EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0172

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja

ĠU L 55, 28.2.2008, p. 6–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/02/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/172/oj

28.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 55/6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 172/2008

tal-25 ta’ Frar 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ferro-silikon li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 994/2007 (2) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon (“FeSi”), li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja.

1.2.   Il-proċedura sussegwenti

(2)

Sussegwentement għar-rivelazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom kien deċiż li jkunu imposti miżuri provviżorji anti-dumping (“żvelar provviżorju”), għadd ta’ partijiet interessati taw preżentazzjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Dawk il-partijiet li talbu, ingħataw l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha.

(3)

Il-Kummissjoni kompliet l-investigazzjoni tagħha fir-rigward ta’ l-aspetti ta’ l-interess tal-Kummissjoni u wettqet analiżi tad-data tat-tweġibiet tal-kwestjonarju provduti minn xi utenti fil-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji kontra d-dumping.

(4)

Fil-premessa (166) tar-Regolament provviżorju il-Kummissjoni fittxet li tanalizza aktar u f’aktar dettall l-effett tal-miżuri provviżorji fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti, qabel ma ssir xi determinazzjoni finali.

(5)

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kkuntattjat u bagħtet kwestjonarji direttament u permezz ta’ assoċjazzjonijiet lil madwar 500 funderija li qegħdin fil-Komunità, minħabba li din il-kategorija ta’ industrija utilitarja ma wrietx interess partikolari fil-proċidement kurrenti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji. Barra minn hekk, il-produtturi kollha ta’ l-azzar li kooperaw fl-istadju provviżorju ntalbu li jipprovdu informazzjoni addizzjonali sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tanalizza l-effett possibbli tal-miżuri provviżorji fuq l-attività tagħhom.

(6)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu biss minn seba’ funderiji u informazzjoni addizzjonali waslet minn tmien produtturi ta’ l-azzar. Is-seba’ funderiji u tliet produtturi ta’ l-azzar provdew l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi fid-dettall ta’ l-effett tal-miżuri provviżorji fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom.

(7)

Fid-dawl ta’ l-istruttura kumplessa li fiha l-produttur esportatur Ċiniż li ngħata t-trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”) kien qed jopera matul il-perjodu investigat, informazzjoni addizzjonali ntalbet sabiex jintlaħqu s-sejbiet definittivi. Aktar minn hekk, kif indikat fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju, minħabba li l-produttur esportatur Ċiniż kien qed jixtri l-elettriku mingħand fornitur relatat, l-ispejjeż assoċjati tiegħu mal-produzzjoni tal-FeSi ġew investigati aktar ukoll.

(8)

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, tliet viżti ta’ verifika addizzjonali ġew imettqa fil-premessi tal-kumpaniji li ġejjin:

Erdos, Ordos City, Inner Mongolia, fornitur ta’ l-elettriku fir-RPĊ

Trompetter Guss, Chemnitz, il-Ġermanja, utent (funderija) fil-Komunità

Arcelor Mittal, Genk, il-Belġju, utent (produttur ta’ l-azzar) fil-Komunità

(9)

Il-kummenti orali u miktuba ppreżentati mill-partijiet interessati kienu meqjusa u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati skond dawn.

(10)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ FeSi li joriġinaw fil-PRĊ, l-Eġittu, il-Każakstan, dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja u l-ġbir definittiv ta’ ammonti miġbura bħala dazju provviżorju. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-iżvelar.

(11)

Qed jiġi mfakkar li l-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). Fir-rigward tax-xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni analizzat id-data li kopriet mill-1 ta’ Jannar 2003 sat-tmiem tal-PI (“perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT KONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott konċernat

(12)

Kif indikat fil-premessi (15) u (16) tar-Regolament provviżorju, għadd ta’ esperti allegaw li materjal li fih anqas minn 45 % ta’ silikon, jiġifieri FeSi b’purità baxxa, għandu jiġi eskluż mill-iskop ta’ l-investigazzjoni minħabba allegat nuqqas tal-karatteristiċi fiżiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. Il-Kummissjoni fittxet li tiċċara aktar il-kwistjoni. Aktar kummenti waslu mingħand għadd ta’ partijiet interessati fuq l-istess kwistjoni wara żvelar provviżorju.

(13)

L-ewwel nett f’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li l-prodott konċernat bl-investigazzjoni kurrenti jirreferi għal FeSi li fih għall-anqas 4 % ħadid u aktar minn 8 % u anqas minn 86 % silikon. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-materjal b’kontenut tal-silikon taħt l-45 % jista’ jiġi użat għall-industrija tal-metall taħt il-forma ta’ briquettes bħalma huwa l-każ għall-FeSi b’kontenut ta’ Silikon aktar minn 45 %. Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-materjal għandu l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u jista’ jinbidel ma’ tipi oħra ta’ FeSi li għandu kontenut ogħla ta’ silikon. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, il-konklużjonijiet provviżorji stabbiliti fil-premessa (16) tar-Regolament provviżorju li FeSi b’purità baxxa għandu jiġi kkunsidrat bħala l-prodott ikkonċernat huma hawnhekk ikkonfermati.

(14)

Importatur wieħed mhux relatat qal li trab FeSi “atomizzat” b’kontenut ta’ silikon ta’ 15 % u ta’ 45 % għandu jiġi eskluż mill-iskop tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni. Madankollu, esklużjoni ta’ trab FeSi “atomizzat” mill-investigazzjoni preżenti mhux ġustifikata, b’mod partikolari minħabba li l-FeSi b’kontenut ta’ silikon ta’ 15 % u 45 % jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-prodott konċernat. Barra minn hekk, wara seduta, dan l-importatur ma ssottometta ebda evidenza biex jissostanzja l-istqarrija, minkejja talba mill-Kummissjoni. Din l-istqarrija kellha għalhekk tiġi rifjutata.

2.2.   Prodott simili

(15)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-prodott simili, il-premessa (17) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

3.   DUMPING

3.1.   Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (MET)

(16)

Wara żvelar provviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tenna l-kummenti tiegħu deskritti fil-premessa (26) tar-Regolament provviżorju dwar il-bidla stmata fil-ħajja utli ta’ l-assi tiegħu. Madankollu, il-produttur esportatur naqas milli jipprovdi argumenti ġodda li ma tressqux fl-istadji preċedenti ta’ l-investigazzjoni, li jissostanzjaw li s-sejbiet provviżorji rigward l-MET deskritti fil-premessa (23) tar-Regolament provviżorju ma kinux korretti.

(17)

Minħabba li ma hemm l-ebda kummenti oħra fir-rigward ta’ l-MET, il-premessi (18) sa (26) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.2.   It-trattament individwali (IT)

(18)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kummenti f’dan ir-rigward, il-premessi (27) sa (31) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   Il-valur normali

3.3.1.   Il-pajjiż analogu

(19)

Wara żvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż qal li n-Norveġja mhix pajjiż analogu adatt minħabba spejjeż għoljin ta’ l-elettriku li allegatament m’humiex rappreżentattivi ta’ l-industrija dinjija, u minħabba differenzi fl-aċċess għal materji primi meta mqabbla mal-produtturi Ċiniżi. Il-produttur esportatur qal ukoll li l-produtturi Norveġiżi prinċipalment ibigħu lis-swieq ta’ esportazzjoni u huma prinċipalment iffokati fuq gradi speċjalizzati ta’ FeSi filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jimmanifatturaw biss gradi standard matul il-PI. Fuq dik il-bażi, il-produttur esportatur talab aġġustamenti għall-valur normali Norveġiż.

(20)

Għandu jiġi nnutat li filwaqt li huwa minnu li l-produtturi Norveġiżi ibigħu kwantitajiet kbar fis-swieq ta’ esportazzjoni, minħabba d-daqs tas-suq domestiku u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fih, kif dikjarat fil-premessa (35) tar-Regolament provviżorju, in-Norveġja hija kkunsidrata bħala pajjiż analogu adatt.

(21)

Rigward l-istqarrijiet l-oħra tal-kumpanija, instab li s-sehem ta’ l-elettriku fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi kien akbar minn dak tal-kumpanji Norveġiżi. Barra minn hekk, l-esportatur Ċiniż ma pprovda ebda evidenza li l-prezz ta’ l-elettriku kien ogħla fin-Norveġja jew li d-diffikultà allegata għall-aċċess tal-materja prima kellha impatt fuq il-valur normali fin-Norveġja. Dawn l-istqarrijiet kienu għalhekk imwarrba.

