This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1283
Commission Regulation (EC) No 1283/2008 of 17 December 2008 on the issuing of import licences for applications lodged during the first seven days of December 2008 under tariff quotas opened by Regulation (EC) No 806/2007 for pigmeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2008 tas- 17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1283/2008 tas- 17 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal
ĠU L 339, 18.12.2008, p. 86–87
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 339/86 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1283/2008
tas-17 ta’ Diċembru 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 806/2007 għal-laħam tal-majjal
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 806/2007 tal-10 ta’ Lulju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tal-majjal (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 806/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal. |
(2) |
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru 2008 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 806/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April 2009 sal-30 ta' Ġunju 2009, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fit-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 181, 11.7.2007, p. 3.
ANNESS
Nru tal-grupp |
Numru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu 1.1.2009-31.3.2009 (f'%) |
Kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu 1.4.2009-30.6.2009 (f'kg) |
G2 |
09.4038 |
9 643 903 |
|
G3 |
09.4039 |
2 798 000 |
|
G4 |
09.4071 |
2 251 500 |
|
G5 |
09.4072 |
4 620 750 |
|
G6 |
09.4073 |
11 300 250 |
|
G7 |
09.4074 |
3 887 250 |
(1) Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.
(2) Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.