This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0332
Commission Regulation (EC) No 332/2008 of 11 April 2008 amending Regulation (EC) No 297/2003 laying down detailed rules for the application of the tariff quota for beef and veal originating in Chile
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2008 tal- 11 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 332/2008 tal- 11 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili
ĠU L 102, 12.4.2008, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/07/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R0297 | Sostituzzjoni | anness 3 | 01/07/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009R0610 |
12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 102/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 332/2008
tal-11 ta' April 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 297/2003 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwota tariffarja fuq iċ-ċanga u l-vitella li joriġinaw fiċ-Ċili
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi,
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 297/2003 (2) jipprevedi l-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multiannwali, ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti taċ-ċanga u tal-vitella. Ċertifikati ta’ awtentiċità li jixhdu li l-prodotti joriġinaw fiċ-Ċili għandhom jinħarġu qabel l-importazzjoni ta' ċerti prodotti. L-isem ta’ l-awtorità li toħroġ dawn iċ-ċertifikati jinsab f’Anness III ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-Anness III jista’ jiġi rivedut jekk tinħatar awtorità ġdida għall-ħruġ taċ-ċertifikati. |
(2) |
Iċ-Ċili nnotifika lill-Kummissjoni li ħatar entità ġdida li se tkun awtorizzata li toħroġ ċertifikati ta' awtentiċità mill-1 ta' Lulju 2008. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 297/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u tal-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 297/2003 huwa sostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 98/2008 (ĠU L 29, 2.2.2008, p. 5). Ir-Regolament (KE) Nru 1254/1999 se jiġi mibdul bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2008.
(2) ĠU L 43, 18.2.2003, p. 26. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 567/2007 (ĠU L 133, 25.5.2007, p. 13).
ANNESS
“ANNESS III
L-entità awtorizzata miċ-Ċili għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ awtentiċità:
Asociación Gremial de Plantas Faenadoras Frigoríficas de Carnes de Chile |
Teatinos 20 – Oficina 55 |
Santiago |
Chile” |