(22)

Instab madankollu, li t-tipi ta’ FeSi mibjugħa mill-produtturi Norveġiżi fin-Norveġja kienu differenti minn dawk esportati mir-RPĊ lill-Komunità, f’dak li għandu x’jaqsam mal-purità konċernata. Ġie għalhekk kunsidrat li aġġustament ikun xieraq, kif spjegat fil-premessa (25) hawn taħt.

(23)

Minħabba li ma hemm l-ebda kummenti oħra fir-rigward tal-pajjiż analogu, il-premessi (32) sa (36) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.2.   Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

(24)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar il-metodoloġija applikata għas-sejbien tal-valur normali, il-premessi (37) sa (47) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.3.   Id-determinazzjoni tal-valur normali

A.   RPĊ

(25)

Produttur esportatur Ċiniż li ma kisibx l-MET qal li l-valur normali ġie kkalkulat b’mod ħażin minħabba li dan ma rriflettiex id-differenzi fit-tipi varji tal-prodott konċernat mibjugħ fin-Norveġja u l-prodott simili esportat mir-RPĊ. Wara li ġiet eżaminata din l-istqarrija, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi kalkulat mill-ġdid il-valur normali sabiex jittieħed kont tad-differenti fil-karatteristiċi fiżiċi bejn it-tipi ta’ prodott mibjugħa fis-suq domestiku Norveġiż u dawk esportati mir-RPĊ lill-Komunità. Il-valur normali kien kalkolat fuq il-bażi tat-tip ta’ prodott b’aġġustamenti għall-impurità tat-titanju u l-FeSi f’każijiet fejn it-tipi ta’ prodotti ma setgħux jitqabblu direttament.

(26)

Produttur esportatur Ċiniż li ngħata l-MET huwa parti minn grupp kbir ta’ Ċiniżi li jiffurmaw kważi mitt kumpanija relatata li joperaw f’setturi varji ta’ l-industrija. Minħabba l-istruttura kumplessa tal-grupp u l-operazzjonijiet ta’ konsolidazzjoni li kkonċernaw kumpaniji involuti fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-FeSi, data aġġornata rigward il-grupp ġiet mitluba u eżaminata. Aktar minn hekk, kien previst fil-premessa (49) tar-Regolament provviżorju li l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ l-elettriku kellhom jiġu investigati.

(27)

L-investigazzjoni addizzjonali uriet li l-prezz tax-xiri ta’ l-elettriku tal-produttur esportatur mingħand fornitur relatat kellu jiġi rifjutat minħabba li ma ppermettiex l-irkupru ta’ l-ispejjeż kollha għall-produzzjoni ta’ l-elettriku. Aktar minn hekk, il-bejgħ u spejjeż ġeneral u amministattivi (“SG&A”) tal-produttur Ċiniż ġew aġġustati sabiex jieħdu kont ta’ l-ammont sħiħ ta’ l-ispejjeż finanzjarji assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott konċernat. L-investigazzjoni wriet li xi uħud mill-ispejjeż li kellhom il-partijiet relatati ma tteħidx kont tagħhom fil-kalkolazzjoni tal-valur provviżorju normali.

(28)

Wara l-aġġustamenti t’hawn fuq għall-ispejjeż skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, instab li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-tipi kollha tal-prodott konċernat li nbigħ għall-esportazzjoni lill-Komunità kienu bla profitti. B’riżultat ta’ dan, il-valur normali tal-kumpanija kellu jiġi kkalkulat. Il-valur normali kellu jiġi kalkulat fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż stess tal-kumpanija għall-manifatturar flimkien ma’ ammonti għal spejjeż aġġustati SG&A kif deskritt hawn fuq. Rigward il-profitt, fin-nuqqas ta’ tranżazzjonijiet profittabbli tal-kumpanija u n-nuqqas ta’ possibbiltà li jintużaw il-profitti għall-istess kategorija ġenerali tal-prodotti ta’ produtturi esportaturi oħra Ċiniżi, marġini ta’ profitt ta’ 5 % kien applikat għall-ħolqien tal-valur normali skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Dan il-marġini huwa skond dak użat fil-ħolqien tal-valur normali għall-produttur esportatur f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja kif dikjarat fil-premessa (45) tar-Regolament provviżorju. Ebda informazzjoni ma ġiet provduta li dan l-ammont ta’ profitt jaqbeż il-profitt normalment imwettaq minn esportaturi jew produtturi fuq il-bejgħ ta’ prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq Ċiniż.

B.   L-EĠITTU

(29)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, wieħed mill-produtturi esportaturi Eġizzjani qal li, waqt id-determinazzjoni tal-valur normali bażat fuq il-valur kalkolat, għandu jintuża marġini ta’ profitt aktar baxx bħal dak użat għall-produttur esportatur minn dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.

(30)

Għandu jiġi nnutat li l-valuri normali kalkolati kienu stabbiliti skond il-metodoloġija indikata fil-premessi (43) sa (45) tar-Regolament provviżorju. Il-marġini ta’ profitt użat jirrifletti s-sitwazzjoni tas-suq fl-Eġittu u ġie applikat skond il-kundizzjonijiet tal-kliem introduttiv ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-marġini applikat kien bażat fuq il-bejgħ domestiku profittabbli attwali tal-produttur esportatur innifsu, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, tal-prodott simili matul il-PI. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix li dan il-livell ta’ profitt jista’ jiġi sostitwit b’livell ieħor kif suġġerit mill-kumpanija konċernata. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

Ċ.   IL-KAŻAKSTAN

(31)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward id-determinazzjoni tal-valur normali għall-Każakstan, il-premessa (51) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

D.   DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

(32)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward id-determinazzjoni tal-valur normali għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-premessa (52) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

E.   IR-RUSSJA

(33)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur wieħed Russu qal li r-rati ta’ skambju applikati għall-kalkolazzjoni tal-valur normali ma kkorrispondewx maż-żmien tal-bejgħ. Wara verifika instab li l-istqarrija kienet ġustifikata, u l-kalkolazzjoni ġiet emendata.

(34)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Russu kkuntesta l-aġġustament ta’ l-ispejjeż ta’ l-enerġija tiegħu billi argumenta li l-prezzijiet ta’ l-enerġija stabbiliti mill-awtoritajiet Russi m’humiex obbligatorji imma indikattivi. Dan jidher mid-dikjarazzjoni tal-kumpanija li ħallset aktar mill-prezz rakkomandat u li l-forniment ta’ l-elettriku kien bi profitt. Il-kumpanija argumentat ukoll li l-fornitur ta’ l-elettriku huwa wieħed mill-ftit fornituri ta’ l-elettriku indipendenti fir-Russja li ma humiex membri fis-Sistema Unita ta’ l-Elettriku tar-Russja u għalhekk dan il-fornitur m’huwiex involut fil-prattiċi ta’ sussidji reċiproki issottolineati fir-rapport ta’ l-OECD li huwa msemmi fir-Regolament provviżorju.

(35)

Fid-dawl ta’ l-argumenti sostanzjali sottomessi mill-kumpanija rigward l-elettriku, qed jiġi kkunsidrat li aġġustament għall-ispejjeż ta’ l-enerġija m’għandux isir fil-kalkolazzjoni definittiva tal-valur normali.

3.4.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

A.    RPĊ

(36)

Wara żvelar provviżorju, produttur esportatur Ċiniż indika li fil-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni, ir-rata ta’ skambju li kienet applikata bejn l-RMB u l-ewro kienet dik fit-tmiem tal-PI, li kabbret il-valur tar-rata ta’ skambju. Il-kumpanija ssuġġeriet l-użu tar-rata ta’ skambju medja matul il-PI minflok. Wara li ġiet eżaminata din it-talba, fil-kalkolazzjoni definittiva, ġie deċiż li għandha tintuża r-rata ta’ skambju medja tax-xahar li fih saru t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ.

(37)

Minħabba li m’hemm l-ebda kummenti oħra fir-rigward tal-prezzijiet ta’ l-esportaturi Ċiniżi, il-premessi (55) sa (56) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

B.    L-EĠITTU

(38)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, wieħed mill-produtturi esportaturi Eġizzjani qal li saru xi żbalji fir-rati ta’ skambju applikati għat-tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni lill-Komunità kif ukoll fid-determinazzjoni tal-valur medju mkejjel għall-esportazzjoni netta għal xi tipi tal-prodott konċernat. Instab li dawn it-talbiet kienu ġustifikati u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew riveduti.

