EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0848

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 848/2008 tat- 28 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 231, 29.8.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/848/oj

29.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 231/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 848/2008

tat-28 ta’ Awwissu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari t-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista', matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom ikollhom sustanzi attivi mhux inklużi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li jkunu diġà ilhom fis-suq sentejn minn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi qed jiġu eżaminati bil-mod il-mod fi ħdan il-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Għas-sustanzi koperti bit-tielet u r-raba' stadji tal-programm ta’ ħidma l-perjodu ta’ 12-il sena msemmi fil-premessa 1 ġie estiż bir-Regolament tal-Kummissjoni(KE)Nru 2076/2002 ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi l-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jirrigwarda n-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/565/KE tal-25 ta’ Lulju 2003 li testendi l-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(3)

Għal dawn is-sustanzi l-evalwazzjoni ta’ l-abbozz tar-rapporti ta’ stima hija kważi kompluta u għal ħafna minnhom se tittieħed deċiżjoni dwar jekk jistgħux jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE qabel il-31 ta’ Diċembru 2008. Iżda għal xi wħud minn dawn is-sustanzi mhux possibbli li jitlesta t-teħid ta’ deċiżjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008. Biex il-programm ta’ ħidma jkun jista’ jiġi konkluż huwa għalhekk meħtieġ li jiġi estiż il-perjodu ta’ żmien stipulat fir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE fir-rigward tat-tielet u r-raba' stadju tal-programm ta’ ħidma. Barra minn hekk, fir-rigward tas-sustanzi li qed jiġu inklużi, l-Istati Membri u l-partijiet interessati jeħtieġ li jingħataw perjodu xieraq biex iħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda.

(4)

Din l-estensjoni ta’ żmien ma tippreġudikax il-possibbiltà li jiġu inklużi sustanzi individwali attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE kif stipulat fir-raba' sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) ta’ din id-Direttiva.

(5)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2076/2002 u d-Deċiżjoni 2003/565/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2002 huwa emendat kif ġej: Fl-Artikolu 1 il-kliem “31 ta’ Diċembru 2008” jinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2009”.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2003/565/KE hija emendata kif ġej: Fl-Artikolu 1 il-kliem “31 ta’ Diċembru 2008” jinbidel bi “31 ta’ Diċembru 2009”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/70/KE (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 40).

(2)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1313/2007 (ĠU L 291, 9.11.2007, p. 11).

(3)  ĠU L 192, 31.7.2003, p. 40.


Top