This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0118
2009/118/EC: Council Decision of 10 February 2009 authorising the Czech Republic and the Federal Republic of Germany to apply measures derogating from Article 5 of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
2009/118/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Frar 2009 li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex japplikaw miżuri ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
2009/118/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Frar 2009 li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex japplikaw miżuri ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 41, 12.2.2009, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Derogation | 32006L0112 | Deroga | artikolu 5 | DATEFF |
12.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Frar 2009
li tawtorizza lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja biex japplikaw miżuri ta’ deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
(Il-verżjonijiet biċ-Ċek u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(2009/118/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Permezz ta’ ittri rreġistrati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fid-19 ta’ Mejju 2008, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja talbu awtorizzazjoni biex japplikaw miżuri speċjali ta’ taxxa rigward il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ ċerti pontijiet fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi fuq bażi tal-Ftehim konkluż bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-responsabbiltà għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-pontijiet trans-konfinali (“il-Ftehim”). |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra b’ittra datata 2 ta’ Ottubru 2008 dwar it-talbiet li saru mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Permezz ta’ ittra datata 7 ta’ Ottubru 2008, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talbiet. |
(3) |
L-għan tal-miżuri speċjali huwa li provvisti ta’ prodotti u servizzi u akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti intenzjonati għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ pontijiet trans-konfinali involuti, li skont ir-regoli tal-VAT għandhom ikunu lokalizzati fl-Istat Membru fejn jinsab il-pont, ikunu soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-Istat Membru li hu responsabbli għall-kostruzzjoni jew għall-manuntenzjoni tagħahom f’konformità mal-Ftehim li jipprovdi għall-qsim tar-responsabbiltà. |
(4) |
Fl-assenza ta’ miżuri speċjali, ikun meħtieġ, skont il-prinċipju tat-territorjalità, li għal kull provvista ta’ prodotti jew servizzi jew akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti, jiġi aċċertat jekk il-post ta’ tassazzjoni kienx ir-Repubblika Ċeka jew ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Ix-xogħol li jsir fuq pont tal-fruntiera fuq territorju Ċek għandu jkun soġġett għal taxxa fuq il-valur miżjud fir-Repubblika Ċeka filwaqt li xogħol li jsir fuq territorju Ġermaniż għandu jkun soġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud Ġermaniża. |
(5) |
Għalhekk, l-għan tad-deroga huwa li jissimplifika l-proċedura għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-pontijiet ikkonċernati, billi kull pont jitqies daqs li kieku qiegħed biss fuq it-territorju tal-Istat Membru li huwa responsabbli għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni tiegħu skond il-Ftehim. |
(6) |
Il-pontijiet trans-konfinali eżistenti jew ippjanati fiż-żmien tal-adozzjoni tal-Ftehim huma mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Madanakollu, pontijiet addizzjonali jistgħu jiddaħħlu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim fil-futur permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi u d-deroga għandha għalhekk tapplika wkoll għal pontijiet addizzjonali bħal dawn f’konformità mal-Ftehim kif estiż. |
(7) |
Id-deroga mhux ser ikollha impatt negattiv fuq ir-riżorsi tal-Komunità Ewropea stess ipprovduti mit-taxxa fuq il-valur miżjud, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja huma b’dan awtorizzati, skont il-kondizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni, biex japplikaw miżuri ta’ deroga mid-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni sussegwenti ta’ pont wieħed ippjanat fuq il-fruntiera, u l-manutenzjoni ta’ tnejn u għoxrin pont eżistenti fuq il-fruntiera, li kollha kemm huma qegħdin parzjalment fuq it-territorju tar-Repubblika Ċeka u parzjalment fuq it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja fuq bażi tal-Ftehim konkluż bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar ir-responsabbiltà għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-pontijiet trans-konfinali (“il-Ftehim”). Id-dettalji tal-pontijiet ikkonċernati huma mniżżla fl-Anness għal din id-deċiżjoni. Din l-awtorizzazzjoni għandha tapplika wkoll għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ pontijiet oħra addizzjonali li jiddaħħlu fi ħdan fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi.
Artikolu 2
B’deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward tal-pontijiet fuq il-fruntiera li l-kostruzzjoni u manutenzjoni tagħhom huma r-responsabbiltà tar-Repubblika Ċeka u fir-rigward tal-pontijiet fuq il-fruntiera li r-Repubblika Ċeka hija weħidha responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom, dawk il-pontijiet għandhom jitqiesu li qegħdin fuq territorju Ċek għall-finijiet tal-provvisti ta’ prodotti u servizzi u akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti intenzjonati għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni tagħhom.
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward tal-pontijiet fuq il-fruntiera li l-kostruzzjoni u manutenzjoni tagħhom huma r-responsabbiltà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u fir-rigward tal-pontijiet fuq il-fruntiera li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija weħidha responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom, dawk il-pontijiet għandhom jitqiesu li qegħdin fuq territorju Ġermaniż għall-finijiet tal-provvisti ta’ prodotti u servizzi u akkwisti intra-Komunitarji ta’ prodotti intenzjonati għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni tagħhom.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KALOUSEK
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
ANNESS
Pontijiet imsemmija fl-Artikolu 1:
1. |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun responsabbli għall-kostruzzjoni ta’ dan il-pont fuq il-fruntiera:
|
2. |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet fuq il-fruntiera:
|
3. |
Ir-Repubblika Ċeka għandha tkun responsabbli għall-manutenzjoni ta’ dawn il-pontijiet fuq il-fruntiera:
|