Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0778

    2009/778/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Ottubru 2009 dwar l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-alka mill-mikroalka Schizochytrium sp . bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7933)

    ĠU L 278, 23.10.2009, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2014; Imħassar b' 32014D0463 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/778/oj

    23.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 278/56


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta’ Ottubru 2009

    dwar l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-alka mill-mikroalka Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7933)

    (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2009/778/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-14 ta’ Jannar 2008 il-kumpanija Martek Biosciences Corporation għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit għal estensjoni tal-użu bħala ingredjent ġdid tal-ikel miż-żejt mill-mikroalka Schizochytrium sp.

    (2)

    Fl-4 ta’ Settembru 2008, l-entità kompetenti tal-evalwazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet l-ewwel rapport tal-istudju tagħha. F’dak ir-rapport din waslet għall-konklużjoni li l-estensjoni tal-użu taż-żejt mill-mikroalka Schizochytrium sp. bħala ingredjent tal-ikel kien aċċettabbli.

    (3)

    Il-Kummissjoni bagħtet l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fil-25 ta’ Settembru 2008.

    (4)

    Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tressqu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni.

    (5)

    Fl-oġġezzjonijiet tagħhom l-Istati Membri wrew tħassib dwar il-livelli għolja ta’ konsum ta’ aċidi mxaħħmin omega-3 u b’mod partikolari d-DHA (aċidu docosahexaenoic).

    (6)

    Madankollu, is-sors ewlieni tal-aċidi mxaħħmin omega-3 hu ż-żejt tal-ħut. Fl-ikel tal-kategoriji li għalihom ġie mitlub iż-żejt miżjud mill-mikroalka Schizochytrium sp. l-aċidi mxaħħmin tal-omega-3 jistgħu jiġu pprovduti jew miż-żejt tal-ħut jew inkella mill-mikroalka Schizochytrium sp.

    (7)

    Għaldaqstant mhux mistenni li l-użu taż-żejt mill-mikroalka fil-gruppi tal-ikel imsemmija fl-Anness se jwassal għal żieda inaċċettabbli għall-konsum ġenerali tal-aċidi mxaħħmin tal-omega-3.

    (8)

    Iż-żejt mill-mikroalka Schizochytrium sp. jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Iż-żejt mill-mikroalka Schizochytrium sp. kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/427/KE (2) jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użu fl-ikel u fil-livelli massimi kif speċifikat fl-Anness.

    Artikolu 2

    L-ispeċifikazzjoni “żejt mill-mikroalka Schizochytrium sp.” trid tidher fil-lista ta’ ingredjenti tal-oġġetti tal-ikel li jkun fihom minn dan iż-żejt.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Martek Biosciences Corporation, 6480 Dobbin Road, Columbia, MD 21045, l-Istati Uniti.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

    (2)  ĠU L 144, 12.6.2003, p. 13.


    ANNESS

    UŻU TAŻ-ŻEJT MILL-MIKROALKA SCHIZOCHYTRIUM SP.

    Grupp ta’ użu

    Kontenut massimu ta’ DHA (Aċidu docosahexaenoic)

    Prodotti tal-ħami (ħbejjeż u panini)

    200 mg/100 g

    Bars taċ-ċereali

    500 mg/100 g

    Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi xarbiet magħmula mill-ħalib)

    60 mg/100 ml


    Top