Ċ.    IL-KAŻAKSTAN

(39)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward il-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-Każakstan, il-premessa (58) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

D.    DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

(40)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti rigward il-prezzijiet ta’ esportazzjoni għal dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-premessa (59) tar-Regolament provviżorju hi b’dan ikkonfermata.

E.    IR-RUSSJA

(41)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Russu qal li l-marġini ta’ profitt ta’ l-importatur relatat tiegħu fil-KE użat għall-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kien esaġerat. Huwa fakkar li l-profitt użat għall-kalkolazzjoni tal-prezz ta’ l-esportazzjoni fl-istadju provviżorju kien dak ta’ l-importatur relatat konċernat. Madankollu, skond il-prattiċi konsistenti ta’ l-istituzzjonijiet, l-ammont ta’ profitt li għandu jiġi użat għandu jkun bażat fuq dak miksub mill-importaturi mhux relatati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-marġini ta’ profitt użat fl-istadju provviżorju kellu jiġi korrett. L-effett ta’ din il-bidla kien li jiżdied kemm kemm il-profitt użat kuntrarju għat-talba tal-kumpanija li l-livell tal-profitt kien esaġerat.

(42)

Wara l-iżvelar provviżorju, produttur esportatur Russu ieħor qal li l-kalkolazzjoni provviżorja tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kienet inkorretta minħabba li l-SG&A u l-profitt tal-kumpanija relatata tiegħu bażata fil-Virgin Islands, kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport, kienu mnaqqsa mill-prezz ta’ l-ewwel klijent indipendenti li jasal f’livell ta’ ex-fabbrika. Il-kumpanija qalet li l-kumpanija tal-kummerċ, fil-fatt hija, id-dipartiment tal-bejgħ tal-manifattur. Iż-żewġ kumpaniji huma taħt kontroll komuni u jwettqu ħidmiet kumplimentari li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-istruttura unika ta’ l-immaniġġjar. Barra minn hekk, sar enfasi li l-kumpanija tal-kummerċ ma timmaniġġja ebda prodott ieħor. Fuq din il-bażi, il-kumpanija qalet li sar tnaqqis eċċessiv sabiex jiġi stabbilit il-prezz eks-fabbrika. F’dan ir-rigward, instab li l-fatturi inħarġu mill-kumpanija tal-kummerċ lill-klijenti fil-Komunità u l-ħlasijiet waslu għand il-kumpanija tal-kummerċ mill-klijenti fil-Komunità. Aktar minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-bejgħ li sar minn negozjant mhux relatat inkluda l-qligħ. Ukoll, il-kontijiet finanzjarji tan-negozjant juru li kellu spejjeż ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi. Il-kumpanija ma wrietx li dawn l-ispejjeż ma sarux fil-bejgħ, inter alia, tal-prodott konċernat lill-Komunità. Fuq din il-bażi, l-argument kien miċħud. B’mod simili għall-aġġustament imsemmi fil-premessi preċedenti rigward il-livell ta’ profitt użat għall-kalkolazzjoni ta’ produttur esportatur Russu ieħor, il-marġini ta’ profitt użat fl-istadju provviżorju kellu jiġi korrett. L-effett ta’ din il-bidla kien li jitnaqqas ftit il-profitt użat.

3.5.   Tqabbil

3.5.1.   Ħlasijiet fuq l-importazzjoni

(43)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji, produttur esportatur Eġizzjan argumenta li għandu jingħata konċessjoni għall-ħlas tad-dazji fuq materji primi impurtati użati fil-produzzjoni tal-prodott konċernat li jinbiegħ fis-suq domestiku.

(44)

Bi tweġiba għal dan, għandu jiġi mfakkar li skond l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jsir aġġustament għal ammont li jikkorrispondi ma’ kull ħlas fuq l-importazzjoni jew taxxi indiretti li jrid iħallas il-prodott simili u l-materji fiżiċi inkorporati fih, meta intenzjonati għall-konsum fil-pajjiż esportatur u mhux jinġabru u jingħataw lura fir-rigward tal-prodott konċernat esportat lejn il-KE.

(45)

Din it-talba għal konċessjoni għal ħlas fuq l-importazzjoni ta’ materja prima waħda użata għall-produzzjoni tal-prodott konċernat mibjugħ fis-suq domestiku ġiet aċċettata, minħabba li ntwera li d-dazji doganali adatti tħallsu fuq il-materja prima impurtata u inkorporata fiżikament fil-prodott konċernat mibjugħ fl-Eġittu. Madankollu, it-talba għal konċessjoni relatata ma’ żewġ materji primi oħra importati kellha tiġi rifjutata, minħabba li l-investigazzjoni żvelat li, matul il-PI, l-importazzjonijiet kollha simili kienu użati għall-esportazzjonijiet tal-prodott konċernat. Il-kumpanija ma wrietx li matul il-PI kienet ħallset dazji fuq l-importazzjoni li sussegwentement ma ġewx rimborsati u konsegwentement kienu mħallsa mill-prodott simili meta mibjugħa fis-suq domestiku.

3.5.2.   Il-livell tal-kummerċ

(46)

Produttur esportatur Eġizzjan għamel talba għal aġġustament tal-kummerċ bażat fuq differenza allegata bejn il-bejgħ fis-suq domestiku u fis-suq ta’ l-esportazzjoni. Il-kumpanija qalet li l-bejgħ fis-suq domestiku sar kollu lill-utenti aħħarija filwaqt li l-bejgħ lill-Komunità sar lid-distributuri. Il-kumpanija provdiet informazzjoni u qalet li aġġustament speċjali għandu jsir taħt l-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku.

(47)

F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li t-talba għal aġġustament għall-kummerċ, skond l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku, tista’ tiġi kkunsidrata biss fejn jiġi muri li hemm differenti konsistenti u distinti fil-funzjonijiet u l-prezzijiet għal-livelli differenti tal-kummerċ fis-suq domestiku.

(48)

Fil-każ preżenti, wara żvelar provviżorju, ġie konfermat li l-bejgħ domestiku kollu fl-Eġittu sar lil utenti aħħarija. Skond l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku, id-differenza fil-livell ta’ kummerċ bejn il-bejgħ domestiku u l-esportazzjoni ma setgħetx tiġi kwantifikata minħabba n-nuqqas ta’ livelli differenti relevanti tal-kummerċ fis-suq domestiku fl-Eġittu.

(49)

Rigward il-bejgħ mill-esportazzjoni tal-kumpanija lill-Komunità, ġie konfermat, wara li ġew analizzati l-kummenti tal-kumpanija wara l-iżvelar provviżorju li l-bejgħ sar lid-distributuri. Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx hemm raġunijiet sabiex isir aġġustament speċjali għall-kummerċ kif mitlub mill-kumpanija fuq il-bażi tad-data tagħha.

(50)

Ġie kkunsidrat madankollu, li d-data provduta mill-kumpanija ma provdietx bażi adatta għall-ikkwantifikar ta’ l-aġġustament speċjali. Minħabba li l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “l-ammont ta’ l-aġġustament għandu jkun bażat fuq il-valur tas-suq tad-differenza” ġie kkunsidrat li, jekk jista’ jintwera’ li hemm differenza fil-prezz fis-suq tal-Komunità għall-bejgħ lil tipi differenti ta’ klijenti, dan jista’ jiġi meqjus bħala bażi adatta għall-ikkwantifikar tal-valur tas-suq tad-differenza ugwalment taħt l-Artikolu 2(10)(d)(ii) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni li waslet minn għadd ta’ partijiet interessati fil-Komunità f’relazzjoni mal-bejgħ tagħhom lil tipi differenti ta’ klijenti ġiet eżaminata. Instab li d-differenzi eżistew fi prezzijiet fis-suq tal-Komunità meta mibjugħa mill-industrija tal-Komunità lil tipi differenti ta’ klijenti (f’dan il-każ ġew eżaminati, prezzijiet tal-bejgħ lil utenti aħħarija u lil distributuri). Ġie kkunsidrat li aġġustament speċjali ekwivalenti għad-differenzi msemmija fil-prezzijiet għandu għalhekk isir mal-valur normali ta’ esportazzjoni Eġizzjan.

