Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1085

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2008 tal- 5 ta’ Novembru 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tas- 27 sa tal- 31 ta’ Ottubru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

    ĠU L 297, 6.11.2008, p. 5–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1085/oj

    6.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 297/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1085/2008

    tal-5 ta’ Novembru 2008

    li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tas-27 sa tal-31 ta’ Ottubru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tas-27 sa tal-31 ta’ Ottubru 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4436.

    (2)

    F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tas-27 sa tal-31 ta’ Ottubru 2008 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


    ANNESS

    Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

    Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/09

    Nru tas-serje

    Pajjiż

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4331

    Il-Barbados

    100

     

    09.4332

    Il-Beliż

    100

     

    09.4333

    Il-Kosta tal-Avorju

    100

     

    09.4334

    Ir-Repubblika tal-Kongo

    100

     

    09.4335

    Il-Fiġi

    100

     

    09.4336

    Il-Ġeorġja

    100

     

    09.4337

    L-Indja

    0

    Intlaħqu

    09.4338

    Il-Ġamajka

    100

     

    09.4339

    Il-Kenja

    100

     

    09.4340

    Il-Madagaskar

    100

     

    09.4341

    Il-Malawi

    100

     

    09.4342

    Il-Mawrizju

    100

     

    09.4343

    Il-Możambik

    100

     

    09.4344

    Saint Kitts u Nevis

     

    09.4345

    Is-Surinam

     

    09.4346

    Is-Sważiland

    100

     

    09.4347

    It-Tanzanija

    100

     

    09.4348

    Trinidad u Tobago

    100

     

    09.4349

    L-Uganda

     

    09.4350

    Iż-Żambja

    100

     

    09.4351

    Iż-Żimbabwe

    100

     


    Zokkor kumplementari

    Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/09

    Nru tas-serje

    Pajjiż

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4315

    L-Indja

     

    09.4316

    Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

     


    Zokkor konċessjonijiet CXL

    Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/2009

    Nru tas-serje

    Pajjiż

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4317

    L-Awstralja

    0

    Intlaħqu

    09.4318

    Il-Brażil

    0

    Intlaħqu

    09.4319

    Kuba

    0

    Intlaħqu

    09.4320

    Pajjiżi terzi oħra

    0

    Intlaħqu


    Zokkor Balkani

    Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/2009

    Nru tas-serje

    Pajjiż

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4324

    L-Albanija

    100

     

    09.4325

    Il-Bożnja u Ħerzegovina

    0

    Intlaħqu

    09.4326

    Is-Serbja u l-Kosovo

    100

     

    09.4327

    L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    100

     

    09.4328

    Il-Kroazja

    100

     


    Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

    Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/2009

    Nru tas-serje

    Tip

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4380

    Eċċezzjonali

     

    09.4390

    Industrijali

    100

     


    Zokkor APE supplimentari

    Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

    Is-sena tas-suq 2008/2009

    Nru tas-serje

    Pajjiż

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4431

    Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe

    100

     

    09.4432

    Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

    100

     

    09.4433

    Is-Sważiland

    100

     

    09.4434

    Il-Możambik

    100

     

    09.4435

    Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

    100

     

    09.4436

    Ir-Repubblika Dominikana

    98,3284

    Intlaħqu

    09.4437

    Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

    100

     


    L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

    L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

    Is-sena tas-suq 2008/2009

    Nru tas-serje

    Tip

    % tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 27.10.2008-31.10.2008

    Limitu

    09.4365

    Il-Bulgarija

    0

    Intlaħqu

    09.4366

    Ir-Rumanija

    100

     


    Top