Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0516

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2008 ta’ l- 10 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 1380/2007 u (KE) Nru 165/2008 fir-rigward tat-termini ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi għal użu ta’ nutriment għall-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 151, 11.6.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/516/oj

    11.6.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 151/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 516/2008

    ta’ l-10 ta’ Ġunju 2008

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007, (KE) Nru 1380/2007 u (KE) Nru 165/2008 fir-rigward tat-termini ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti addittivi għal użu ta’ nutriment għall-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    BASF Aktiengesellschaft bagħtet applikazzjoni skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fejn tipproponi li jinbidel isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2), (KE) Nru 184/2007 (3), (KE) Nru 243/2007 (4), (KE) Nru 1142/2007 (5), (KE) Nru 1380/2007 (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 165/2008 (7).

    (2)

    Dawn ir-Regolamenti jawtorizzaw l-użu ta’ ċerti addittivi. L-awtorizzazzjoni hija marbuta mad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni. Fil-każijiet kollha d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni huwa BASF Aktiengesellschaft.

    (3)

    L-applikant isostni li BASF Aktiengesellschaft inbidel għal BASF SE b'effett mill-14 ta’ Jannar 2008 u li BASF SE hija l-istess intrapriża u issa hija l-proprjetarja tad-drittijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dawn l-addittivi. L-applikant bagħat dokumenti xierqa li jappoġġjaw il-pretensjonijiet tiegħu.

    (4)

    Il-bidla proposta tat-termini ta’ l-awtorizzazzjonijiet hija purament amministrattiva fin-natura tagħha u ma tirrikjedix valutazzjoni mill-ġdid ta’ l-addittivi kkonċernati. L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel ġiet infurmata bl-applikazzjoni.

    (5)

    Biex l-applikant jisfrutta d-drittijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tiegħu taħt l-isem BASF SE mill-14 ta’ Jannar 2008, hemm bżonn li jinbidlu t-termini ta’ l-awtorizzazzjonijiet b'effett minn din id-data.

    (6)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 184/2007, (KE) Nru 243/2007, (KE) Nru 1142/2007 u (KE) Nru 1380/2007 għandhom għalhekk ikunu emendati skond dan.

    (7)

    Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu l-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw kollha.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 1, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

    2.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 184/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4d800, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

    3.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 243/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a1600, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

    4.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1142/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a1600, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

    5.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1380/2007, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a62, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

    6.   Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 165/2008, fil-kolonna 2 ta’ l-annotazzjoni għal 4a1600, il-kliem “BASF Aktiengesellschaft” jinbidlu bil-kliem “BASF SE”.

    Artikolu 2

    Il-ħażniet eżistenti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sal-31 ta’ Ottubru 2008.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu japplika mill-14 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

    (2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1445/2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22).

    (3)  ĠU L 63, 1.3.2007, p. 1.

    (4)  ĠU L 73, 13.3.2007, p. 4.

    (5)  ĠU L 256, 2.10.2007, p. 20.

    (6)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 21.

    (7)  ĠU L 50, 23.2.2008, p. 8.


    Top