(51)

Wara l-iżvelar finali tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, esportatur wieħed Russu qal li n-nuqqas ta’ għoti tal-livell mitlub għall-aġġustament tal-kummerċ kien ikun diskriminatorju mihabba li wieħed mill-esportaturi Eġizzjani kien ingħata aġġustament simili. Fil-każ ta’ l-istqarrija ta’ l-esportatur Russu instab li ma kienx hemmx ġustifikazzjoni għal aġġustament simili. Fuq il-bażi tad-data provduta mill-kumpanija, ma kienx hemm differenzi konsistenti fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-FeSi għal-livelli differenti tal-kummerċ fis-suq Russu. Fuq din il-bażi, ma ngħata ebda aġġustament taħt l-Artikolu 2(10)(d)(i) tar-Regolament bażiku.

(52)

Bl-eċċezzjoni ta’ l-aġġustament imsemmi hawn fuq, il-premessa (49) hawn fuq, premessi (61) sa (63) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.6.   Marġini tad-dumping

3.6.1.   Metodoloġija Ġenerali

(53)

Aktar analiżi wara l-istadju provviżorju ta’ prova li l-livell ta’ kooperazzjoni mir-Russja kien stmat b’mod inkorrett. Filwaqt li l-kooperazzjoni kienet madwar 100 %, ġie stmat inkorrettament għal 32 % (ara l-premessa (76) tar-Regolament provviżorju). Għalhekk, il-marġini ta’ dumping residwali għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-kumpanija bl-ogħla marġini ta’ dumping (minflok fuq il-metodoloġija użata fl-istadju provviżorju, jiġifieri l-marġini ta’ dumping normali medju mgħobbi ta’ l-aktar tip ta’ prodott rappreżentattiv bl-ogħla marġini ta’ dumping).

(54)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-metodoloġija ġenerali tal-kalkolazzjoni tal-marġini tad-dumping, il-premessi (64) sa (68) (ħlief ghall-bidla deskritta fil-premessa 7.5.2 hawn fuq) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk konfermati.

3.6.2.   Marġini tad-dumping

A.   RPĊ

(55)

Għall-kumpaniji li ngħataw il-MET jew l-IT, il-valur normali medju mgħobbi ta’ kull tip ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġie mqabbel mal-prezz ta’ l-esportazzjoni medju mgħobbi tip ta’ prodott ikkonċernat korrispondenti, kif provdut fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(56)

Fuq din il-bażi, il-marġini ta’ dumping definittiv, espress bћala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, huwa:

Erdos Xijin Kuangye Co., Ltd 15,6 %

Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd 29,0 %

(57)

Il-bażi għall-istabbiliment ta’ marġini ta’ dumping għall-pajjiż kollu kienet stabbilita fil-premessa (71) tar-Regolament provviżorju. Fid-dawl tal-bidliet għal valuri normali Ċiniżi u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kif stabbiliti hawn fuq, il-marġini għall-pajjiż ġew aġġustati wkoll u għandhom issa jkunu 55.6 % tas-CIF fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas.

B.   L-EĠITTU

(58)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, waħda mill-kumpaniji Eġizzjani ilmentat dwar il-metodu ta’ kalkolazzjoni tad-dazju anti-dumping mingħajr ma elaborat aktar. Bi tweġiba għal dan, għandu jiġi nnutat li l-kumpanija ma ssostanzjatx il-kummenti tagħha. Għalhekk din it-talba kellha tiġi rifjutata.

(59)

Il-marġini definittivi tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

The Egyptian Ferroalloys Company, il-Kajr 15,4 %

Egyptian Chemical Industries KIMA, il-Kajr 24,8 %

L-oħrajn kollha 24.8 %

Ċ.   IL-KAŻAKSTAN

(60)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit biss marġni tad-dumping ta’ madwar il-pajjiż. Il-marġini tad-dumping definittiv, espress bħala perċentwali tal-prezz CIF ta’ l-importazzjoni fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huwa 37.1 %.

D.   DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

(61)

Il-produttur esportatur li kkoopera huwa l-uniku produttur magħruf tal-FeSi f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja. Il-marġini definittivi tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

SILMAK DOOEL Export Import, Jegunovce 5,4 %

L-oħrajn kollha 5.4 %

E.   IR-RUSSJA

(62)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kooperaw fir-Russja huma l-uniċi produtturi tal-FeSi fir-Russja. Il-marġnijiet definittivi tad-dumping espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ importazzjoni tas-CIF fil-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Chemk Group (Chelyabinsk Electrometallurgical IntegratedPlantand Kutznetsk Ferroalloy Works), Chelyabinsk u Novokuznetsk 22,7 %

ICT Group of Companies (Bratsk Ferroalloy Plant, TD North West Ferro Alloy Company and Bakersfield Marketing Ltd), Bratsk u Saint Petersburg 17,8 %

L-oħrajn kollha 22.7 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(63)

Ċerti partijiet interessati qalu li l-valutazzjoni tad-dannu m’għandhiex issir fuq bażi aggregata imma għal kull kumpanija, fid-dawl ta’ l-allegati xejriet ta’ dannu diverġenti bejn il-produtturi differenti tal-Komunità.

(64)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku l-eżaminazzjoni tad-dannu għandha tinkludi evalwazzjoni tal-fatturi relevanti li jaffettwaw l-industrija tal-Komunità. It-terminu “Industrija tal-Komunità” huwa definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku bħala produtturi tal-Komunità b’mod ġenerali tal-prodotti simili jew dawk li l-prodott kollettiv tagħhom jirrappreżenta proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità. Minn dan t’hawn fuq huwa ċar li d-determinazzjoni tad-dannu għandha ssir fuq il-livell ta’ l-industrija tal-Komunità b’mod sħiħ.

(65)

Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, it-talbiet ġew rifjutati u l-premessi (78) sa (80) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.2.   Konsum tal-Komunità

(66)

Parti waħda interessata qalet li l-Kummissjoni fir-Regolament provviżorju ma provdietx informazzjoni essenzjali għall-analiżi tad-dannu, bħal tqassim ta’ kull xahar tad-domanda tal-FeSi, żvilupp tal-prezz fis-suq ta’ l-UE, inkluż prezz ta’ l-industrija tal-Komunità u żviluppi ta’ l-ispiża.

(67)

Ir-Regolament bażiku ma jobbligax lill-produtturi tal-Komunità jew lil partijiet interessati oħra li jipprovdu data għall-perjodu kkunsidrat fuq bażi ta’ kull xahar. Qed jiġi kkunsidrat li dan ikun ta’ piż żejjed għall-partijiet kollha interessati u hija prattika komuni li tintalab data fuq bażi annwali għall-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu. Barra minn hekk, din il-parti ma provdietx evidenza li turi li analiżi ta’ kull xahar kienet meħtieġa fil-każ kurrenti għall-analiżi tad-dannu. It-tabelli provduti fil-premessi (81), (85), (96) u (97) tar-Regolament provviżorju jirriflettu b’mod adegwat il-konsum tal-Komunità, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità, il-profitt u għalhekk l-iżvilupp ta’ l-ispejjeż ta’ l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

4.3.   Importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati

(68)

Parti waħda interessata qalet li l-importazzjonijiet mir-Russja m’għandhomx jiġu kumulati ma’ dawk mir-RPĊ għall-iskop ta’ l-analiżi tad-danni minħabba li dawn l-importazzjonijiet allegatament ma operawx taħt kondizzjonijiet simili tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità. B’mod partikolari, intqal li i) il-maġġoranza tal-produtturi esportaturi joperaw taħt il-kundizzjonijiet li m’humiex ekonomija tas-suq, ii) il-kumpaniji Russi jbiegħu permezz ta’ kumpaniji relatati filwaqt li l-produtturi esportaturi Russi jbigħu direttament lil klijenti indipendenti, iii) il-marġini tad-dumping għall-kumpaniji Ċiniżi kien ogħla b’mod sinifikanti minn dak tal-kumpaniji Russi u li iv) il-produtturi esportaturi Ċiniżi qed jippenetraw dejjem iżjed is-suq ta’ l-UE fl-ewwel 6 xhur ta’ l-2006 ogħla minn 50 % tal-produtturi esportaturi Russi.

(69)

Rigward l-ewwel stqarrija, il-fatt li l-maġġoranza tal-produtturi esportaturi Ċiniżi joperaw taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija mhux tas-suq m’hijiex waħda mir-raġunijiet għad-dekumulazzjoni prevista fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Il-fatt jekk il-prodott konċernat huwiex prodott jew le taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, fis-suq domestiku huwa għalhekk irrelevanti sabiex tiġi deċiża l-kumulazzjoni ta’ l-importazzjonijiet.

