This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0999
Commission Regulation (EC) No 999/2008 of 14 October 2008 fixing the interest rates to be used for calculating the costs of financing intervention measures comprising buying-in, storage and disposal for the 2009 EAGF accounting year
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 999/2008 ta’ l- 14 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2009 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 999/2008 ta’ l- 14 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2009 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
ĠU L 273, 15.10.2008, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
15.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 273/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 999/2008
ta’ l-14 ta’ Ottubru 2008
li jistabbilixxi, għas-sena tal-kontijiet 2009 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-iffinanzjar tal-miżuri ta’ intervent, li jikkonsistu fix-xiri, il-ħżin u r-rimi tal-ħażniet
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, għall-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG) ta’ miżuri ta’ intervent fil-forma ta’ ħażna pubblika u l-kontabbiltà tat-transazzjonijiet ta’ ħażna pubblika mill-entitajiet ta’ pagament tal-Istati Membri (2), jistipula li l-ispejjeż korrispondenti għall-fondi maħruġin mill-Istati Membri għax-xiri tal-prodotti għandhom jiġu ddeterminati skond il-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness IV għal dak ir-Regolament, abbażi ta’ rata tal-imgħax uniformi għall-Komunità kollha. |
(2) |
Ir-rata tal-imgħax uniformi għall-Komunità tikkorrispondi għall-medja tar-rati Euribor fit-tul, fuq tliet xhur u fuq tnax-il xahar, irreġistrati matul is-sitt xhur ta’ qabel in-notifika mill-Istati Membri pprovduta fil-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006, b’koeffiċjent ta’ terz u żewġ terzi rispettivament. Din ir-rata għandha tkun iffissata fil-bidu ta’ kull sena tal-kontijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija (FAEG). |
(3) |
Madankollu, jekk ir-rata tal-imgħax innotifikata minn Stat Membru tkun inqas mir-rata tal-imgħax uniformi ffissata għall-Komunità, għandha tiġi stipulata rata tal-imgħax speċifika għal dak l-Istat Membru, skond it-tieni subparagrafu tal-punt I.2 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ notifika, sal-aħħar tas-sena tal-kontijiet, mingħand Stat Membru tar-rata medja tal-ispejjeż tal-imgħax tiegħu, il-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-imgħax għal dak l-Istat Membru fil-livell tar-rata uniformi stabbilita mill-Komunità. |
(4) |
Fid-dawl tan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni, ir-rati tal-imgħax applikabbli għas-sena tal-kontijiet 2009 tal-FAEG għandha tiġi ffissata b’qies għal dawn il-fatturi varji. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-infiq marbut mal-ispejjeż maħruġin mill-Istati Membri għax-xiri ta’ prodotti ta’ intervent, li għandhom jitħallsu mis-sena tal-kontijiet 2009 tal-FAEG, ir-rati tal-imgħax ipprovduti fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 884/2006 skond l-Artikolu 4(1)(a) ta’ dak ir-Regolament huma fissati kif ġej:
(a) |
4.1 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fi Franza, fl-Irlanda u fir-Repubblika Ċeka; |
(b) |
4.3 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fis-Slovakkja; |
(c) |
4.4 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fl-Olanda u fl-Iżvezja; |
(d) |
4.5 % għar-rata tal-imgħax speċifika applikabbli fil-Greċja; |
(e) |
5.0 % għar-rata tal-imgħax uniformi għall-Komunità, applikabbli f’dawk l-Istati Membri li għalihom ma ġietx iffissata rata tal-imgħax speċifika. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.