Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0347

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/347/PESK tad- 29 ta’ April 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    ĠU L 116, 30.4.2008, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/347/oj

    30.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 116/55


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/347/PESK

    tad-29 ta’ April 2008

    li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 u 34 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

    (2)

    Fl-20 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK li taġġorna l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2) u l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika dik il-Pożizzjoni Komuni.

    (3)

    Wara reviżjoni, il-Kunsill iddetermina li s-Sur SISON għandu jkompli jkun soġġett għall-miżuri speċifiċi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-iskrizzjonijiet għas-Sur SISON u għall-Partit Komunista tal-Filippini fuq il-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jiġu emendati.

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/871/PESK l-iskrizzjoni għas-Sur SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma), għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma), imwieled fit- 8.2.1939 f’Cabugao (il-Filippini) – persuna li għandha rwol ċentrali fil-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘NPA’”.

    Artikolu 2

    Fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/871/PESK l-iskrizzjoni għall-Partit Komunista tal-Filippini għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    “‘Il-Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż in-‘New Peoples Army’ – ‘NPA’, il-Filippini, marbuta ma’ SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol ċentrali fil-‘Partit Komunista tal-Filippini’, inkluż l-‘NPA’) ”.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 29 ta’ April 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. RUPEL


    (1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

    (2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 109.


    Top