Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1012

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/2008 ta' l- 14 ta' Ottubru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fis-subdiviżjonijiet 25-32 tal-Baħar Baltiku (ilmijiet tal-KE) min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

    ĠU L 276, 17.10.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1012/oj

    17.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 276/23


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1012/2008

    ta' l-14 ta' Ottubru 2008

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fis-subdiviżjonijiet 25-32 tal-Baħar Baltiku (ilmijiet tal-KE) min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1404/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008 (3) jistipula l-kwoti għall-2008.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

    (3)

    Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Fokion FOTIADIS

    Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 1.


    ANNESS

    Nru

    01/BAL

    Stat Membru

    POL

    Stokk

    COD/3DX32.

    Speċi

    Merluzz (Gadus morhua)

    Żona

    Ilmijiet Komunitarji tas-Subdiviżjonijiet 25-32

    Data

    26.9.2008


    Top