(70)

Rigward it-tieni stqarrija rigward l-allegata differenza fil-kanali tal-bejgħ, qed jiġi nnutat li, għalkemm il-produtturi esportaturi Russi kienu qed jużaw negozjanti relatati, il-prodotti simili importati kemm mir-RPĊ u r-Russja huma mibjugħa lill-istess tip ta’ klijenti finali fil-Komunità, jiġifieri utenti u distributuri.

(71)

Rigward it-tielet stqarrija dwar il-marġini ta’ dumping, qed jiġi nnutat li għaż-żewġ pajjiżi il-marġini tad-dumping ġew stabbiliti ‘il fuq mil-livelli de minimis kif meħtieġ bl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku u li għaż-żewġ pajjiżi d-dumping kien jeżisiti.

(72)

Rigward l-aħħar stqarrija dwar il-volumi ta’ importazzjoni, qed jiġi nnutat li l-volumi importati mir-Russja (u r-RPĊ) ma kinux negliġibbli kif meħtieġ bl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li laħqu sehem tas-suq ta’ 18 % u 21 % rispettivament, matul il-PI.

(73)

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dekumulazzjoni ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja mhux meħtieġa u t-talba hija għalhekk rifjutata.

(74)

Parti oħra interessata qalet li l-Kummissjoni ma analizzatx il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati mill-pajjiżi konċernati u ssottomettiet li l-effetti ta’ l-importazzjoni Eġizzjani dumped fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għandha għalhek, tiġi evalwata separatament.

(75)

Kif suġġerit fil-premessi (83) u (89) tar-Regolament provviżorju, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati rigward is-similarità tal-prodott u s-similarità tal-komportament ta’ l-esportaturi (jiġifieri s-sinifikat tal-livell tal-volum ta’ importazzjoni, l-iżvilupp u l-livell tal-prezz ta’ importazzjoni u l-qtugħ tagħhom tal-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità u s-similarità tal-kanali tal-bejgħ) kienu analizzati. Permezz ta’ dan instab li l-kundizzjonijiet għall-iġġustifikar tal-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati intlaħqu. Fuq din il-bażi, din it-talba kellha tiġi rifjutata u l-premessa (84) tar-Regolament provviżorju hija konfermata.

(76)

Produttur esportatur Eġizzjan qal ukoll li l-volum ta’ esportazzjoni limitata tiegħu matul il-PI ma kkawżax dannu lill-industrija tal-Komunità u li għalhekk is-sitwazzjoni tiegħu għandha tiġi evalwata separatement. Rigward dan, qed jiġi nnutat li skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku l-effett ta’ l-importazzjonijiet dumped fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għandhom jiġu evalwati kumulattivament jekk, fost l-oħrajn, il-volum ta’ l-importazzjonijiet minn kull pajjiż soġġett għall-investigazzjoni ma jkunx negliġibbli. Minħabba li l-importazzjonijiet mill-Eġittu instabu li laħqu sehem mis-suq ta’ 3.7 % matul il-PI, ma kinux negliġibbli fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

(77)

Minħabba li m’hemm l-ebda kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (82) sa (89) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Twaqqigħ fil-prezz

(78)

Parti waħda interessata qalet li l-marġini ta’ twaqqigħ misjub fir-Regolament provviżorju għandu jitnaqqas bi 3 % għal 5 % sabiex jirrifletti FeSi “minn sors lokali”, minħabba li l-produttur ta’ l-azzar fil-Komunità allegatament iħallas premium għal materjal minn sors ta’ l-UE li jirrifletti affidabbiltà, kwalità u forniment fil-ħin.

(79)

Il-premessi (38) u (87) sa (89) tar-Regolament provviżorju jispjegaw il-bażi għall-paragun tal-prezzijiet iċċarġjati lill-industrija tal-Komunità ma’ dawk iċċarġjati lill-esportaturi konċernati. Il-paragun ħa kont tal-kwalitajiet varji tal-prodott konċernat kif definit fil-premessa (13) tar-Regolament provviżorju. Aktar minn hekk, rigward l-affidabbiltà u l-forniment fil-ħin, l-investigazzjoni ma żvelatx li l-ħlas ta’ premium simili kien qed isir jew li dan il-vantaġġ kompetittiv potenzjali kien inkluż fil-prezz iċċarġjat mill-industrija tal-Komunità lill-produtturi ta’ l-azzar. Finalment, il-parti interessata ma provdiet ebda evidenza biex tissostanzja l-istqarrija tagħha li allura kellha tiġi rifjutata.

4.5.   Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(80)

Ċertu partijiet interessati iddubitaw il-metodoloġija użata fil-premessa (93) tar-Regolament provviżorju għall-kalkolazzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari, huma ssuġġerew l-applikazzjoni ta’ figura ta’ kapaċità li tieħu kont ta’ l-għeluq għall-manutenzjoni u l-qtugħ fl-elettriku, minflok “kapaċità teoretika nominali” kif użata fir-Regolament provviżorju.

(81)

L-investigazzjoni wriet li kull għeluq tal-makkinarju ta’ l-industrija tal-Komunità għall-manutenzjoni jew qtugħ fl-elettriku kienu ta’ natura temporanzja u li dan ma sarux fuq bażi regolari imma fi ħdan il-perjodu kkunsidrat. ta’ min jinnota li, anke jekk l-aġġustamenti kellhom isiru għall-produzzjoni tal-kapaċità, kif kien suġġerit minn dawn il-partijiet interessati, ix-xejriet rigward il-produzzjoni tal-kapaċità u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità jibqgħu mhux mibdula. Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fuq l-eżistenza tad-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Komunità wkoll jibqa’ l-istess. Konsegwentement, it-talba biex tiġi applikata definizzjoni differenti għall-produzzjoni tal-kapaċità kellha tiġi rifjutata.

(82)

Fuq il-bażi tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-konklużjoni li l-industrija tal-Komunità sofriet dannu materjali, fil-premessi (107) sa (110) tar-Regolament provviżorju hija hawnhekk konfermata.

5.   IL-KAWŻALITÀ

(83)

Ċertu partijiet interessati qalu li l-valutazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità u l-importazzjonijiet dumped m’għandhiex issir fuq bażi aggregata imma fuq bażi ta’ kumpanija b’kumpanija, fid-dawl tal-fatturi kawżattivi diverġenti allegati bejn il-produtturi differenti tal-Komunità.

(84)

Kif diġà nnutat fil-premessa (63) hawn fuq rigward id-dannu, m’hemmx raġuni legali fl-Artikolu 3(5), 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku li tissuġġerixxi li l-kawżazzjoni għandha tkun evalwata fuq il-bażi tal-produtturi individwali tal-Komunità inklużi fid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Din ta’ l-aħħar hija definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku bħala l-produtturi tal-Komunità b’mod sħiħ tal-prodotti simili jew dawk li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tirrappreżenta proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Komunità.

5.1.   Effett ta’ l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta’ dumping

(85)

ta’ min jiftakar li l-volum ta’ l-importazzjonijiet dumped li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq żdiedu sew matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm ukoll koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda ta’ l-importazzjonijiet dumped u d-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità. L-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sal-livell meħtieġ biex tkopri l-ispejjeż kollha tagħha, peress li l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha tnaqqsu matul il-PI mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(86)

Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjonijiet milħuqa fl-premessi (112) sa (114) tar-Regolament provviżorju kienu kkonfermati.

5.2.   Issettjar tal-prezz tal-ferro-silikon

(87)

Ċerti partijiet interessati qalu li l-FeSi huwa komodità nnegozjata fis-suq globali u li l-prezzijiet tas-suq tal-FeSi kienu stabbiliti b’domanda li tinbidel ta’ l-industrija ta’ l-azzar u ma kinux bażati fuq l-ispiża.

(88)

F’ekonomiji tas-suq u f’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-prezzijiet huma ġeneralment stabbilti bil-livelli ta’ domanda u l-offerta għal ċertu prodott fis-suq. Madankollu, jista’ jkun hemm fatturi oħra bħall-preżenza ta’ importazzjonijiet dumped bi prezz baxx, li wkoll għandhom rwol ewlieni fil-livell tal-prezzijiet. Fil-każ kurrenti, l-investigazzjoni wriet li fil-fatt il-mekkaniżmi għall-issettjar tal-prezzijiet għall-FeSi kienu influwenzati bil-preżenza tal-kwantitajiet sinifikanti ta’ importazzjonijiet dumped. Filwaqt li huwa ċertament minnu li d-domanda globali għall-FeSi, b’mod partikolari mill-industrija ta’ l-azzar, influwenzat il-prezzijiet f’ċertu partijiet tal-perjodu kkunsidrat, l-informazzjoni disponibbli wriet li kien hemm perjodu li fihom il-prezzijiet kontrattwali tal-FeSi naqsu minkejja ż-żieda fil-domanda.

