This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0597
Commission Regulation (EC) No 597/2008 of 24 June 2008 amending Regulation (EC) No 372/2007 laying down transitional migration limits for plasticisers in gaskets in lids intended to come into contact with foods (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 372/2007 li jistipula limiti ta’ migrazzjoni transizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotjien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 597/2008 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 372/2007 li jistipula limiti ta’ migrazzjoni transizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotjien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 164, 25.6.2008, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32007R0372 | 30/04/2009 | |||
Modifies | 32007R0372 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 01/07/2008 |
25.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 164/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 597/2008
ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 372/2007 li jistipula limiti ta’ migrazzjoni transizzjonali għall-plastifikanti fil-gaskits f'għotjien intiżi biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt ma’ l-ikel, u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/19/KE tat-2 ta’ April 2007, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/72/KE li tirreferi għall-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel (2), tiċċara li l-gaskits fl-għotjien jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (3). Id-Direttiva tistipula li, sa l-1 ta’ Mejju 2008, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jippermettu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ gaskits fl-għotjien jekk dawn ikunu konformi ma’ limiti speċifiċi ta’ migrazzjoni (SMLs) stabbiliti fid-Direttiva 2002/72/KE kif emendata. Il-punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE jistipula li, sa mill-1 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-manifattura u l-importazzjoni ta’ gaskits ta’ l-għotjien li mhumiex konformi. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 372/2007 (4) jirregola t-tqegħid fis-suq ta’ gaskits fl-għotjien imsemmija fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE, li qegħdin għal perjodu transizzjonali qabel l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Din tistabbilixxi SMLs transizzjonali għas-somma ta’ ċerti plastifikanti użati fil-gaskits fl-għotjien sabiex iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn il-prodotti ma tkunx imxekkla, l-għotjien u l-prodotti ta’ l-ikel li joħolqu riskju sinifikanti jitneħħew minnufih mis-suq u, fl-istess waqt, l-industrija jkollha biżżejjed ħin biex tiffinalizza l-iżvilupp ta’ gaskits li huma konformi ma’ l-SMLs stipulati fid-Direttiva 2002/72/KE kif emendata bid-Direttiva 2007/19/KE. Dan il-perjodu transizzjonali kien maħsub biex idum sat-30 ta’ Ġunju 2008. |
(3) |
F’Diċembru ta’ l-2007 il-Kummissjoni kienet infurmata mill-industrija ta’ l-ikel u l-għotjien li sa Lulju ta’ l-2008 ma kinux se jkunu disponibbli fis-suq biżżejjed għotjien eżaminati għall-konformità tagħhom mad-Direttiva 2002/72/KE għall-industrija ta’ l-ikel sabiex tippakkja ikel kritiku bħalma hu l-ikel fiż-żejt, il-pesto u z-zlazi li fihom ix-xaħam. Ġew żviluppati ċerti soluzzjonijiet li ma jaħdmux għall-prodotti kollha. Xi soluzzjonijiet oħra ma jiġux prodotti fil-qisien ta’ l-għotjien kollha. Għal għadd ta’ soluzzjonijiet, għad m'hemmx għeluq issiġġillat għal ħażna fit-tul u mġiba migratorja. |
(4) |
L-għotjien konformi mad-Direttiva 2007/19/KE se jibdew ikunu disponibbli minn Lulju ta’ l-2008 u l-ittestjar mill-industrija ta’ l-ikel ta’ soluzzjonijiet li possibilment jintużaw għall-għotjien se jibda minn dak in-nhar. Meta wieħed iqis li l-prodotti ta’ l-ikel li fihom ix-xaħam u li jiġu ppakkjati b’dawn l-għotjien huma suġġetti għall-produzzjoni staġjonali, u li l-produtturi ta’ l-ikel ikollhom bżonn ftit taż-żmien bex jeżaminaw u jagħżlu s-soluzzjoni xierqa għall-prodotti tagħhom, huwa neċessarju li jiġi stabbilit perjodu ieħor li matulu l-għotjien konformi mar-Regolament (KE) Nru 372/2007 ikunu jistgħu jintużaw biex jiġi ppakkjat l-ikel permezz ta’ deroga minn punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE. B’konformità ma’ punt (d) ta’ dak it-tielet subparagrafu, il-perjodu transizzjonali għandu jiġi fi tmiemu fit-30 ta’ April 2009. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 372/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 372/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 ikun sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 1 Permezz ta’ deroga minn punt (b) tat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2007/19/KE, l-għotjien li fihom saffi tal-plastik jew miksija bil-plastik, li jiffurmaw gaskits f'dawn l-għotjien, li flimkien huma komposti minn żewġ saffi jew aktar ta’ tipi differenti ta’ materjal, jistgħu jitqiegħdu fis-suq fil-Komunità jekk ikunu konformi mar-restrizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.” |
(2) |
Fl-Artikolu 2, id-data “30 ta’ Ġunju 2008” tiġi sostitwita bit-“30 ta’ April 2009”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17, ikkoreġut bil-ĠU L 97, 12.4.2007, p. 50.
(3) ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/39/KE (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 6).