona tal-Euro ħabbru jew adottaw miżuri biex jappoġġaw id-domanda, biex tinbena l-fiduċja u biex jittaffa l-impatt tal-kriżi. |
4. |
Il-Kummissjoni u l-Kunsill ser ikomplu jivvalutaw il-miżuri meħudin mill-Istati Membri taż-żona tal-Euro bħala risposta għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Pjan ta’ Rilanċ kif miftiehem fil-Kunsill Ewropew. Minbarra l-implimentazzjoni mħaffa tal-miżuri rrakkomandati fil-punt 7, it-transizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ CO2 u miżuri li jżidu l-potenzjal għal tkabbir għal perijodu fit-tul għandha tkun inkoraġġita. |
5. |
L-Istati Membri taż-żona tal-Euro komplew bl-implimentazzjoni tar-riformi li huma t-tweġiba għar-rakkomandazzjonjiet taż-żona tal-Euro u d-dimensjoni taż-żona tal-Euro hija riflessa, għalkemm fi gradi differenti fi strateġiji ta’ riforma globali kif imħabbar fil-PNR tagħhom. Is-sitwazzjoni ekonomika fraġli tissottolinja l-ħtieġa li tiġi affrontata din id-dgħjufija strutturali fuq is-swieq tal-prodotti u tax-xogħol, li huma essenzjali għall-aġġustament f’unjoni monetarja. |
6. |
Il-potenzjal ta’ tkabbir tal-Istati Membri taż-żona tal-Euro tiddependi kruċjalment fuq it-tħaffif tar-riformi li jiffaċilitaw l-aġġustamenti tas-swieq tax-xogħol u li jtejbu l-kompetizzjoni fis-setturi tas-servizzi. Barra minn hekk, speċjalment f’ekonomiji bi żbilanċi esterni kbar, l-iżviluppi marbuta man-nefqa għall-impjiegi għandhom jikkunsidraw il-pożizzjonijiet tal-kompetittività intrażona. |
7. |
Fid-dawl tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-progress, il-Kunsill jirrakkomanda lill-Istati Membri taż-żona tal-Euro sabiex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali. B’mod partikolari, qed jiġi rakkomandat li l-Istati Membri taż-żona tal-Euro:
|
8. |
Sabiex jimmassimizzaw is-sinerġiji, li huma l-aktar b’saħħithom f’unjoni monetarja, u jkabbru l-approprjazzjoni politika tagħhom tar-riformi, l-Istati Membri taż-żona tal-Euro għandhom ikomplu jsaħħu l-koordinazzjoni politika fil-kuntest tal-Eurogroup. L-objettiv huwa li tissaħħaħ l-effettività tal-miżuri fiskali, li jiġu implimentati l-iżviluppi tas-sorveljanza miftiehma tal-kompetittività u li jiġu stabbiliti r-riformi meħtieġa, u li jkun hemm pożizzjonijiet koordinati fil-fora internazzjonali b’mod rapidu u effiċjenti. Għal dan l-għan, il-ftehimiet eżistenti għal rappreżentazzjoni esterna taż-żona tal-Euro għandhom jiġu implimentati fl-intier tagħhom. |