(89)

L-istess partijiet interessati provdew informazzjoni li turi l-iżvilupp ta’ l-UE għall-produzzjoni ta’ l-azzar u l-istainless steel fl-UE u l-prezzijiet ta’ l-UE tal-FeSi mill-2002 ‘il quddiem. Minn din id-data l-partijiet interessati waslu għall-konklużjoni li l-prezzijiet tal-FeSi setgħu biss telgħu bid-domanda (primarjament mill-produtturi ta’ l-azzar). Madankollu, l-analiżi ta’ l-informazzjoni kkonfermat il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (88), jiġifieri li anke fuq livell ta’ Komunità, il-prezzijiet tal-FeSi f’ċerti perjodi kienu qed jonqsu minkejja żieda fid-domanda mill-industrija ta’ l-azzar.

(90)

Għalhekk, l-istqarrija li l-livell baxx tal-prezzijiet tal-FeSi kien determinat mid-domanda u mhux mill-importazzjonijiet dumped kellha tiġi rifjutata.

5.3.   Il-kompetittività ta’ l-industrija tal-Komunità

(91)

Parti waħda interessata qalet li d-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità kellu jiġi attribwit biss għan-nuqqas ta’ kompetittività ta’ l-industrija tal-Komunità u mhux minħabba l-importazzjonijiet dumped. B’mod partikolari din il-parti interessata kkwotat dokument ta’ ħidma (3) fejn il-materji primi u l-enerġija kienu kwotati bħala l-aktar fatturi importanti ta’ kompetittività għall-industrija ta’ l-UE għall-metalli.

(92)

L-analiżi tad-dokument ta’ ħidma msemmi qabel, madankollu, wriet li m’hemm ebda konklużjoni fit-test li tirreferi għal xi nuqqas ta’ kompetittività mill-industrija Ewropew tal-ferro-alloys. Bil-kuntrarju, dan id-dokument ta’ ħidma jindika li l-produtturi tal-ferro-alloys “qed jaffaċċjaw importazzjonijiet li qed jiżdiedu minn pajjiżi terzi eż. ir-RPĊ, ir-Russja, l-Ukraina, il-Brażil u l-Każakstan. Dan jista’ jkun ta’ theddida għas-sostenibbiltà fit-tul ta’ l-idustrija tal-Ferro-alloys ta’ l-UE jekk ma jiġix żgurat malajr livell ugwali ma’ kompetituri minn pajjiżi terzi (4)”. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, it-talba ġiet irrifjutata.

(93)

L-istess parti interessata argumentat ukoll li l-parti l-kbira tal-produtturi tal-Komunità diġà ma kinux qed jagħmlu profitt qabel seħħ dumping dannuż fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, ma kinux l-importazzjonijiet dumped imma l-istrutturi ta’ l-ispejjeż vulnerabbli li kkawżaw is-sitwazzjoni ekonomika dgħajfa ta’ l-industrija tal-Komunità.

(94)

Kif jidher ċar fil-premessa (97) tar-Regolament provviżorju, l-industrija tal-Komunità għamlet profitt fl-2003 b’marġini ta’ profitt ta’ qabel it-taxxa ta’ 2.3 %, li żdied għal 2.7 % fl-2004. Fl-2005, madankollu, seħħet xejra sinifikanti ‘l isfel fil-profitabbilità u t-telf laħaq fatturat ta’ -9.2 %. L-akbar telf ta’ -12.9 %, seħħ matul il-PI. F’dan il-kuntest, qed jiġi mfakkar li parti mill-2005 hija koperta mill-PI. Konsegwentement, l-argument li l-industrija tal-Komunità diġà kienet qed tagħmel telf qabel seħħ id-dumping kellu jiġi rifjutat.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(95)

Fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, fin-nuqqas ta’ kummenti ġodda, il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (121) tar-Regolament provviżorju li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu soffert mill-industrija tal-Komunità hija konfermata.

5.5.   L-effetti ta’ fatturi oħra

5.5.1.   Kummenti mill-partijiet interessati

(96)

Għadd ta’ partijiet interessati tennew l-istqarrijiet li ressqu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, li d-dannu materjali soffert mill-industrija tal-Komunità kien allegatament kawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet dumped. Dawn l-istqarrijiet ġew indirizzati sewwa fir-Regolament provviżorju. Aktar speċifikament, l-istqarrijiet imsemmija dwar id-dannu materjali li allegatament l-industrija Komunitarja ġabet fuqha kienu indirizzati fil-premessi (134) sa (136) tar-Regolament provviżorju u l-istqarrijiet rigward it-tnaqqis fid-domanda għall-azzar kienu indirizzati fil-premessa (124) tar-Regolament provviżorju. Anke jekk ma kienx hemm elementi ġodda provduti biex jappoġġaw dawn l-istqarrijiet, is-sejbiet u l-konklużjonijiet ewlenin li kienu stabbiliti fir-Regolament provviżorju huma ċċarati aktar hawn taħt.

5.5.1.1.   Żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(97)

Għadd ta’ partijiet interessati qalu li ż-żidiet qawwija fl-ispejjeż, b’mod partikolari materji primi u elettriku, sofferti mill-industrija tal-Komunità u t-tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità kkawżaw id-dannu materjali misjub matul il-PI.

(98)

Fir-rigward ta’ l-allegat tnaqqis fil-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità, qed jiġi mfakkar li aġġustament tal-kapaċità sar kif imsemmi fil-premessa (93) tar-Regolament provviżorju sabiex jittieħed kont sħiħ ta’ din is-sitwazzjoni partikolari.

(99)

Rigward iż-żidiet fl-ispiża, l-industrija tal-Komunità allegat li ż-żidiet fl-ispiża osservati fl-industrija ta’ l-allojs ġeneralment iseħħu fuq skala dinjija u hekk jaffettwaw ugwalment l-industrija madwar id-dinja. Analiżi ta’ l-iżvilupp tal-prezz ta’ oġġetti ewlenin matul il-perjodu kkunsidrat juri li l-ispejjeż żdiedu (l-elettriku, quartzite u electrode paste). Madankollu, l-investigazzjoni wriet li anke jekk dawn iż-żidiet kienu parzjalment kumpensati minn żidiet fil-prezz tal-bejgħ, il-preżenza ta’ importazzjonijiet dumped bi prezz baxx ma ħallietx lill-industrija tal-Komunità li tgħaddi l-effett sħiħ taż-żidiet fl-ispejjeż fuq il-prezz tal-bejgħ. Il-premessi (131) sa (140) tar-Regolament provviżorju huma, għalhekk, ikkonfermati.

(100)

Għadd ta’ partijiet interessati argumentaw li produttur wieħed speċifiku tal-Komunità kellu problemi mal-fornitur tiegħu ta’ l-elettriku li wasslu għal tnaqqis fil-kwantitajiet tal-produzzjoni fl-2005 u l-2006. Huma argumentaw li dan spjega b’mod sħiħ it-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Komunità u t-telf fil-profittabilità.

(101)

Kif diġà msemmi fil-premessa (83) hawn fuq, il-kawża tad-dannu soffrut għandha tiġi analizzata fuq il-livell ta’ l-industrija tal-Komunità b’mod sħiħ. Madankollu, f’ġieh l-argument, anke jekk id-data ta’ dan il-produttur kellha tiġi eskluża mill-evalwazzjoni tad-dannu, ix-xejriet osservati għall-bqija ta’ l-industrija tal-Komunità jibqgħu ferm negattivi u jkomplu juru dannu materjali. Għalhekk din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

5.5.2.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(102)

Meta titqies l-analiżi ta’ aktar ‘il fuq li għamlet distinzjoni xierqa bejn u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping, hawnhekk qed jiġi kkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jdawrux il-fatt li l-ħsara vvalutata trid tkun attribwita lill-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping.

