This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0004
2009/4/EC: Commission Decision of 18 December 2008 amending Annex II to Council Decision 79/542/EEC as regards the entry for Botswana and Brazil in the list of third countries or parts thereof from which imports into the Community of certain fresh meat are authorised (notified under document number C(2008) 8516) Text with EEA relevance
2009/4/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2009/4/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 2, 6.1.2009, p. 11–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0477
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31979D0542 | Emenda | anness 2 | 20/12/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32010D0477 | 09/04/2010 |
6.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 2/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE rigward id-dħul tal-Botswana u l-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ ċertu laħam frisk lejn il-Komunità
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8516)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/4/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8 u l-punt (4) tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tikkompila l-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, minbarra l-ekwini, u tal-laħam frisk ta’ annimali ta’ din ix-xorta, imma teskludi l-preparazzjonijiet tal-laħam. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE tipprevedi li l-importazzjonijiet tal-laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem huma permessi biss jekk dan il-laħam ikun ġej minn territorju ta’ pajjiż terz jew xi parti minnu mniżżel fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk il-laħam frisk jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju għal dan il-laħam fi qbil mal-mudelli stipulati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, waqt li jkunu kkunsidrati l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha jew il-garanziji supplimentari kollha meħtieġa għal dan il-laħam. |
(3) |
Il-Botswana hija mniżżla f’Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE u tqassmet f’territorji differenti primarjament skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali tagħhom. Dawn it-territorji huma awtorizzati li jesportaw il-laħam frisk mingħajr għadam u maturat tal-annimali domestiċi bovini, tan-nagħaġ u tal-mogħoż domestikati, u ta’ ċerti annimali mhux domestikati miżmuma fl-irziezet u slavaġ (“laħam frisk”) lejn il-Komunità. |
(4) |
Fl-20 ta’ Ottubru 2008 kienet issospettata tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer f’razzett fid-distrett ta’ Ghanzi li hu fiż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju fil-Botswana. Din iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju fil-preżent hija awtorizzata li tesporta l-laħam frisk lejn il-Komunità. Malli kienet ikkonfermata t-tifqigħa, l-awtorità kompetenti fil-Botswana ssospendiet l-esportazzjoni tal-laħam frisk lejn il-Komunità. |
(5) |
Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, l-importazzjoni lejn il-Komunità tal-laħam frisk miż-żona ta’ kontroll 12 tal-mard veterinarju tal-Botswana m’għandhiex tibqa’ awtorizzata. Meta jitqies li l-awtorità kompetenti fil-Botswana pprovdiet biżżejjed garanziji dwar il-miżuri li ttieħdu biex it-tixrid tal-marda jiġi kkontrollat, u meta jitqies li l-inħawi affettwati huma kompletament mifrudin mill-bqija tal-pajjiż huwa xieraq li din ir-restrizzjoni tkun limitata biss għaż-żona tal-kontroll 12 tal-mard veterinarju. |
(6) |
Id-deskrizzjoni tat-territorju BR-1 tal-Brażil teskludi mit-territorji awtorizzati biex jesportaw laħam ta’ bovini frisk dissussat u maturat fil-Komunità żona msejħa ż-“żona ta’ sorveljanza għolja”. Din tikkonsisti f’medda ta’ 15 km tul il-fruntiera mal-Paragwaj li tkopri għadd ta’ muniċipalitajiet li jinkludu Caracol u Antônio João li ma kenux inklużi. Huwa għalhekk opportun li jkunu miżjuda dawn iż-żewġ muniċipalitajiet mad-deskrizzjoni taż-“żona ta’ sorveljanza għolja” fit-territorju BR-1. |
(7) |
Parti 1 tal-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 79/542/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-20 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
ANNESS
“PARTI 1
Lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom (*)
Pajjiż |
Kodiċi tat-Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
Ċertifikat veterinarju |
Kondizzjonijiet speċifiċi |
Data tal-għeluq (**) |
Data tal-ftuħ (***) |
||||
Mudell(i) |
SG |
|||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
|||
AL – L-Albanija |
AL-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
AR – L-Arġentina |
AR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||
AR-1 |
Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Rio Negro (minbarra t-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco Formosa, Jujuy u Salta, ħlief iż-żona ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa, li tissepara dal-post minn dawn il-pajjiżi |
BOV |
A |
1 |
|
18 ta’ Marzu 2005 |
||||
RUF |
A |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2007 |
||||||
AR-2 |
Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego |
BOV, OVI, RUW, RUF |
|
|
|
1 ta’ Marzu 2002 |
||||
AR-3 |
Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar |
BOV RUF |
A |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2007 |
||||
AR-4 |
Parti minn Río Negro (minbarra: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2; f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2); Parti minn Neuquén (minbarra f’Confluencia, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17, u f’Picun Leufú, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 17) |
BOV, OVI, RUW, RUF |
|
|
|
1 ta’ Awwissu 2008 |
||||
AU – L-Awstralja |
AU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|
|
|||
BA – Il-Bożnja Ħerzegovina |
BA-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
BH – Il-Baħrejn |
BH-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
BR – Il-Brażil |
BR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||
BR-1 |
L-Istat ta’ Minas Gerais; L-Istat ta’ Espírito Santo; L-Istat ta’ Goiás; L-Istat ta’ Mato Grosso; L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul; L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã, Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japora’ u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário) |
BOV |
A u H |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2008 |
||||
BR-2 |
L-Istat ta’ Santa Catarina |
BOV |
A u H |
1 |
|
