This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0781
2009/781/EC: Commission Decision of 22 October 2009 amending Decision 2009/379/EC setting the amounts which, pursuant to Council Regulations (EC) No 1782/2003, (EC) No 378/2007, (EC) No 479/2008 and (EC) No 73/2009 are made available to the EAFRD and the amounts available for EAGF expenditure
2009/781/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
2009/781/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
ĠU L 278, 23.10.2009, p. 60–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009D0379 | Sostituzzjoni | anness | 22/10/2009 |
23.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2009
li temenda d-Deċiżjoni 2009/379/KE li tistabbilixxi l-ammonti li, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 378/2007, (KE) Nru 479/2008 u (KE) Nru 73/2009 jsiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
(2009/781/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/379/KE (2) tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2) u 143d tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3), l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4), l-Artikolu 190a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (5), u l-Artikoli 9(1), 10(3), 134 u 135 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (6) jsiru disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif ukoll l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). |
(2) |
L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jippermetti li l-Istati Membri jittrasferixxu għall-FAEŻR ammont mis-sena finanzjarja 2011, ikkalkulat skont l-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 minflok ma jirrikorru għall-Artikolu 69(6)(a) tal-istess Regolament. |
(3) |
L-ammonti disponibbli għat-trasferiment ġew ikkalkulati u ffissati fl-Anness III għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward ta’ appoġġ speċifiku (7). |
(4) |
Il-Ġermanja u l-Iżvezja ddeċidew li jużaw l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/788/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi l-ammonti netti li jirriżultaw mill-modulazzjoni fakultattiva fil-Portugall għas-snin 2009-2012 (8) ġiet revokata u sostitwita b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/780/KE (9) sabiex tqies id-deċiżjoni li ħa l-Portugall li ma japplikax modulazzjoni fakultattiva għas-sena kalendarja 2009. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2009/379/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/379/KE għandu jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.
Ghall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 117, 12.5.2009, p. 10.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.
(5) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(6) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(7) ĠU L 191, 23.7.2009, p. 17.
(8) ĠU L 271, 11.10.2008, p. 44.
(9) Ara paġna 59 ta’ din il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
“ANNESS
(EUR miljuni) |
|||||||||
Sena tal-baġit |
Ammonti li saru disponibbli għall-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|||||||
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
L-Artikolu 143d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 |
Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 135 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 |
L-Artikolu 190a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 |
||
2007 |
984 |
22 |
|
|
|
|
|
|
44 753 |
2008 |
1 241 |
22 |
|
|
|
|
362 |
|
44 592 |
2009 |
1 305,7 |
22 |
|
|
|
|
424 |
40,66 |
44 886,64 |
2010 |
|
|
1 867,1 |
22 |
|
|
397 |
82,11 |
44 777,79 |
2011 |
|
|
2 095,3 |
22 |
484 |
51,6 |
403,9 |
122,61 |
44 437,59 |
2012 |
|
|
2 355,3 |
22 |
484 |
51,6 |
372,3 |
122,61 |
44 685,19 |
2013 |
|
|
2 640,9 |
22 |
484 |
51,6 |
334,9 |
122,61 |
44 917,99 ” |