EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0599

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/599/PESK tal- 4 ta' Awwissu 2009 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ĠU L 203, 5.8.2009, p. 81–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0800

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/599/oj

5.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/81


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/599/PESK

tal-4 ta' Awwissu 2009

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“RDPK”) li implimentat ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR 1718 (2006)”).

(2)

Fis-27 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK (2) li emendat il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK u implimentat ir-Riżoluzzjoni 1874 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Fl-24 ta’ April u s-16 ta’ Lulju 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilixxa skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU l-persuni u l-entitajiet indikati biex ikunu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Il-lista ta’ persuni u entitajiet li huma soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandhom jiġu sostitwiti kif meħtieġ.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-listi ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fl-Anness I għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandhom jiġu sostitwiti bil-listi stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BILDT


(1)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.

(2)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 111.


ANNESS

“ANNESS I

(a)   Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikoli 3(1)(a) u 4(1)(a)

 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Yun Ho-jin

magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

13.10.1944

16.7.2009

Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta’ oġġetti meħtieġa għall-programm ta’ arrikkament tal-uranju.

2.

Ri Je-son

magħruf ukoll bħala Ri Che-son

1938

16.7.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE), l-aġenzija prinċipali li tmexxi l-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; jiffaċilita diversi ħidmiet nukleari inklużi l-ġestjoni tal-GBAE taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u l-Namchongang Trading Corporation.

3.

Hwang Sok-hwa

 

 

16.7.2009

Direttur fl-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE); involut fil-programm nukleari tal-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta’ Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Istitut Konġunt għar-Riċerka Nukleari.

4.

Ri Hong-sop

 

1940

16.7.2009

Ex direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta’ plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

5.

Han Yu-ro

 

 

16.7.2009

Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea


(b)   Lista ta’ entitajiet msemmijin fl-Artikolu 4(1)(a)

 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tal-indikazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Mining Development Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala ‘KOMID’

Central District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta’ oġġetti u tagħmir relatat ma’ missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

2.

Korea Ryonbong General Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION; qabel magħrufa wkoll bħala LYONGAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

Pot’onggang District, Pyongyang, RDPK; Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta’ dak il-pajjiż.

3.

Tanchon Commercial Bank

qabel magħrufa wkoll bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa wkoll bħala, KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

Saemul 1-Dong Pyongchon District, Pyongyang, RDPK.

24.4.2009

L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta’ armi bħal dawn.

4.

Namchongang Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala NCG; magħrufa wkoll bħala NAMCHONGANG TRADING; magħrufa wkoll bħala NAM CHON GANG ·CORPORATION; magħrufa wkoll bħala NOMCHONGANG TRADING CO.; magħrufa wkoll bħala NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta’ pompi tal-vakwu ta’ oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f’faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta’ akkwist relatat ma’ oġġetti nukleari assoċjat ma’ individwu Ġermaniż. Hija kienet involuta wkoll fl-akkwist ta’ tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor adatt speċifikament għall-programm tal-arrikkament tal-uranju mill-aħħar tas-snin disgħin. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta’ Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta’ proliferazzjoni ta’ Namchongang huma ta’ tħassib kbir b’kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni passati tar-RDPK.

5.

Hong Kong Electronics

magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

Sanaee St., Kish Island, Iran.

16.7.2009

Proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta’ dollari ta’ fondi relatati mal-proliferazzjoni f’isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn indikati mill-Kumitat f’April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f’isem KOMID.

6.

Korea Hyoksin Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (indikata mill-Kumitat f’April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta’ armi ta’ qerda massiva.

7.

General Bureau of Atomic Energy (GBAE) (Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, GBAE)

magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi ċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon u r-reattur ta’ riċerka ta’ produzzjoni nukleari tiegħu ta’ 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta’ fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant. Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet nukleari mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Yongbyon.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata għat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta’ difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta’ qerda massiva u għal programmi ta’ sistemi ta’ forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta’ kontroll multilaterali.”


Top