(103)

Minħabba dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet dumped tal-FeSi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Eġittu, il-Każakstan, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u r-Russja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Komunità fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(104)

Minħabba li ma kien hemm l-ebda kummenti f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet fil-premessi (137) sa (140) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.   L-INTERESS KOMUNITARJU

6.1.   L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità u tal-produttur l-ieħor tal-Komunità

(105)

Ċerti partijiet interessati argumentaw li s-suq tal-FeSi irkupra mit-tmiem tal-PI u li l-prezzijiet allegatament laħqu livelli rekord. L-industrija tal-Komunità għalhekk setgħet tkompli l-produzzjoni u żżid il-profittabilità mingħajr ħtieġa li timponi l-miżuri kontra d-dumping. Barra minn hekk, kien allegat ukoll li se jkunu biss produtturi esportaturi li qegħdin f’pajjiżi terzi mhux konċernati mill-miżuri anti-dumping il-benefiċjarji ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri minflok l-industrija tal-Komunità.

(106)

Skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku, informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti għall-PI għandha normalment tiġi kkunsidrata sabiex tintlaħaq sejba. F’kull avveniment, filwaqt li l-informazzjoni disponibbli turi li l-prezzijiet tal-FeSi fil-fatt segwew xejra ‘l fuq fix-xhur tara l-PI, il-prezzijiet ta’ l-ispejjeż ewlenin għall-FeSi ukoll żdied fl-istess perjodu. Fuq din il-bażi, ma tistax tintlaħaq konklużjoni li l-industrija tal-Komunità irkuprat sal-grad li l-impożizzjoni tal-miżuri ma tkunx meħtieġa. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi rifjutat.

(107)

Fir-rigward ta’ l-argument li jkunu biss produtturi esportaturi li qegħdin f’pajjiżi terzi mhux konċernati mill-miżuri anti-dumping il-benefiċjarji ta’ l-impożizzjoni tal-miżuri minflok l-industrija tal-Komunità, qed jiġi mfakkar li l-għan tal-miżuri anti-dumping huwa biex jiġu kkorreġuti l-effetti tad-dumping li jfixklu l-kummerċ u biex jerġa’ jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Komunità. Fuq naħa, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għalhekk mhux se jinżammu milli jidħlu fis-suq tal-Komunità fejn il-kompetizzjoni effettiva se tkun hemm għall-benefiċċju ta’ l-operaturi kollha. Bl-istess mod, l-industrija tal-Komunità se tieħu l-benefiċċji tar-restawrazzjoni tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Komunità. Fuq il-bażi ta’ dan, qed jiġi kkunsidrat li l-argument huwa bla bażi u għalhekk irid jiġi rifjutat.

(108)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (143) sa (149) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.2.   L-interess tal-fornituri tal-materja prima

(109)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti oħra mill-fornituri, wara l-iżvelar tas-sejbiet provviżorji, il-premessi (150) sa (152) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.3.   L-interess ta’ l-importaturi

(110)

Parti waħda interessata li timporta l-FeSi mir-RPĊ u li twasslu prinċipalment lill-funderiji allegat li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping se jkollhom effetti negattivi serji fuq l-industrija tal-ħadid fondut li jirriżultaw fl-għeluq ta’ l-istabbilimenti fit-tali industrija u konsegwentement telf ta’ impjiegi fis-suq tal-Komunità.

(111)

Madankollu, kif issottolineat fil-premessa (115) hawn taħt, minkejja kooperazzjoni ferm limitata mill-funderiji, investigazzjoni oħra mwettqa wara l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji wriet li l-impożizzjoni tal-miżuri x’aktarx mhix se jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-funderiji. Għalhekk, din l-asserzjoni kellha tiġi rifjutata.

(112)

Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (153) sa (158) tar-Regolament provviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

6.4.   L-interess ta’ l-utenti

(113)

Kif issottolineat fil-premessi (2) sa (4) hawn fuq, l-effett possibbli tal-miżuri provviżorji fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti industrijali, b’mod partikolari l-funderiji u l-produtturi ta’ l-azzar, ġiet eżaminata aktar. Minkejja li aktar minn 500 kwestjonarju ntbagħtu lill-partijiet interessati, il-kooperazzjoni tagħhom, kif spjegat fil-premessa (4) hawn fuq, kienet limitata ferm.

(114)

L-analiżi addizzjonali kkonċentrat fuq żewġ gruppi ewlenin ta’ utenti, prinċipalment produtturi ta’ l-azzar u funderiji. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni addizzjonali li waslet, ġie konfermat li bħala medja l-FeSi jagħti kont għal madwar 0.7 % ta’ l-ispiża tal-produzzjoni għall-produtturi ta’ l-azzar. Għall-funderiji, is-sehem instab li kien ogħla (1.4 % ta’ l-ispiża tal-produzzjoni).

(115)

Fuq dik il-bażi, u meta jittieħed kont li r-rata medja ta’ dazju definittiv anti-dumping huwa 23.4 %, l-impatt tal-miżuri fuq l-industrija ta’ l-azzar u l-funderiji mhix mistennija li tkun sinifikanti minħabba li l-aktar li tista’ taffettwa r-riżultati finanzjarji huwa b’0.16 % u 0.33 % rispettivament. L-agħar sitwazzjoni għandha tidher fid-dawl ta’ l-effetti benefiċjarji li l-korrezzjoni għat-tfixkil fil-kummerċ se jkollhom għall-kummerċ ġenerali tal-Komunità. Aktar minn hekk, jekk il-fatt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati jammontaw għall-madwar 50 % tal-Konsum tal-Komunità jiddaħħal f’dan l-analiżi, f’dak il-każ l-effett tal-miżuri għar-riżultati finanzjarji ta’ l-industriji utenti ikun aktar baxx b’mod sinifikanti.

(116)

Minħabba dan t’hawn fuq, il-premessa (166) tar-Regolament provviżorju hi hawnhekk ikkonfermata.

6.5.   Proċedimenti preċedenti

(117)

Għadd ta’ partijiet interessati qalu li minħabba li l-miżuri anti-dumping imposti fil-passat allegatament ma kellhomx l-effetti rimedjali mistennija fuq l-industrija tal-Komunità, l-istituzzjonijiet iddeċidew li jħallu l-miżuri anti-dumping jiskadu fl-2001, Ara il-premessa (129) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/230/KE tal-21 ta’ Frar 2001 li tittermina l-proċediment ta’ l-anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ ferro-silikon li jkun joriġina mill-Brażil, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Każakstan, mir-Russja, mill-Ukraina, u mill-Veneżwela. (5)

(118)

Mingħajr ma jsiru kummenti dwar il-korrettezza ta’ l-istqarrija t’hawn fuq, ir-Regolament bażiku jeħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura u analizzata matul l-investigazzjoni relevanti u mhux fuq il-bażi ta’ l-investigazzjonijiet preċedenti. L-assunzjoni t’hawn fuq li saret minn dawn il-partijiet interessati għalhekk mhix relevanti fil-każ preżenti u trid tiġi rifjutata.

6.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(119)

Minħabba r-riżultati ta’ aktar investigazzjoni ta’ l-aspetti ta’ l-interess tal-Komunità tal-każ deskritt hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjonijiet li hemm fil-premessi (141) sa (168) tar-Regolament provviżorju huma hawn konfermati.

7.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

7.1.   Il-livell li fih titneħħa l-ћsara

(120)

Għadd ta’ partijiet interessati kkuntestaw is-sejba provviżorja li marġini ta’ profitt ta’ 5 % ikun marġini ta’ profitt li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(121)

Parti waħda interessata qalet li l-marġini ta’ profitt għall-industrija tal-Komunità użat għad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni ta’ dannu għandu jkun stabbilit fil-livell ta’ profitt imwettaq mill-industrija tal-Komunità fis-sena 2003, i.e. 2.3 % u f’ebda każ aktar minn dak tas-sena 2004 li kienet sena tajba b’mod eċċezzjonali għas-settur ta’ l-allojs.

(122)

Id-determinazzjoni tal-livell ta’ l-eliminazzjoni tad-dannu għandha tkun bażata fuq valutazzjoni tal-livell ta’ marġini ta’ profitt li l-industrija tal-Komunità tista’ tistenna li tikseb b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fuq is-suq tal-Komunità. Il-marġini ta’ profitt imwettaq fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat b’investigazzjoni partikolari jista’ jiġi kkunsidrat bħala l-profitt miksub fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped. Madankollu, qed jiġi mfakkar li waqt l-investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza li wasslet għat-twaqqif tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-FeSi li joriġinaw mill-Brażil, ir-RPĊ, il-Każakstan, ir-Russja, l-Ukraina u l-Veneżwela l-profitti mwettqa mill-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped laħqu livelli sa 11.2 %, ara l-premessa (105) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/230/KE. Għalhekk, il-mira ta’ profitt applikat ta’ 5 % użat fl-investigazzjoni preżenti kif spjegat fil-premessa (171) tar-Regolament provviżorju tirrifletti strateġija aktarx konservattiva. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, it-talba ġiet irrifjutata.

