This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009A0908(01)
Commission opinion of 19 August 2009 on the follow-up given to its opinion of 7 January 2008 on interim measures taken by the government of Denmark in respect of high velocity pressure/vacuum relief valves with flame screen of model HPV manufactured by Se-won Ind Co. in the Republic of Korea Text with EEA relevance
Opinjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Awwissu 2009 dwar is-segwitu għall-opinjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Jannar 2008 dwar il-miżuri temporanji li ttieħdu mill-gvern tad-Danimarka fir-rigward ta' valvi tar-rilaxx ta' pressjoni/vakwum b'veloċità għolja b'xibka li taqta' l-fjamma (tal-mudell HPV) manifatturati mid-ditta Se-won Ind Co. fir-Repubblika tal-Korea Test b’relevanza għaż-ŻEE
Opinjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Awwissu 2009 dwar is-segwitu għall-opinjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Jannar 2008 dwar il-miżuri temporanji li ttieħdu mill-gvern tad-Danimarka fir-rigward ta' valvi tar-rilaxx ta' pressjoni/vakwum b'veloċità għolja b'xibka li taqta' l-fjamma (tal-mudell HPV) manifatturati mid-ditta Se-won Ind Co. fir-Repubblika tal-Korea Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 213, 8.9.2009, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Awwissu 2009
dwar is-segwitu għall-opinjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2008 dwar il-miżuri temporanji li ttieħdu mill-gvern tad-Danimarka fir-rigward ta' valvi tar-rilaxx ta' pressjoni/vakwum b'veloċità għolja b'xibka li taqta' l-fjamma (tal-mudell HPV) manifatturati mid-ditta Se-won Ind Co. fir-Repubblika tal-Korea
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/C 213/01
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
(1) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri temporanji nnotifikati mill-Gvern Daniż lill-Kummissjoni b'ittra tas-27 ta' Frar 2004 fir-rigward ta' valvi tal-mudell HPV immanifatturati minn Se-won Ind Co fir-Repubblika tal-Korea kienu ġustifikati, u rrakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-valvi msemmija jitneħħew mis-swieq tagħhom sakemm jinħareġ ċertifikat ġdid tal-eżami tat-tip f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tad-Direttiva. |
(2) |
Il-Kummissjoni rrakomandat ukoll l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet xierqa kollha sabiex jiggarantixxu s-sikurezza tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jkunu mgħammra bil-valvi msemmija, inkluż mill-inqas il-miżuri li ġejjin: a) l-investigazzjoni ta' kull episodju li jista' jindika ħsara fil-valv, b'mod partikolari fir-rigward tat-tismir mill-pressjoni u ta' pressjoni għolja ħafna waqt it-tagħbija u l-ħatt u b) l-iżgurar li l-ebda bastiment mgħammar b'dawn il-valvi ma jkun awtorizzat iġorr tagħbijiet ta' merkanzija b'valur MESG ta' inqas minn 0,9 mm. |
(3) |
Il-manifattur ippreżenta evidenza lil twettqet proċedura ta' ċertifikazzjoni ġdida u kompluta, u bħala riżultat inħareġ ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip ġdid għal MED module-B mill-korp notifikat DNV bin-numru ta' referenza MED-B-4766 għall-prodotti Sewon HPV 65A, HPV-3, HPV-4, HPV-5, HPV-6, HPV-8 u HPV-10 (minn issa 'l quddiem “il-valvi”). |
(4) |
Dan iċ-ċertifikat il-ġdid ġie ppublikat fuq id-database MARED, fejn ħa post iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fil-premessa 4 tal-opinjoni msemmija fuq, li issa m'għadhiex tgħodd. |
(5) |
Id-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur turi li ċ-ċertifikat MED-B-4766 ġie pprezentat skont ir-rekwiżiti applikabbli li jikkonċernaw, fost l-oħrajn: l-ittestjar ta' kull mudell tal-valv tas-serje HPV; il-pjan u s-sekwenza tat-test; it-testjar addizzjonali fir-rigward tal-materjal tal-ħġieġ; l-identifikazzjoni tal-apparat li qed jiġi ttestjat; l-ikkalibrar tal-istrumentazzjoni tal-kejl il-konfigurazzjoni tal-metodu tal-kejl; il-monitoraġġ tal-imġiba tal-valvi waqt l-ittestjar; il-kontenuti tar-rapport. Il-limitazzjonijiet mistennija tal-użu u b'mod partikolari t-tul massimu ta' pajpijiet għal kull mudell huma speċifikati. Il-Kummissjoni tinnota li l-manifattur beda l-proċess tar-riċertifikazzjoni fir-rigward tal-valvi qabel ma ngħatat l-opinjoni fis-7 ta' Jannar 2008. |
(6) |
Wara li għadda perjodu prudenti ta' żmien, l-Istati Membri ma rrapportaw ebda każ ta' funzjonament ħażin ta' valvi, |
ADOTTAT DIN L-OPINJINI:
Artikolu waħdieni
Il-manifattur ta segwitu tajjeb għall-opinjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-7 ta' Jannar 2008 u ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura s-sikurezza.
Magħmul fi Brussell, d-19 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.