Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0643

    Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2008/643/PESK ta’ l- 4 ta' Awwissu 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN)

    ĠU L 207, 5.8.2008, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/05/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/643/oj

    5.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 207/43


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/643/PESK

    ta’ l-4 ta' Awwissu 2008

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGANISTAN)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit- 30 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK (1) għal perijodu ta’ 3 snin. Il-fażi operattiva ta' l-EUPOL AFGHANISTAN bdiet fil-15 ta' Ġunju 2007.

    (2)

    L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst fl-Artikolu 13(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK għandu jkopri l-perijodu sat-30 ta’ Novembru 2008,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK hija b'dan emendata kif ġej L-Artikolu 13 (1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza intiż sabiex ikopri l-infiq marbut ma' l-EUPOL AFGANISTAN sat-30 ta' Novembru 2008 għandu jkun ta' EUR 43 600 000.”

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Awwissu 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. KOUCHNER


    (1)  ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33. L-Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata permezz ta' l-Azzjoni Konġunta 2008/229/PESK (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 80).


    Top