EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0896

2009/896/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

ĠU L 321, 8.12.2009, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/896/oj

Related international agreement

8.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir

(2009/896/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-punt 2(b)(i) tal-Artikolu 62, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim, f’isem il-Komunità Ewropea, mal-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”).

(2)

Il-Ftehim ġie iffirmat, f'isem il-Komunità, fit-28 ta' Mejju 2009 u ġie applikat provviżorjament minn dik id-data, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/478/KE (2).

(3)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-ġestjoni tal-Ftehim, li għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Huwa xieraq li jsir provvediment għal proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja dwar l-adozzjoni ta' dawk ir-regoli ta' proċedura.

(5)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta minnha jew suġġetti għall-applikazzjoni tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Antigwa u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir (3) huwa b'dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim (4).

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni, megħjuna minn esperti mill-Istati Membri, fil-Kumitat Konġunt ta’ esperti stabbilit mill-Artikolu 6 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan l-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu kif meħtieġ taħt l-Artikolu 6(4) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


(1)  Opinjoni tal-20 ta' Ottubru 2009 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 169, 30.6.2009, p. 1.

(3)  Għat-test tal-Ftehim ara ĠU L 169, 30.6.2009, p. 3.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.


Top