EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009E0175

Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2009/175/PESK tal- 5 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

ĠU L 62, 6.3.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2009/175/oj

6.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/28


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/175/PESK

tal-5 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1), b’implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU).

(2)

Fit-22 ta' Diċembru 2008, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1859 (2008) li biha ddeċieda inter alia li jestendi sal-31 ta' Diċembru 2009 l-arranġamenti għall-iddepożitar fil-Fond Għall-Iżvilupp tal-Iraq ta' dħul mill-kummerċ tal-esportazzjoni ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali, u dwar l-immunità minn proċeduri legali ta' ċerti assi Iraqqini, kif imsemmija fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-KSNU u fir-Riżoluzzjoni 1546 (2004) tal-KSNU.

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata.

(4)

Hija neċessarja azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implementati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

fl-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2009.”.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ŘÍMAN


(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 72.


Top