(123)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tal-ħsara, il-premessi (169) sa (171) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.2.   Il-forma u l-livell ta’ dazji

(124)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq livell biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ dumping misjub.

(125)

Fid-dawl tal-kummenti li waslu minn ċertu partijiet interessati wara l-iżvelar provviżorju u fid-dawl tar-reviżjonijiet deskritti f’dan ir-Regolament, ċertu marġini ġew emendati.

(126)

Ir-rata ta’ dazji definittivi huma definittivament stabbiliti kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Il-marġni ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara

Il-marġini tad-dumping

Ir-rata tad-dazju anti-dumping

Ir-RPĊ

Erdos Xijin Kuang Co., Ltd., Qipanjing Industry Park

21,4  %

15,6  %

15,6  %

Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd., Xicha Village

31,4  %

29,0  %

29,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,2  %

55,6  %

31,2  %

Ir-Russja

Chelyabinsk Electrometallurgical Integrated Plant, Chelyabinsk u Kuznetsk Ferroalloy Works, Novokuznetsk

31,3  %

22,7  %

22,7  %

Bratsk Ferroalloy Plant, Bratsk

18,8  %

17,8  %

17,8  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,3  %

22,7  %

22,7  %

L-Eġittu

The Egyptian Ferroalloys Company, il-Kajr

27,1  %

15,4  %

15,4  %

Egyptian Chemical Industries KIMA, il-Kajr

18,0  %

24,8  %

18,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,0  %

24,8  %

18,0  %

Il-Każakstan

Il-Kumpaniji kollha

33,9  %

37,1  %

33,9  %

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Il-Kumpaniji kollha

19,0  %

5,4  %

5,4  %

(127)

Xi partijiet interessati proponew li jiġi impost prezz minimu ta’ importazzjoni minflok dazju ad valorem. Madankollu, ġie kkunsidrat li l-impożizzjoni ta’ prezz minimu ta’ l-importazzjoni ma kienx ikun adatt f’dan il-każ. Instab li l-FeSi huwa importat f’firxa wiesgħa ta’ tipi differenti b’livelli ta’ prezz differenti b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, l-esportaturi kollha li kkooperaw għandhom livelli ta’ dazju differenti (uħud bażati fuq marġini ta’ dumping, uħud fuq marġini ta’ dannu) li jeħtieġu għadd ta’ prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni differenti. L-impożizzjoni ta’ prezz minimu ta’ importazzjoni, f’dawn iċ-ċirkostanzi, tkun miżura ferm ineffiċjenti. Dan l-argument ġie għalhekk rifjutat.

(128)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (kuntrarju għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi interessat u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati li tipproduċi kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inkluż l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli “għall-kumpaniji l-oħra kollha”.

(129)

Kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni (6) bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun hemm bżonn, ir-Regolament ikun imbagħad emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

7.3.   Impenji fuq il-prezz

(130)

L-impenn offrut mill-produttur esportatur f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja ġie aċċettat fl-istadju provviżorju bir-Regolament provviżorju. Wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi, produttur esportatur wieħed fl-Eġittu, iż-żewġ produtturi li kooperaw fir-Russja u esportatur Ċiniż offrew impenji ta’ prezzijiet skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(131)

Qed jiġi nnutat madankollu, li minħabba l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji l-prodott konċernat u l-prodott simili wrew volatilità konsiderevoli fil-prezzijiet u għalhekk l-FeSi m’għadhiex kunsidrata aktar adatta għal impenn ta’ prezz fiss. Sabiex tingħeleb din il-problema, il-possibbiltà ta’ indiċi għall-prezz minimu ta’ importazzjoni għall-prezz ta’ l-ispiża ewlenija kien eżaminat. Ġie konkluż, madankollu, li l-volatilità fil-prezzijiet fis-suq ma jistgħux jiġu spjegati biss b’żieda fil-prezz ta’ l-ispiża prinċipali, u għalhekk mhux possibbli li jiddaħħlu fl-indiċi l-prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni għall-prezz tad-dħul ewlieni ta’ l-ispiża. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li dawn l-impenji offruti fuq il-prezz kellhom jiġu rifjutati.

(132)

Fl-eżaminazzjoni ta’ jekk l-erba’ impenji offruti wara l-iżvelar tas-sejbiet definittivi setgħux jiġu aċċetti jew le, il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-impenji aċċettati fl-istadju provviżorju mill-produttur esportatur f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja taħt iċ-ċirkostanzi li nbidlu tal-volatilità tal-prezz. Minħabba l-volatilità għolja tal-prezz deskritta hawn fuq, il-prezz minimu ta’ l-importazzjoni tas-sejbiet m’għadux biżżejjed biex jelimina l-effett dannuż tad-dumping kif stabbilit bl-investigazzjoni. Fil-fatt, il-prezzijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fix-xhur wara l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn. Minħabba l-fatt li l-prezz minimu ta’ l-importazzjoni ma jistax jiġi indiċizzat, ġie konkluż li l-impenji fil-forma kurrenti, jiġifieri bi prezzijiet minimi fissi ma jistgħux jiffunzjonaw aktar. Għalhekk l-aċċettazzjoni ta’ l-impenji offruti mill-produttur esportatur fl-eks Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja għandha tiġi irtirata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni irtirat l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/2008 (7).

7.4.   Il-ġbir definittiv tad-dazji provviżorji u s-superviżjoni speċjali

(133)

Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara ikkaġunat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, impost mir-Regolament provviżorju, jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 994/2007, għandhom jinġabru b’mod definittiv sa l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji provviżorji, l-ammonti żgurati b’mod provviżorju b’żieda mar-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji provviżorji.

(134)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji li għalihom iddaħħlet rata tad-dazju individwali, jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura tali gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ l-anti-dumping li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha.

(135)

Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, tista’ tingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon li jagħmel parti mill-kodiċijiet tan-NM 7202 21 00, 7202 29 10 o 7202 29 90, u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fl-Eġittu, fil-Każakstan, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u fir-Russja.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li hi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Ir-rata ta’ dazju anti-dumping

(%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Erdos Xijin Kuangye Co., Ltd., Qipanjing Industry Park

15,6

A829

Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd, Xicha Village

29,0

A830

Il-kumpaniji l-oħra kollha

31,2

A999

L-Eġittu

The Egyptian Ferroalloys Company, IL-kAJR

15,4

A831

Il-kumpaniji l-oħra kollha

18,0

A999

Il-Każakstan

Il-Kumpaniji kollha

33,9

Dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Il-Kumpaniji kollha

5,4

Ir-Russja

Bratsk Ferroalloy Plant, Bratsk

17,8

A835

Il-kumpaniji l-oħra kollha

22,7

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

L-ammonti żgurati permezz tad-dazji anti-dumping provviżorji skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 994/2007 fuq l-importazzjonijiet tal-ferro-silikon li jagħmel parti mill-kodiċijiet tan-NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fl-Eġittu, fil-Każakstan, f’dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u fir-Russja. L-ammonti żgurati b’żieda ma’ l-ammont tad-dazji anti-dumping definittivi għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji provviżorji, l-ammonti żgurati fil-livell ta’ dazji provviżorji biss għandhom ikunu definittivament miġbura.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 223, 29.8.2007, p. 1

(3)  Dokument ta’ Ħidma tal-Personell tal-Kummissjoni, Analiżi ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija ta’ l-UE tal-metalli: l-impatt tal-materji primi u l-forniment ta’ l-enerġija fuq il-kompetittività, Brussell, 2.8.2006, SEC(2006) 1069.

(4)  Ibid. p. 88.

(5)  ĠU L 84, 23.3.2001, p. 36.

(6)  Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju J-79 4/23, 1049 Brussell, il-Belġju.

(7)  Ara paġna 23 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej trid tidher fuq l-invojs kummerċjali validu imsemmi fl-Artikolu 1(3):

1.

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li ġejja “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ ferro-silikon li nbiegћ gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huwa kopert b’din il-fattura ġie manifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif provdut f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.

Data u firma”


Top