EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0776

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2008 ta' l- 4 ta' Awwissu 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))

ĠU L 207, 5.8.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/776/oj

5.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 207/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 776/2008

ta' l-4 ta' Awwissu 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP), Brussels grondwitloof (IĠP), Œufs de Loué (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità ma' l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ l-Italja biex tirreġistra d-denominazzjoni “Acciughe sotto sale del Mar Ligure”, l-applikazzjoni tal-Belġju biex tirreġistra d-denominazzjonim “Brussels grondwitloof” u l-applikazzjoni ta’ Franza biex tirreġistra d-denominazzjoni “Œufs de Loué” kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)  ĠU C 279, 22.11.2007, p. 7 (Acciughe sotto sale del Mar Ligure), ĠU C 279, 22.11.2007, p. 24 (Brussels grondwitloof), ĠU C 282, 24.11.2007, p. 30 (Œufs de Loué).


ANNESS

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

 

Klassi 1.4. Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief butir, eċċ)

FRANZA

Œufs de Loué (IĠP)

 

Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

IL-BELĠJU

Brussels grondwitloof (IĠP)

 

Klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom

L-ITALJA

Acciughe sotto sale del Mar Ligure (IĠP)


Top