31 ta’ Jannar 2008 |
||||
BR-3 |
L-Istati ta’ Paraná u São Paulo |
BOV |
A u H |
1 |
|
1 ta’ Awwissu 2008 |
||||
BW – Il-Botswana |
BW-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||
BW-1 |
Iż-żoni ta’ kontroll 3c, 4b, 5, 6, 8, 9 u 18 tal-mard veterinarju |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
1 ta’ Diċembru 2007 |
||||
BW-2 |
Iż-żoni ta’ kontroll 10, 11, 13 u 14 tal-mard veterinarju |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
7 ta’ Marzu 2002 |
||||
BW-3 |
Iż-żona ta’ kontrol 12 tal-mard veterinarju |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
20 ta’ Ottubru 2008 |
|
||||
BY – Il-Belarus |
BY-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
BZ – Il-Beliże |
BZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
CA – Il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW RUF, RUW, |
G |
|
|
|
|||
CH – L-Iżvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
* |
|
|
|
|
|||
CL – Iċ-Ċilì |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF |
|
|
|
|
|||
CN – Iċ-Ċina |
CN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
CO – Il-Kolombja |
CO-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||
CR – Il-Kosta Rika |
CR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
CU – Kuba |
CU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
DZ – L-Alġerija |
DZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
ET –L-Etjopja |
ET-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
FK – Il-Gżejjer Falkland |
FK-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|
|
|||
GL – Greenland |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||
GT – Il-Gwatemala |
GT-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
HK – Ħong Kong |
HK-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
HN – Il-Ħonduras |
HN-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
HR – Il-Kroazja |
HR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||
IL - L-Iżrael |
IL-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
IN – L-Indja |
IN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
IS – L-Iżlanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||
KE – Il-Kenja |
KE-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
MA – Il-Marokk |
MA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||
ME – Il-Montenegro |
ME-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|
|
|||
MG – Il-Madagaskar |
MG-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (****) |
MK-0 |
Il-pajjiż kollu |
OVI, EQU |
|
|
|
|
|||
MU – Il-Mawrizju |
MU-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
MX – Il-Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
NA – In-Namibja |
NA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||
NA-1 |
Lejn in-Nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
|
||||
NC – Il-Kaledonja l-Ġdida |
NC-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, RUF, RUW |
|
|
|
|
|||
NI – In-Nikaragwa |
NI-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
NZ – In-New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
|
|
|
|
|||
PA – Il-Panama |
PA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
|
|
|
|
|||
PY – Il-Paragwaj |
PY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||
PY-1 |
Il-pajjiż kollu minbarra ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni |
BOV |
A |
1 |
|
1 ta’ Awwissu 2008 |
||||
RS – Is-Serbja (*****) |
RS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
|
|
|
|
|||
RU – Il-Federazzjoni Russa |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
RU-1 |
Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamalo-Nenets |
RUF |
|
|
|
|
||||
SV- El Salvador |
SV-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
SZ – Is-Sważiland |
SZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||
SZ-1 |
Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ ‘linja ħamra’ li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel, fil-Punent ta’ Nkalashane |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 |
|
|
||||
SZ-2 |
Iż-żoni veterinarji ta’ sorveljanza u tal-kontroll tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, kif ippubblikati bħala Strument Statutorju taħt l-avviż legali numru 51 tal-2001 |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 |
|
4 ta’ Awwissu 2003 |
||||
TH – It-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
TN – It-Tuneżija |
TN-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
TR – It-Turkija |
TR-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
TR-1 |
Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale |
EQU |
|
|
|
|
||||
UA – L-Ukrajna |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
US – L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW |
G |
|
|
|
|||
UY – L-Urugwaj |
UY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
|
|
|
|
|||
BOV, |
A |
1 |
|
1 ta’ Novembru 2001 |
||||||
OVI |
A |
1 |
|
|
||||||
ZA – L-Afrika t’Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
|
|
|
|
|||
ZA-1 |
Il-pajjiż kollu minbarra:
|
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
|
|
||||
ZW – Iż-Żimbabwe |
ZW-0 |
Il-pajjiż kollu |
— |
|
|
|
|
|||
(*) Bla preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.
(**) Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 7 jista’ jiġi importat lejn il-Komunità għal 90 jum minn din id-data. Il-konsenji fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati lejn il-Komunità jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data. (N.B.: l-ebda data fil-kolonna 7 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).
(***) Il-laħam minn annimali maqtula fid-data jew qabel id-data indikata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi importat lejn il-Komunità (l-ebda data fil-kolonna 8 ma tfisser li m’hemmx restrizzjonijiet taż-żmien).
(****) Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi proviżorju li ma jippreġudikax bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li jkun miftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li qegħdin iseħħu bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti dwar dan is-suġġett.
(*****) Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.
* |
= |
Ċertifikati skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.). |
— |
= |
Ma huwa previst l-ebda ċertifikat u l-importazzjonijiet tal-laħam frisk huma pprojbiti (minbarra dawk l-ispeċijiet fejn hemm indikat fil-linja għall-pajjiż kollu). |
1 |
= |
Restrizzjonijiet tal-kategorija. Il-ġewwieni mhuwiex awtorizzat (ħlief, fil-każ tal-ispeċi tal-bovini, id-dijaframma u l-muskoli masseteri).” |