EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0411

2009/411/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3934) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 132, 29.5.2009, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/411/oj

29.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Mejju 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3934)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/411/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatisika tal-Komunità, rigward fakoltà ta’ użu ta’ dejta kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi (2), biex wieħed ikun jista’ jasal għal konklużjonijiet ta’ statistika għal skopijiet xjentifiċi, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jingħata aċċess għal dejta kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Kommunità kif ukoll ir-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali biex ikun iffaċilitat dan l-aċċess.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) fasslet elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għall-għanijiet xjentifiċi.

(3)

L-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Finlandja (Kansaneläkelaitos – KELA), il-Finlandja, l-Università Ebrea ta’ Ġerusalemm (HUJI - Hebrew University of Jerusalem), l-Iżrael u s-Servizz Pubbliku Federali tas-Sigurtà Soċjali, il-Belġju għandhom jitqiesu bħala korpi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa u għandhom għalhekk jiżdiedu mal-elenku ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità tal-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE qed jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7.

(3)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut mill-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 1.


ANNESS

“ANNESS

Entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal dejta kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

Il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Bank Ċentrali Spanjol

Il-Bank Ċentrali Taljan

L-Università ta’ Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Il-Bank Ċentrali Ġermaniż

L-Unità tal-Analiżi tal-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-opportunitajiet indaqs tal-Kummissjoni Ewropea

L-Università ta’ Tel Aviv (l-Iżrael)

Il-Bank Dinji

Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benesseri (CHW — Centre of Health and Wellbeing) tal-Iskola Woodrow Wilson tal-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali fl-Università ta’ Princeton, New Jersey, l-Istati Uniti tal-Amerika

L-Università ta’ Chicago (UofC — University of Chicago), Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerika

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD)

It-Taqsima tal-Istatistika tal-Istudji tal-Familja u x-Xogħol tal-Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada

L-Unità tal-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

L-Unità tal-Appoġġ għaż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA — Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Katedra tar-Riċerka tal-Kanada tal-Iskola tax-Xjenza Soċjali fil-Fakultà ta’ Atkinson għall-Istudji Liberali u Professjonali fl-Università ta’ York, f’Ontario, il-Kanada

L-Università ta’ Illinios f’Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti tal-Amerika

Rady School of Management fl-Università ta’ California, San Diego, l-Istati Uniti tal-Amerika

Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques — DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza

Il-Fondazzjoni ta’ Riċerka tal-Università tal-Istat ta’ New York (RFSUNY — Research Foundation of State University of New York), Albany, l-Istati Uniti tal-Amerika

Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (EläketurvakeskusETK), il-Finlandja

Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji, l-Evalwazzjoni u l-Istatistika (Direction de la Recherche, des Études, de l’Évaluation et des Statistiques — DREES) fil-Ministeru tax-Xogħol, id-djalogu soċjali u s-solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-żgħażagħ u l-isport u l-Ministeru tal-Baġit, il-kontijiet pubbliċi u r-riforma tal-istat, Pariġi, Franza

L-Università ta’ Duke (DUKE), North Carolina, l-Istati Uniti tal-Amerika

L-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Finlandja (Kansaneläkelaitos – KELA), il-Finlandja

L-Università Lhudija ta’ Ġerusalemm (HUJI — Hebrew University of Jerusalem), l-Iżrael

Is-Servizz Pubbliku Federali tas-Sigurtà Soċjali, il-Belġju”


Top