EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0685

2009/685/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Settembru 2009 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ipovalicarb, il-prosulfuron u s-sulfosulfuron bħala sustanzi attivi (notifikata bid-dokument numru C(2009) 6612) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 231, 3.9.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/685/oj

3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Settembru 2009

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-ipovalicarb, il-prosulfuron u s-sulfosulfuron bħala sustanzi attivi

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 6612)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/685/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/48/KE (2) fiha żbalji dwar il-perjodu ta' inklużjoni tas-sustanzi attivi: iprovalicarb, prosulfuron u sulfosulfuron. Dawn l-iżbalji jridu jiġu kkoreġuti.

(2)

Il-miżura prevista f'din id-Deċiżjoni hija skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2002/48/KE hu kkoreġut kif ġej:

(1)

Fl-entrata għal iprovalicarb fis-sitt kolonna, il-kliem “30 ta' Ġunju 2011” jinbidlu bil-kliem “30 ta' Ġunju 2012”.

(2)

Fl-entrata għal prosulfuron fis-sitt kolonna, il-kliem “30 ta' Ġunju 2011” jinbidlu bil-kliem “30 ta' Ġunju 2012”.

(3)

Fl-entrata għal sulfosulfuron fis-sitt kolonna, il-kliem “30 ta' Ġunju 2011” jinbidlu bil-kliem “30 ta' Ġunju 2012”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-2 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 148, 6.6.2002, p. 19.


Top